Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet differenti b'Muscat u mingħajru minn wara l-kwinti. F'dan il-każ il-bidla tkun kożmetika u allura fil-verità jkun għadu jmexxi hu, viċin ħafna għal dak li ġara meta Karmenu Mifsud Bonnici kien sar Mexxej Laburista u PM. Jekk jiġri hekk il-Mexxej Laburista l-ġdid/a jkun dejjem qed jopera taħt il-mantell tal-predeċessur, xenarju illi fih s-suċċessur qajla jista' jitrasforma lilu nnifsu biżżejjed fil- kariga. ...Jekk jitlaq... • Jekk jitlaq, Muscat ikun beda l-proċess ta' bidla f 'partit li bis-suċċessi elettorali riċenti mhux neċessarjament għandu bżonnha. Muscat jaf illi tajjeb kemm sejjer tajjeb issa, il- proċess taż- żmien jibda jnaqqas mill-popolarità u jintroduċi d-diżillużjoni. Fil-fatt parti mis- suċċessi ta' Muscat illum huwa proprju d-dwejjaq u diżillużjoni fil-Partit Nazzjonalista li kien ilu fil-Gvern 25 sena, interrotti biss minn 22 xahar. Fuq nota personali għalih, jekk Muscat jitlaq issa, jkun telaq meta l-affarijiet għall-PL sejrin tajjeb u allura jevita d-destin kiefer li kellhom jiffaċċjaw mexxejja politiċi bħal Karmenu Mifsud Bonnici u Lawrence Gonzi lokalment, kif ukoll Gordon Brown fir- Renju Unit li ħadu t-tmexxija tal-partit meta x-xaba' bdiet tiżdied u t-tgemgim tal-poplu kien beda jsir twerżiq. • Jekk jitlaq imma jkun qed jirriskja li jdaħħal lill-Partit Laburista f 'tiġrija li 1) tista' tħalli lill-partit xi ftit imbenġel hekk kif it-tiġrija tista' tkun waħda xi ftit jew wisq ħarxa, speċjalment fid- dawl tal-fatt li din id-darba u simili għall-mod kif kien elett Adrian Delia, se jivvutaw ukoll it-tesserati. 2) Il- ħidma tal-pajjiż tista' teħel xi ftit hekk kif kulħadd ikun qed jistenna min se jkun PM ġdid u 3) finalment l-elezzjoni ta' mexxej ġdid mhux neċesarjament se tagħti lil dak jew dik il-persuna li kapaċi tmexxi lill-pajjiż jew lill-PL għal rebħiet ġodda. IL-PN bħalissa huwa eżempju ċar ta' kif mexxej ġdid mhux garanzija illi l-partit se jingħaqad warajh. • Jekk jitlaq u miegħu jitilqu dawk l-aktar qrib tiegħu, ikun għalaq il-kapitlu tal-Panama, fis- sens purament politiku. Dan għaliex jekk Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri ma jibqgħux fit- tmun tal-pajjiż kull akkuża u kull allegazzjoni li tista' ssir fir-rigward tal- kontijiet fil-Panama, l-użu tagħhom u l-intenzjonijiet tagħhom ma jibqgħux diretti lejn il-partit. Mexxej ġdid imbagħad ikun jista' jibda mingħajr ma jkollu dawn l-akkużi u d-dubji li jniżżluh 'l isfel. Lil hinn mill- kwistjoni, ikun interessanti wieħed jara Mizzi u Schembri, li ma' Muscat għandhom saħħa kbira u rwol ċentrali fil-Gvern u fiċ-ċentru tal-poter, xi rwol se jkunu qed jilagħbu fi Gvern li ma jibqax "ta' Muscat". M'hemmx dubju li kemm Mizzi u anke Schembri jaqblilhom li jibqa' Muscat fit- tmun. • Chris Fearne kiteb artiklu biex Muscat jibqa'. Imma mhux xi sigriet ta' Fatima illi dan għandu interess fit-tmexxija tal-PL u allura jekk Muscat jiddeċiedi li jinjora l-appell ta' Fearne, ikun Fearne stess li jgawdi mhux ftit biċ-ċans li l-karriera tiegħu tieħu spinta sew 'il quddiem. B'tattiċi ta' kkampanjar pjuttost b'saħħithom, Fearne jaf ikun l-akbar benefiċjarju jekk Muscat jiddeċiedi li jitlaq. • Illum x'jgħaqqad moviment ta' eluf kbar ta' nies, laburisti, eks Laburisti, eks Nazzjonalisti, negozjanti, liberali u anke konservattivi? Jgħaqqadhom Muscat, qabel kull politika tal-Gvern. Il-Gvern tal-ġurnata huwa ppersonifikat f 'Muscat u allura meta ħafna nies jitkellmu dwar il-Gvern, jitkellmu dwar il-Gvern ta' Muscat mhux Gvern Laburista. U allura l-periklu ta' din is-sistema li Muscat wiret minn GonziPN (meta sar attentat ta' separazzjoni fil-psike tal-votanti bejn Gonzi u l-partit li jmexxi) huwa li l-persuna ssir ikbar mill-partit u allura jkun il-partit li jsir dipendenti fuq il-persuna u mhux il-kontra. Dan ifisser li jekk jitlaq Musact dik il- kolla li tgħaqqad ma tibqax hemmhekk u dawk li appoġġjaw lill-PL għal dawn l-aħħar 10 snin imma li mhumiex Laburisti jagħfsu l-'pause button' u jerġgħu jibdew jistennew u jaraw, qabel ma jagħtu l-appoġġ. L-appoġġ li għandu Muscat mhux se jintiret b'mod awtomatiku minn mexxej ġdid.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018