Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Aħbarijiet Jibqa' jew jitlaq? Ix-xenarji differenti DIN il-ġimgħa d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne kiteb artiklu illi fih għamel appell partikolari biex il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat jikser il-wegħda tiegħu u jibqa' jmexxi l-partit u l-pajjiż. Dan għamlu fid- dawl tad-dikjarazzjoni ta' Muscat li wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew hu se jkun qed jirreżenja u minfloku jilħaq xi ħadd ieħor. Naturalment, minkejja li Muscat qal li hu determinat li jagħmel dan, l-ispekulazzjoni dwar dak li verament se jiġri għadha għaddejja. Donnu, għal raġunijiet differenti, ħafna għadhom m'emmnux lil Muscat. Min għax tant iridu jibqa' u min għax qed jara li din hija logħba politika minn tiegħu u karta li qed jilgħab biex jiġbed is-simpatija għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew. F'din l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn iż-żewġ xenarji, jiġifieri jekk Muscat jitlaq u jekk Muscat jibqa'. Min ikollu x'jirbaħ u x'jitlef u lil min ikun jaqbel u ma jaqbilx dak ix-xenarju. ...Jekk jibqa'... • Jekk Muscat jibqa', il-Partit Laburista għandu kważi garanzija ta' rebħiet fil-futur qrib (qed nużaw il-kelma 'kważi' għax garanzija ċerta ma teżistix.) F'dan il-każ il-passat jista' jintuża bħala mera għall-futur minħabba li Muscat salva u baqa' b'saħħtu ħafna minkejja kwistjonijiet li realment kellhom jtellfuh mill- popolarità. Il-fatt li fl-2017 Muscat rebaħ elezzjoni b'marġini tant qawwija, meta l-loġika fid-dawl ta' kwistjonijiet politikament dannużi, kienet tgħid li għandu jnaqqas mill-marġini tal- 2013 (mhux iżid) juri illi dan kapaċi jissopravivi l-akbar u l-eqqel attakki politiċi ġejjin minn Malta, minn ħdan il-Partit Laburista u saħansitra mill-Parlament Ewropew. Fid-dawl ta' dan u fid-dawl ta' previżjonijiet ekonomiċi tajbin ħafna, Muscat huwa (kważi) garanzija ta' rebħiet. • L-aħħar stħarriġ tal-gazzetta oħt Maltatoday juri illi d-differenza bejn Muscat u l-Kap tal-PN Adrian Delia f 'termini ta' fiduċja hija waħda kbira ħafna, 29%. Minkejja li Delia jista' jipprogressa minn dan il-lat, il-fatt li tant Nazzjonalisti għadhom diżillużi għax ma jriduhx, filwaqt li ħafna mill- iswitchers tal-2013 għadhom mhux qed jiġru lura għand il- PN ifisser illi Muscat jinsab b'vantaġġ li Delia jista' jkun li ma jistax jegħleb. S'issa jidher illi fis-somma politika li tpoġġi lil Muscat u Delia faċċata ta' xulxin, Muscat qed jirbaħ. Jekk minflok Muscat ikun hemm Mexxej Laburista ieħor jew oħra, dik is-somma politika tinbidel u l-vantaġġ favur il-PL jista' jonqos jew jogħsfor. • Jekk jibqa', ikun wera li hu lest li jibqa' jistenna u jkun hu li jiffaċċja l-eżitu ta' diversi inkjesti, imma speċjalment dik dwar l-allegazzjoni li titratta Egrant. Jekk jirriżulta li din kienet gidba u m'hemmx imqar dubju li Egrant kienet ta' martu (kif tant jisħaq) allura Muscat ikun ivvendikat fuq l-aktar allegazzjoni serja u dannuża li qatt saret fil-konfront tal-Partit Laburista. Jekk ikun irtira, l-eżitu jitlef xi ftit mir-rilevanza. Jista' jkun li bħal Busuttil, Muscat qed jistenna l-eżitu ta' din l-inkjesta qabel jiddeċiedi x'se jkun il- futur politiku tiegħu. Li hu ċert huwa li jekk favurih l-eżitu jkompli jgħollih fil-popolarità imma jekk kontrih jaf jagħmel ħafna ħsara lill-Partit Laburista. • Il-Partit Nazzjonalista, flimkien mal-partiti iżgħar probabilment huma l-inqas li jridu lil Muscat jibqa'. Il-PN jaf li t-tluq ta' Muscat jiftaħ il-bieb tal-opportunità biex ikun jista' jiġġieled l-elezzjonijiet li ġejjin b'tama realistika li jista' verament jirbaħ. Il-PN probabilment jara lil Muscat bħala l-akbar bastun fir-rota biex jasal għal rebħa. Il-partiti ż-żgħar jistgħu jgawdu mit- tluq ta' Muscat għax dawk li ma jkunux iridu jivvutaw lill-PL aktar, imma mhux lesti jivvutaw PN, jivvutaw lilhom. • Jista' jkun li Muscat jibqa', imma mhux direttament imexxi. Jista' jkun li qed inħarsu lejn xenarju fejn Muscat u dawk li huma l-akbar qawwiet tal-Partit Laburista jibqgħu fil-kontroll Qal li se jitlaq u qal li hu ċert. Imma l-Partit Laburista jaqbillu? U l-PN u Adrian Delia x'jaqblilhom? Se jistenna l-eżitu tal-inkjesta 'Egrant'? Analizi ta' 10 xenarji u possibilitajiet jekk Muscat jibqa' jew inkella jitlaq...