Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 Minn Yendrick Cioffi ILPRESIDENT ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca qed tibqa' żżomm fommha sieket dwar jekk hix se tiffirma jew le l-Liġi tal-IVF hekk kif emendata mill-Gvern u li tippermetti l-iffriżar tal- embrijun bħala norma u mhux eċċezzjoni. Minkejja li l-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet li fihom staqsiet b'mod dirett jekk il-President hux se tiffirma l-liġi, kemm qabel ma l-Gvern ħabbar il-bidliet fl-emendi u anke wara, Coleiro Preca baqgħet ma kkommettitx ruħha dwar x'se tagħmel meta tiġi quddiemha din il-liġi. Sa din il-ġimgħa stess, fuq ġurnali lokali, kelliema għal-Life Network Foundation kienu qed jitolbu u jagħmlu pressjoni fuq il-President biex ma tiffirmax. Din il-gazzetta staqsiet jekk Coleiro Preca hix se tiffirma, jekk tistax tirrifjuta li tiffirma u x'sar mit-talba tagħha ta' medjazzjoni. Hija kienet pjuttost xotta fir-risposta u qalet biss li hija "favur leġiżlazzjoni tal-IVF li tibbilanċja l-qsim il-qalb ta' koppji bla tfal ma' kwistjonijiet etiċi sensittivi li għandhom x'jaqsmu mad- drittijiet tal-embrijun." Bil-bidliet imħabbra nhar it-Tnejn li għadda, l-iffriżar tal-embrijuni se jibqa' parti intergali mill-proċess tal-IVF. Tant hu hekk li l-Gvern ma aċċetta l-ebda proposta tal- Partit Nazzjonalista, inkluż dik li titneħħa l-adozzjoni tal- embrijun li qed jiddiskrivuha bħala bħala "kompromess insensittiv biex ikun jista' jiddaħħal l-iffriżar tal- embrijuni." Dan ifisser li mhu se jinbidel xejn f 'dawk l-emendi li qajmu l-aktar kontroversja u li jduru mal-kunċett ta' meta tibda l-ħajja. Mal-gazzetta ILLUM, il- ġinekologu Mark Sant, wieħed mill-professjonisti li qed jimbotta dawn l-emendi, kien qal li filwaqt li qed jappoġġja dan l-abbozz, xorta waħda mhux kuntent bih għax kien qal li, ħdejn pajjiżi oħra, xorta se nkunu għadna 30 sena lura. "Jekk mara għandha illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Il-President tibqa' ma tgħidx jekk Il-President Marie-Louise Coleiro Preca għal darbtejn ma weġbitx mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM dwar jekk hix se tiffi rma l-liġi tal-IVF jew le. Tgħid biss li tittama li jkunu indirizzati kwistjonijiet etiċi u morali. Il-PD jitlob għall- protezzjoni ta' ġonna u spazji ħodor fil- lokalitajiet IDDEPUTATI Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia f 'isem il-Partit Demokratiku ressqu talba liċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar għal ħarsien effettiv tal-ispazji ħodor permezz ta' ġonna f 'żoni urbani, li fadal fl-irħula u bliet Maltin u Għawdxin. Fi stqarrija l-PD qal li qed jirreferri għal diskrepanzi li jeżistu fil-policies tal-Pjanijiet Lokali tal-Awtorità tal- Ippjanar u regoli oħra li mhux qed iħarsu dawn il-ġonna u spazji ħodor f 'żoni residenzjali, li ġeneralment jagħmlu parti minn djar kbar u li għandhom karattru arkitettoniku għani. "Il-pubbliku hu mħasseb kif bosta minn dawn l-ispazji li għandna anke fil-qalba tal-irħula għandhom applikazzjonijiet pendenti jew ingħataw permessi għall-bini, meta dawn għandhom impatti soċjali, ambjentali jew storiċi fil-komunità," temmew jgħidu d-Deputati tal-PD.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018