Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
7 Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham LOMBUDSMAN, fir- rapport li ppubblika din il-ġimgħa kellu kliem pjuttost iebes fil-konfront tal-Ministeru tas-Saħħa f 'dak li jitratta l-kuntratti li l-Gvern kien iffirma ma' Vitals Global Healthcare (VGH) u li permezz tagħhom il-pajjiż ta b'konċessjoni tliet sptarijiet pubbliċi. L-Ombudsman spjega kif il-Kummissarju tas- Saħħa Charles Messina, li huwa appuntat mill-istess Ombudsman, kien talab lill-Ministeru tas-Saħħa biex jipprovdih b'kopji tal-kuntratti li saru mal-VGH. Il-Ministeru ta' Fearne iżda kien għaddielu l-kopji li kellhom partijiet jew saħansitra paġni sħaħ iċċensurati. Il-Gvern dejjem qal li dawn il-paġni, paragrafi jew sentenzi, kienu ċċensurati minħabba sensittività kummerċjali. Ir-rapport tal- Ombudsman jgħid illi minħabba li l-kopja sħiħa tal-kuntratt ma ngħatatx lill- Parlament, Messina ma setax ikompli l-investigazzjoni preliminari li kien beda fil- kuntratt għall- konċessjoni tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Ir-rapport jgħid li l-kuntratt fl- intier tiegħu ntalab minħabba li f 'paġna 2(a) tal-'Labour Supply Agreement' jingħad li l-VGH huma responsabbli għall- manutenzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-siti. "Issa li l-VGH għaddiet il-konċessjoni lill- kumpanija Steward Healthcare, dan l-uffiċċju huwa iktar ħerqan biex jeżamina r-rapport sħiħ li Steward Healthacare jridu jonoraw. Il-Kummissarju staqsa għall-kuntratt sħiħ għax ried jindirizza materja ta' interess pubbliku." Huwa f 'dan il-punt li l-Ombudsman jagħmel twissija lill-Ministeru li jmexxi Fearne; "Il-Ministeru tas-Saħħa m'għandux jippretendi li dan l-uffiċċju jirrikorri għand il-Ġudikatura biex jingħata informazzjoni li l-Minsteru huwa legalment marbut li jagħti. Il-prudenza li biha jimxi dan l-uffiċċju m'għandhiex tkun interpretata bħala sinjal illi dan l-uffiċċju mhux se juża l-poteri li tagħtih il-liġi." Temm ifakkar illi l-Gvern huwa obbligat li juri rispett lejn l-Ombudsman u li r-rikjesti tiegħu jingħataw attenzjoni. Fost il-paġni li kienu ġew iċċensurati meta dan il-kuntratt li ġie ppreżentat quddiem il- Parlament kien hemm il-parti li tesiġi illi l-Gvern Malti ntrabat li jibqa' joħroġ l-ewwel €1.8 miljun, jew inkella l-ispiża rikorrenti hu, kull sena. Din l-ispiża hija marbuta "mal- ispejjeż addizzjonali" marbuta mal-prodotti farmaċewtiċi u mediċinali fit-tliet sptarijiet. Dan ifisser, li l-ispejjeż marbuta ma' dawn il-prodotti jmorru lil hinn mis-€70 miljun li l-Gvern intrabat li jħallas kull sena lil VGH għat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar San Luqa u Karin Grech. F'sensiela ta' stejjer li din il-gazzetta kienet ippubblikat matul Jannar u Frar kien irrimarkat kif ma kienx magħruf jekk il-Gvern kienx laħaq ftehim mal-VGH, u issa ma' Steward Healthcare, dwar ix-xiri tat-tagħmir mediku. Dan hekk kif il-Key Performance Indicators (KPI) fil-kuntratt "Services Concession for the Provision of Healthcare and Ancillary Services…" huma ċċensurati wkoll. Il-KPI jistipulaw il-miri u l-għanijiet li l-konċessjonarju jintrabat li jwettaq fi żmien stipulat. Kumment tal-Ministru F'kumment li ta l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li kien hu stess li ta d-dokumenti kollha marbuta mal-VGH lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga, liema investigazzjoni, il-Ministeru tas-Saħħa huwa infurmat li bdiet. Il-Ministru Chris Fearne qal li bl-involviment illum ta' Steward Healthcare, dawn it- tliet sptarijiet se jkunu qegħdin jiżviluppaw fi tliet sptarijiet state of the art minn siti abbandunati u mitluqa. Fearne jaqla' ċamata tajba mill-Ombudsman ...il-Ministeru ma jgħaddix il-kuntratt sħiħ bejn il-Gvern u l-VGH lill-Kummissarju tas-Saħħa 'Qed issir popolari l-idea li l-abbuż u l-illegalitajiet jistgħu jinħafru' L-Ombudsman Anthony C. Mifsud jappella għall-kontrolli serji fi l-poter li gvern jista' juża għall-vantaġġ politiku Minn Albert Gauci Cunningham LOMBUDSMAN Anthony C Mifsud għamel twissija ċara fir-rapport tas-sena 2017 li ppubblika din il- ġimgħa, fil-parti li trattat it- trasparenza, l-akkontabilità u l-impunità. Huwa jgħid illi meta atti illegali jkunu validati u ssanzjonati permezz ta' amnestiji dan jista' jkollu "konsegwenzi serji u negattivi għad- dritt taċ-ċittadin li jkollu amministrazzjoni pubblika tajba." Iktar minn hekk iżda Mifsud sostna illi "qed tikber il-perċezzjoni popolari illi kull illegalità jew abbuż, ikun kemm ikun kbir, jista' jkun maħfur, ikkanċellat jew minsi. Dan jista' jwassal għal sitwazzjonijiet perikolużi li jimminaw it-tessut tas- soċjetà. Dan ukoll jista' jiġġenera kultura ta' impunità li twassal biex persuna tħossha sigura tinjora l-liġijiet u r-regolamenti u twettaq illegalitajiet...bl-aspettativa illi dik l-illegalità se tkun issanzjonata." L-Ombudsman iwissi illi meta l-linja bejn l-amministrazzjoni tal- materji pubbliċi fl-interess tal-ġid komuni u l-interessi privati, settorjali jew partiġġjani tkun sfukata "tinħoloq opportunità li tippermetti l-klijenteliżmu, il-patrunaġġ politiku, l-opportuniżmu, l-abbuż u l-korruzzjoni." Huwa saħaq illi hemm bżonn li jkun hemm leġiżlazzjoni li tirregola dik li tissejjaħ il-'power of incumbency' jew inkella l-poter li jkollu għad- dispożizzjoni tiegħu l-Gvern. Dan il-poter ġeneralment ikun użat (jew abbużat) qabel elezzjoni ġenerali meta l-Gvern juża l-poter li għandu permezz tal-kontroll fuq diversi ażjendi biex idaħħal persuni f 'impjiegi mal-Gvern jew inkella jħaffef proċessi li ġieli jieħdu aktar żmien. Jisħaq dwar il-bżonn li dan il-poter li jkollu Gvern ikun definit, "sabiex dawk li jingħataw il-fiduċja biex imexxu materji pubbliċi jagħmlu dan fl-interess tal-ġid komuni u mhux biex jippromovu l-interessi partiġġjani." L-Ombudsman itemm jirreferi għall-kliem tal-eks Prim Imħallef Silvio Camilleri li kien qal illi s-saltna tad- dritt għandha tkun imħarsa mit-tnaqqir insidjuż u bil- mod għax "is-saltna tad-dritt hekk tispiċċa, mingħajr ma nindunaw...." Mifsud jappella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni.