Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 16 Opinjoni Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Scicluna: Joey, kif int? A good morning to you. Padre Borg: Tajjeb, ta, bħalissa qed inħossni aħjar. Qabel kont nieħu daqxejn brejk il-Golden Sands u kont inħossni aħjar, imma issa qed insib is-serħan tiegħi fl-irqad. Scicluna: Ħa ngħidlek Joey trid tagħmilli waħda kif kont tagħmel ta' Father Bejrut. Padre Borg: Mela għildli. Scicluna: Ara għamilli pjaċir dawk l-Agostinjani għamluli biċċa ta' żeta. Marru jbigħu dik l-art hekk kif kont għedt tal-kummissjoni biex jaqbad ma' Silvju Debono. Irridek tkellem dak il-Provinċjal twajjeb li għandhom u toħroġ fuq ir-radju li jien ma kont naf b'xejn. Padre Borg: Imma kont taf. Scicluna: Dażgur li kont naf imma ma nistax ngħid hekk. Padre Borg: Jiġifieri qed tigdeb, hux, ħeħeħeħe Scicluna: Iskot, taf li għal Ġesù nagħmel kollox. Mela rajtha dik l-istorja tal-Agostinjani fuq il- MaltaToday. Irridhom jgħidu li jien ma kont naf xejn. Għax waqajt ftit għan-nejk tafx wara li ħriġt kontra Silvju. Mela ġib il-Provinċjal fuq ir-radju u staqsih jekk kont nafx. Padre Borg: Easy peasy Ġappuniżi. Sciclina: Joey, qed togħġobni kif qed indawru RTK f 'radju kollu rimettar kontra l-Labour. U mhux għax f 'wiċċek imma inti vera taf tirriċikla l-ħdura. Padre Borg: Grazzi, jien għalhekk naħseb li kienet idea tajba li nġib dak il-minfuħ bih innifsu Manwel Delia. Scicluna: Iva ta, Manwel għandu the gift of the gab. Għandu dak il-vuċi ta' sopran u jagħtik l-impressjoni li huwa bniedem kolt. Meta bejnietna nafu kemm hu stupidu. Padre Borg: Okay mela Eċċelenza, ħa nkompli għax għandi xi ħadd jistennieni wara l-bieb. Scicluna: Kun imbierek, u carry on the good work u tihom dawk tal-lejber! L-Isqof Scicluna lil Padre Borg alias Bejrut Min taħseb ma għandux ikun il-leader tal-Partit Laburista li jmiss għax l-inqas wieħed li ħaqqu? (1) Robert Abela (2) Abela Robert (3) Robert Abela li kien u għadu jaħdem il-PA u daħħal mijiet ta' eluf taħt il-PINNE. (4) Robert Abela li qatt ma għamel xejn għall-partit (5) Robert Abela li bħal missieru jistenna kollox lest (6) Robert Abela dak il- ġisem (7) It-tifel ta' George Abela ILWASLA ta' Emma Muscat li ma tiġix minn Joseph Muscat Nr 10 kienet tant mistennija li l-ajruport kellhom jippreparaw għal folol kbar. Aħna tkellimna ma' ħabiba intima ta' Emma jisimha Kayle u żewġ ammiraturi Tereża minn Birkirkara u Ċoċċi minn Ħal Qormi. Poodle: Mela Kayle x'tgħidli fuq Emma? Kayle: I think she is very good and has a talent of the Gods. Hehehe Poodle: Bil-Malti please. Kayle: Sorry, ta imma jien like Emma I cannot speak Maltese. Poodle: Xejn? Xejn? Kayle: Iva, ta, you know why should you speak Maltese? English is more important. Maltese is a waste of time. Għajjat, u twerżieq, Tereża u Ċoċċi jieħdu l-mikrofonu f 'idejhom Tereża: Jiena, lil Emma nħobbha anke jekk ma tafx titkellem bil-Malti. Kemm hi naturali! Ċoċċi: Ma naqbilx miegħek Tereż, li ma tafx titkellem bil-Malti mhux sew. U din qatt ma tgħallmet xejn? Għandha 19 years. Le, Tereż jien għalija spiċċat. Emma over! Poodle: Nikkalmaw Kayle: How rude, you're a ħamalla. Ċoċċi: Ħamalla int, lanqas taf tiftaħ ħalqek sew. Tereża: Ikkalma Ċoċċ, għax ser n*ħxu kollox. Illum it is D day 4 Emma. Ċoċċi: U ejja jien għalhekk inħobbhom il- grupp it-travellers, dawk ikantaw bil-Malti, u ara s-suċċess li għamlu, u din tistħi titkellem bil- Malti – kiesħa u dardira. Kayle: Intom, you are real pro ħamalli, jaqaw intom you are Nazzjonalisti? Tereża u Ċoċċi: Kif indunajt? Kayle: Għax today, all the puliti are Laburisti and the hamalli like Kristy Debono are NAZZIS. Poodle: NAZZJONALISTI mhux NAZZIS. Nies, nistgħu nibqgħu fuq is-suġġett? Imma Kayle, Emma, il-Malti ma tafx titkellmu? Kayle: O, kemm inti empty. VOJTA what you say. Emma speaks Maltese when she oħlomajt. How do you say it? You know toħlom. Ċoċċi: Kont ser ngħidlek x'toħlom! Poodle: Okay, grazzi kulħadd, għal darb'oħra iżda qabel ma nagħlqu għandna lil Emma Muscat u ser tkantalna – Dan hu kelb poodle! Ħobbu d-doggie! Emma Muscat taf titkellem bil-Malti meta toħlom biss! Agħżel it-tajba Għaliex Adrian Delia għadu ma qabbadx art? (1) Għax mhux kapaċi (2) Għax ma jafx kif (3) Għax ma għandux f***in clue? (4) Għax għandu l-Pierre Portelli jagħtih il-pariri (5) Għax iqatta' wisq ħin ma' Nicky on the boat! (6) Għax Simon Busuttil ma għamilx bħal Alfred Sant u telaq (7) Għax let's face it, ma jafx x'inhu jagħmel Għaliex Jason Azzopardi ma għandux ikun leader tal-Partit Nazzjonalista? (1) Staqsi ċ-ċikala (2) Ċikala, Ċikala (3) Ifixkluh ma' Jason Micallef (4) Baqa' bil-karrozza blu Golf ta' żmien il-ħaġar (5) Għax qammiel (6) Għax jixtieq li Simon jerġa' jsir leader (7) Għax bħalissa in love u moħħu fin- nejk biss! (8) Għax meta nħares lejh jaqbadni l-bard.