Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 10 ta' Ġinju 2018 | illum Aħbarijiet Iktar minn kwart tal-Maltin ma jemmnux li l-ġudikatura hija 'indipendenti' ...u minn dawn aktar minn nofs iħossu li hemm indħil mill-Gvern jew mill-politiċi b'mod ġenerali Minn Albert Gauci Cunningham FILPOLITIKA l-perċezzjoni hija importanti. Imma mhux fil-politika biss. Perċezzjoni pożittiva dwar l-istituzzjonijiet tal-pajjiż hija importanti ħafna biex dak il-pajjiż ikun jista' jipprogressa. Ta' sikwit tissemma l-ġudikatura biż-żewġ naħat tal-ispettru politiku jgħidu li għandhom fiduċja fiha. Imma l-poplu x'jaħseb? Jaħseb li l-ġudikatura hija indipendenti mill-forzi politiċi u ekonomiċi tal-pajjiż, li wara kollox huwa l-fulkru tas-sistema ġudizzjarja? Stħarriġ ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea (Percieved Independence of the National Justice Systems) juri kif 27% tal-Maltin wieġbu 'ħażin' jew 'pjuttost ħażin' meta mistoqsijin kif jikklassifikaw il- ġudikatura u l-qrati fuq il-bażi ta' indipendenza. Min-naħa l-oħra maġġoranza relattiva ta' 45% jħossu li l-Qorti u l-Ġudikatura fil-fatt taħdem b'indipendenza. Għalkemm Malta tinsab mal-pajjiżi fil-qiegħ tal- lista, dan hu minħabba li mistoqsijin dwar din it-tema, ħafna minn dawk li pparteċipaw wieġbu li ma jafux (28%). Fil-fatt il- Maltin irreġistraw l-akbar persentaġġ ta' nies li ma setgħux iwieġbu kemm jaħsbu li l-ġudikatura hija indipendenti, minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. ...L-Ewropa tal-Lvant, bl- agħar riżultati L-agħar pajjiżi huma l-Ungerija, fejn 69% jħossu li l-Qrati u l-Ġudikatura f 'pajjiżhom fil-fatt mhumiex indipendenti, segwita mill-Islovakkja bi 58%, il-Bugarija b'57%, il-pajjiż ġar tagħna l-Italja bi 53%, is-Slovenja b'54%, Spanja b'49% u eżatt qabilna l-Portugall b'45%. Min-naħa l-oħra l-aktar pajjiżi illi fihom hemm perċezzjoni pożittiva ħafna jew pjuttost pożittiva tal-indipendenza tal- Qrati u l-Ġudikatura huma d-Danimarka b'87%, il-Finlandja bi 82%, l-Awstrija b'81% u l-Olanda b'79%. Skont dan l-istħarriġ u fuq bażi tal-Unjoni Ewropea, b'59% l-irġiel kienu aktar pożittivi dwar l-indipendenza tal- ġudikatura milli kienu n-nisa (54%). Ħareġ ukoll li ż-żgħażagħ kienu aktar pożittivi mill-anzjani. L-istħarriġ juri illi minn fost dawk il-45% tal-Maltin li ġġudikaw bħala 'tajjeb' jew 'tajjeb ħafna' l-indipendenza tal- Qrati, 40% jħossu li dan minħabba li l-pożizzjoni u l-istatus tagħhom huma garanti għal dan. Min-naħa l-oħra 20% jħossu li dan huwa minħabba li dawn ma jkollhomx pressjoni politika mill-Gvern jew mill-politiċi u 17% (l-inqas fl-UE) minn dawk li wieġbu fil-pożittiv jemmnu li l-Qorti m'għandhiex pressjoni ekonomika jew pressjoni minn interessi speċifiċi oħrajn. Minn fost dawk is-27% li wieġbu 'ħażin' jew 'ħażin ħafna' fir-rigward tal-indipendenza tal- ġudikatura, ftit iktar minn nofshom jew 51% jħossu li hemm indħil politiku tal- Gvern jew tal-politiċi. Ftit inqas minn 40% ta' dawn jaħsbu li l-ġudikatura tinsab taħt pressjoni ekonomika jew pressjoni minn interessi speċifiċi oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018