Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet 12-il bajda għandna niffertilizzawhom kollha," kien insista Mark Sant. L-emendi kif proposti mill-Gvern se jkunu qed jippermettu l-iffertilizzar ta' ħames bajdiet. Il-President kienet 'kunfidenti' wara l-laqgħa ma' Fearne L-ILLUM bagħtet l-ewwel sett ta' mistoqsijiet, lill- Uffiċċju tal-President, fit-30 ta' Mejju li għadda, jiġifieri qabel il-bidliet, u għalihom il-President fakkret biss li kellha "laqgħa kostruttiva," dwar din il-liġi, mal-Ministru Fearne u li hija "kunfidenti li wara konsultazzjoni li qed isiru, il-liġi l-ġdida ser tieħu in konsiderazzjoni, il-kwistjonijiet etiċi u morali." Wara l-bidliet il-President terġa' tiltaqa' mal-Ministru? Nhar il-Ħamis li għadda, 7 ta' Ġunju, il-gazzetta ILLUM reġgħet bagħtet tistaqsi mill-ġdid lill-President jekk hux se tiffirma l-liġi, wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, ħabbar numru ta' bidliet għall-emendi proposti oriġinarjament. L-Uffiċċju tal- President qal biss illi l-President m'għandha xejn x'iżżid mal- ewwel risposta tagħha lil din il-gazzetta. Għalhekk mhux magħruf jekk il-President hijiex komda jew le bil-bidliet li qed jipproponi l-Gvern għall-emendi li ressaq hu stess. Skont sorsi viċin il-Ministeru għas-Saħħa, il-President kellha numru ta' laqgħat mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar is-suġġett. Din hija t-tieni darba li l-President ma weġbitx mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar jekk hix lesta li tiffirma din il-liġi, wara li kienet mistoqsija wkoll mill-gazzetta Times of Malta. F'mossa bla preċedent, kienet ħeġġet biex id- deċiżjoni ma tittiħidx għalissa u waqt li appellat għall- perjodu itwal ta' riflessjoni, offriet li tkun medjatur għal dibattitu fost il-partijiet kollha kkonċernati. SITUATION VACANT R. SCICLUNA LTD • Mechanics • Mason • Heavy plants drivers • Roofing for concrete Contact Rennie Scicluna on 7949 7274 Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS- SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Amministratur tal-Proġett għall-Proġett "ESF 04.0084 - Reform in the public health system to maximise efficiency gains and enhance governance" Aktar dettalji dwar din il pozizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal-Gvern publikata fil 8 ta' Ġunju, 2018. Persuni nteressati ghandhon jissottomettu l-applikazzjoni, flimkien ma Curriculum Vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l-esperjenza, sa mhux aktar tard minn nofsinnhar (Hin Centrali Ewropew) ta' nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Ġunju, 2018. jekk hux se tiffirma l-liġi tal-IVF L-iffriżar tal-embrijun issa, bl-emenda u bil-bidliet Preżentament: Il-liġi tippermetti l-iffriżar f 'każijiet eċċezzjonali biss, bħal pereżempju meta l-implantazzjoni ma tkunx tista' ssir minħabba s-saħħa fiżika tal-omm. Bl-emendi: Ġenituri prospettivi jitħallew jiffriżaw embrijuni jekk jaqblu li jagħtu dawk l-embrijuni mhux użati għall-adozzjoni. Jekk jaqblu, l-Awtorità toħroġ permess għall- iffriżar ta' ħames snin. L-emenda tippermetti l-iffertilizzar ta' ħames bajdiet, li minnhom tnejn biss jistgħu jiġu implantati, għalhekk il-bqija jiġu ffriżati. L-Awtorità tgħaddi għall- adozzjoni jekk il-ġenituri ma jġeddux il-kuntratt ta' ħames snin jew jekk il-mara taqbeż it-43 sena. Bidliet: "Dawk il-koppji li jkun fadlilhom embrijun iffriżat, l-istess koppji se jingħataw l-opportunità ta' ċiklu addizzjonali tal-IVF biex l-embrijun jingħata ċ-ċans li jiżviluppa f 'ħajja ġdida fl-istess familja," qal il-Ministru. F'ċertu każi, l-età biex il-mara tirċievi l-embrijun iffertilizzat, se titla' għal 48 sena. Fejn tidħol l-adozzjoni, il-Gvern qed jipproponi li l-ġenituri prospettivi jsegwu l-istess proċess ta' screening li jagħmlu ġenituri oħra meta jkunu se jaddottaw tarbija. Donazzjoni gamiti: Kif se tinbidel? Preżentament: Id-donazzjoni tal-isperma u l-bajda hija illegali Bl-emendi: Id-donazzjoni tal-isperma u l-bajda ssir legali bid-donatur tal-gamiti ma jkunx jaf minn għand min ħa d-donazzjoni, ir-riċevitur ma jkunx jaf min hu d-donatur u l-istess il-wild. L-awtorità żżomm reġistru b'informazzjoni medika u informazzjoni oħra dwar id-donaturi anonimi, liema informazzjoni tkun disponibbli biss wara li l-wild jagħlaq is-16- il sena u lill-ġenituri, jekk meħtieġ. Bidliet: It-tarbija, meta tilħaq l-età ta' persuna adulta, se jkollha d-dritt li ssir taf min kienu d-donaturi li wasluha biex tingħata l-ħajja. Id-donatur tal-gamiti se jibqa' ma jkunx jaf min ħa d-donazzjoni u l-istess ir-riċevitur. Maternità Surrogata: Għalissa se tistenna... imma tasal Preżentament: Illegali Bl-emendi: Il-kiri tal-ġuf se jibqa' illegali iżda jista' jsir biss jekk b'mod altruwistiku (bla ħlas). Bidliet: Il-Gvern jipproponi diskussjoni pubblika wiesgħa ma' dawk kollha kkonċernati u "meta jkun il-mument opportun" titressaq mill-ġdid iżda f 'liġi għaliha.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018