Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Peressli missieri kien mill-Belt Valletta u hu stess kien jilgħab bħala goalkeeper ma' dan it-tim, kienet ħaġa naturali illi joħodni nitħarreġ fin-nursery tagħhom. Dak iż-żmien kelli biss seba' snin meta bdejt nitrenja magħhom u komplejt nilgħab magħhom sa meta kelli 21 sena. Jiġifieri jekk nagħmlu l-kalkoli tagħna sewwa, jien b'kollox lgħabt 14-il sena magħhom. Ħassejtni kburi li kont qed nagħmel parti wieħed mill-iktar klabbs famużi fil-gżejjer tagħna. Kont regolari fit-tim taż-żgħażagħ tal-Belt fejn rbaħt ukoll xi unuri matul dan iż-żmien. Meta għalaqt il-21 sena xi skawts ta' Pietà Hotspurs rawni nilgħab u dan il-klabb kien proponieli illi nilgħab magħhom. Jien aċċettajt u għalhekk il-Hotspurs xtrawni u għadni hemmhekk s'issa. Ili aktar minn għaxar snin nilgħab magħhom u nista' ngħidlek illi xejn ma jiddispjaċini li nifforma parti minn dan il-klabb. Semmejt illi missierek mill-Belt Valletta. Semmejt ukoll illi int lgħabt għal ħafna żmien magħhom. Kellek xewqa li int tkun il- goalkeeper titolari ta' dan it-tim? Kien hemm mumenti li meta kelli bejn 18 u 21 sena kont niġi msejjaħ kontinwament mat-tim tal-kbar għalkemm qatt ma kont titolari. Nemmen illi kulħadd tiġih ix-xewqa li jilgħab mat-tim mill-kapitali minħabba li hu klabb glorjuż bid- diversi titli li rebaħ. Huwa tim illi għandu storja kbira u jġib ħafna nies lejn il-grawnd speċjalment fiż- żmien tal-glorja. Għal mistoqsija li saqsejtni, jien inwieġbek illi għallinqas lgħabt magħhom hekk kif kelli ċ-ċans inkun bejn il-lasti tal-Belt 21 darba. Iżda minkejja kollox ridt inħares lejn il-futur tiegħi u l-objettiv ewlieni tiegħi kien illi nilgħab b'mod regolari. Minkejja li kont ma' klabb ta' storja kbira xorta ma kellix garanzija li ser nilgħab fl-ewwel 11 u għalhekk iddeċidejt li naħtaf l-opportunità li ġietni ma' Pietà. Nirritornaw għall-preżent. Illum il-ġurnata tinsab sodisfatt ħafna minħabba li Pietà Hotspurs kisbu l-promozzjoni għall-kampjonat Premier. Kont temmen fil-bidu tal- istaġun illi kontu ser tagħmluha u tiksbu l-promozzjoni? Fil-verità l-ewwel għan ewlieni tagħna kien illi nibqgħu fil- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt illi nżommu 'l bogħod miż- żona l-ħamra li tfisser relegazzjoni. Rigward din tal-aħħar ilħaqna l-objettiv tagħna immedjatament għax wara tliet logħbiet diġà bdejna nitbiegħdu minn din iż-żona ferm perikoluża. Imbagħad il-logħob beda ġej favur tagħna u ksibna rebħa wara oħra u bla ma trid tispiċċa tilħaq mira ġdida, dik li tissielet għaż-żona promozzjoni. Din ma kinitx ser tkun faċli minħabba t-taqtigħa kbira li sibna minn Qormi, Żebbuġ, Mqabba u Żejtun li kollha offrew sfida kbira. B'xorti tajba ksibna t-tieni post li tfisser promozzjoni u nemmen illi kien jimmeritana dik il-pożizzjoni għal- logħob illi wrejna matul l-istaġun kollu. X'taħseb li kien is-sigriet għas- suċċess sabiex wasaltu s'hawn? Jien nemmen illi fit-tim tagħna kellna taħlita ta' plejers ta' esperjenza ma' oħrajn żgħażagħ iżda b'talent kbir. Ħafna minn dawn il- plejers telgħu min-nursery tagħna li kif nafu hi ferm rinomata f 'pajjiżna. Kellna l-istaff tekniku flimkien mal-kowċ Ramon Zammit li mxew b'mod professjonali ħafna u dan ikkontribwixxa għas-suċċess finali. Barra minn hekk kien hemm għaqda kbira fit-tim fejn kollha kemm aħna ġbidna ħabel wieħed sabiex naslu għal dan l-għan. Meta fl-aħħar bdejna nissieltu għall-promozzjoni kellna kuraġġ ta' sur għax flimkien bħala tim wieħed wasalna biex ikollna wirjiet kbar. Int diġà kellek iċ-ċans tilgħab fil-kampjonat Premier meta kont ma' Valletta. Issa int ser terġa' tirritorna f 'dan il-kampjonat mill-ġdid. Kif qed tipprepara personalment għal dan kollu u kif ser tissaħħu bħala skwadra għall- istaġun illi ġej? Personalment ninsab ferm kuntent li ser nerġa' nkun fil-Premier. Diġà naf xi jfisser dan il-kampjonat għax lgħabt fih u apparti minn hekk qed nippreparaw bis-sħiħ bħala tim sabiex nissaħħu. Fl-istess ħin ma nistgħux ninsew l-elementi illi bih wasalna s'hawn u għalhekk bħala tim iż-żgħażagħ ser jibqgħu jkunu protagonisti. M'hemmx dubju li l-livell tal- kampjonat Premier huma magħruf u aħna qed naraw kif nistgħu nsibu elementi ġodda fit-tim sabiex inkunu kompletament kompetittivi. L-għan tagħna mhux li ninżlu lura fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni iżda li nżommu postna u nsalvaw kmieni kemm jista' jkun. Fiduċjuż li jekk nagħmlu moħħna hemm kapaċi nagħmluha Int għadek kemm lgħabt fil- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Bosta jsostnu li filwaqt il dan il- kampjonat huwa wieħed bilanċjat, madankollu l-livell mhux xi wieħed fenomenali. Taqbel ma' dan kollu li għidt? Pjuttost jien ngħid illi l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni żdied fil-livell aktar milli naqas. Kif nafu meta żdiedu l-plejers barranin fil- kampjonat Premier eventwalment naqas l-ispazju għall-plejers Maltin. B'hekk wieħed kellu jara x'jagħmel u plejer Malti għażel li jilgħab fit- tieni kategorija tal-futbol Malti. Personalment jogħġobni ħafna l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għax ikun missielet sal-aħħar fejn f 'mument minnhom dan l-istaġun kien hemm madwar sitt timijiet li bdew jissieltu għall-promozzjoni. Min-naħa l-oħra fil-Premier, is- sitwazzjoni hija differenti minħabba fejn dan jinqasam fi tliet kategoriji. Għandek timijiet li jaħarbu 'l fuq, oħrajn fil-faxxa tan-nofs u tal-aħħar jiġġieldu biex ma jaqgħux. Fuq opinjoni oħra jien nemmen illi meta jkun hemm iktar plejers barranin fil-Premier mhux dejjem għandek garanzija ta' livell aħjar. Pjuttost nara li lill-plejers Maltin qtajtilhomsaqajhom filwaqt illi naqqastilhom l-ispazju fejn jistgħu jilagħbu fl-ewwel tim. Taħseb li l-livell tal-kampjonat Premier ser jogħla bis-sitwazzjoni preżenti ta' 14-il tim kif ukoll biż- żieda ta' plejers barranin? Ifhem jekk ikollok barranin ta' livell għoli u li jkunu aħjar mill- Maltin hemm ċans illi jista' jitjieb il- livell. Iżda preżentement qed naraw barranin li xi kultant naħseb li huma inferjuri għall-Maltin u hemmhekk fejn int qed ittellef iċ-ċans lit-talent lokali li jkompli jiżviluppa. Nemmen illi jekk ikunu aħjar minna bħala livell mitt darba u elf missna nippruvaw inġibu barranin iżda jekk mhux hekk aħjar jilgħab plejer Malti. Ma ninsewx illi dawn il-plejers huma mħallsa xi kultant tliet darbiet aktar minn plejer Malti. Meta mbagħad tara l-livell tagħhom mhux sew li tħalli lill-Malti fuq il-bank u tilgħab lill-barrani li m'għandux xi potenzjal ta' barra minn hawn. Nitkellmu issa dwar il-ħajja tiegħek personali tiegħek. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mal-futbol? Ifhem xejn mhu faċli tlaħħaq max- xogħol personali tiegħek kif ukoll mat-taħriġ. Din hi rutina illi tista' tgħid nagħmilha kuljum u tinvolvi sagrifiċċji kbar, xi kultant anke li jkollok tiċċaħħad minn affarijiet illi tieħu gost tagħmel sabiex tlaħħaq 'Meta bdejna nissieltu għall-promozzjoni kellna kuraġġ ta' Cristian Antony Muscat Miguel Montfort - goalkeeper tal-ogħla livell ta' Pietà Hotspurs li l-ġimgħat li għaddew kien tassew strumentali biex it-tim tiegħu jikseb il-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier. "Jien nemmen illi fit-tim tagħna kellna taħlita ta' plejers ta' esperjenza ma' oħrajn żgħażagħ iżda b'talent kbir. Ħafna minn dawn il-plejers telgħu min-nursery tagħna li kif nafu hi ferm rinomata f 'pajjiżna. Kellna l-istaff tekniku flimkien mal-kowċ Ramon Zammit li mxew b'mod professjonali ħafna u dan ikkontribwixxa għas-suċċess finali."