Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet Żgħażagħ Maltin taħt l-età fost l-aktar Studju internazzjonali, fost aktar minn 40 pajjiż, wera kif iż-żgħażagħ Maltin li għadhom 15-il sena huma fost l-aktar li diġà kellhom x'jaqsmu sesswalment iżda huma fost l-inqas li jużaw il-kontraċettivi Minn Yendrick Cioffi ŻGĦAŻAGĦ Maltin li għadhom taħt l-età huma fost l-aktar adolexxenti li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ta' età żgħira u jidher ukoll li huma fost l-aktar li jirriskjaw meta jiġu biex jagħmlu s-sess. Dan jirriżulta mill-Health Behaviour In School- Aged Children, studju internazzjonali tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa fost żgħażagħ li għandhom 11, 13 u 15-il sena u li ġejjin minn 42 pajjiż Ewropew u mill-Amerika ta' Fuq. Fost dawn iż-żgħażagħ, 2,265 huma Maltin. Fost ħafna affarijiet oħra, l-istudju staqsa liż-żgħażagħ li għandhom 15-il sena, jekk kinux involuti f 'attività sesswali ma' persuni oħra. Iż-żgħażagħ Maltin ġew fit-13-il post fost 40 pajjiż, b'25% tas-subien u 19% tal-bniet iwieġbu li ta' din l-età diġà kellhom x'jaqsmu sesswalment. Fil-fatt, iż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena x'aktarx li se jagħmlu s-sess qabel żgħażagħ Franċiżi, Awstrijaċi, Rumeni, Spanjoli, Ġermaniżi u Taljani, biex inkunu semmejna pajjiżi li ġeneralment inħobbu nqabblu ruħna magħhom. Iżda, forsi l-aktar ħaġa importanti li ħarġet minn dan l-istudju, huwa l-fatt li ż-żgħażagħ Maltin taħt l-età huma fost l-aktar li jirriskjaw meta jiġu għas- sess. Mistoqsija jekk użawx condom l-aħħar darba li għamlu s-sess, irriżulta li ż-żgħażagħ Maltin huma t-tieni l-aktar li jirriskjaw, biż-żgħażagħ Pollakki biss jirriskjaw aktar mill-Maltin. 41% biss tas-subien u 41% tal-bniet Maltin wieġbu li użaw condom. L-istess meta mistoqsija jekk użawx il-pillola kontraċettiva 16% biss tat- tfajliet wieġbu iva. Għal min diġà huwa lest li jipponta subgħajh u jgħid li dawn huma tfal li ġejjin minn ċertu strata soċjali, dan l-istħarriġ iqabbel id- diversi fatturi studjati, ma' dik magħrufa bħala 'family affluence' jiġifieri kemm għandha riżorsi l-familja. Mill-istħarriġ irriżulta li l-prelevanza li żgħażagħ taħt l-età jkollhom x'jaqsmu sesswalment x'aktarx se tiżdied aktar ma l-familja tkun tista'. Fejn jidħlu s-subien din ir-relazzjoni kienet aktar qawwija. Fil- każ ta' Malta, il-prelevanza tonqos drastikament fost il-bniet, jiġifieri aktar ma l-familja tkun sinjura, inqas hemm ċans li tfajla se tagħmel is-sess meta għadha taħt l-età. Dak li sab dan ir-rapport huwa interressanti wkoll fid-dawl ta' dak li kienet irrappurtat il-gazzetta ILLUM meta rapport tal- Kummissjoni Ewropea sab li Malta għandha l-ogħla rata ta' inċidenza tal-marda trażmessa sesswalment, is- Syphilis, mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Is-Syphilis tittieħed u tinxtered pjuttost malajr permezz ta' attività sesswali, li tinkludi sess orali u anali. Xi kultant din il-marda tista' tittieħed permezz ta' bews fit-tul ukoll. F'intervista mal-istess gazzetta, it-Tabiba Valeska Padovese, mill-GU Clinic kienet qalet li n-numru tal- Maltin infettati bis-Syphilis qiegħed dejjem jiżdied. Dan l-istess studju jagħti ħarsa lejn diversi fatturi oħra, apparti s-sess, fosthom l-alkoħol fejn għal darb'oħra ż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena, kemm is-subien u anke l-bniet, spiċċaw fuq nett tal- lista. Għall-mistoqsija jekk jixorbux l-alkoħol minn tal- inqas darba fil-ġimgħa, 32% tas-subien u 26% tal-bniet wieġbu fil-pożittiv. Interressanti li bejn il-11- il sena u l-15-il sena hemm qabża kbira mhux ħażin. Filwaqt li l-adolexxenti ta' 11-il sena ġew fost l-inqas fil-lista, dawk ta' 13-il sena spiċċaw fis-16-il post fost 41 pajjiż biex dawk ta' sentejn akbar sparaw fuq nett tal-lista. Il-Pulizija taċċerta li kull għassa għandha minn tal- inqas 3 vetturi Minn Yendrick Cioffi BĦALISSA kull għassa tal- Pulizija f 'Malta għandha għad-dispożizzjoni tagħha minn tal-inqas tliet vetturi tas-servizz. Dan kien ikkonfermat mill-Korp tal-Pulizija mal- ILLUM li bagħtet għadd ta' mistoqsijiet, wara li l-Whip tal-Partit Nazzjonalista, f 'intervista ppubblikata fil- gazzetta tal-15 ta' April, kien qal li l-għassa tal-Mellieħa ġieli għamlet seba' ġimgħat mingħajr karozza tas-servizz. Minkejja dan, il-Korp ikkonferma li preżentament, kull għassa tal-Pulizija għandha bejn 3 u 4 vetturi tas- servizz u hemm ħames karozzi oħra f 'Għawdex. B'kollox, il-Korp tal-Pulizija għandu 47 vettura disposti għall-għases tal-Pulizija. Intant, f 'April li għadda, kienu ġew inawgurati għaxar vetturi ġodda tad-distretti b'disinn ġdid li jirrifletti d-dehra l-ġdida tal-Korp tal- Pulizija Dawn l-10 vetturi swew €130,000 u l-Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kien qal li daqt se jibda l-proċess biex jinxtraw 50 vettura oħra. Il-vetturi l-ġodda, skont il-Ministru, se jkunu "parti mill-proċess tal-bidla" li se jkun għaddej minnu l-Korp tal-Pulizija. 9 minn kull 10 impjiegi jinħolqu mis-settur privat Minn Liam Carter ISSETTUR privat jidher li qed ikun katalista fil- ġenerazzjoni ta' impjiegi ġodda u t-tkabbir ekonomiku li qed tesperjenza Malta. Ċifri ġodda mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jixhdu dan, hekk kif minn 9,900 impjieg ġdid li nħolqu tul is-sena l-oħra, b'kollox 8,690 kienu ġġenerati grazzi għas-settur privat. B'hekk 9 minn kull 10 impjiegi ġodda f 'Malta qed ikunu kkreati mis-settur privat, filwaqt impjieg minn kull 10 qed ikun ikkreat mill-Gvern. L-aktar setturi li raw żieda fl-impjiegi kienu dawk li: joffru servizzi amministrattivi, l-arti, id- divertiment u r-rikreazzjoni, servizzi professjonali, xjentifiċi u attivitajiet tekniċi. Notevolment skont dan ir-rapport, ġew irreġistrati żidiet oħra fis-settur tal- akkomodazzjoni u t-turiżmu, kif ukoll fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni, it-trasport u l-manifattura. Apparti minn hekk, rapport separat li ħareġ din il-ġimgħa mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropea EUROSTAT, ikkonkluda li tul is-sena 2017 fl-Unjoni Ewropea, 43 miljun persuna ta' bejn il-15 u l-64 sena ħadmu fuq bażi ta' part-time. Dan jirrappreżenta wieħed minn kull ħamsa jew 19.4% tal-persuni kollha li jaħdmu fl-EU. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li fl-istess sena, kien hemm aktar nisa li jaħdmu fuq bażi ta' part-time b'31.7% milli rġiel bi 8.8%. Mill-aspett lokali, 13.2% tal- Maltin kollha fl-età bejn il-15 u l-64 sena jaħdmu fuq bażi ta' part-time. Minn dawn, 5.4% huma rġiel u 25% huma nisa. Madwar l-Istati Membri tal-UE, l-impjiegi part-time kienu l-aktar komuni fl- Olanda, hawnhekk kważi nofs jew 49.8% tal-persuni bejn is-16 u l-64 sena jaħdmu fuq bażi ta' part-time. L-Olanda kienet segwita mill-Awstrija b'27.9%, il-Ġermanja b'26.9%, id-Danimarka b'25.3%, ir- Renju Unit b'24.9%, il-Belġju b'24.5% u l-Iżvezja bi 23.3%. Interessanti wkoll il-fatt li matul l-aħħar 15-il sena fl-EU, l-impjieg fuq bażi ta' part-time bħala persentaġġ tal-impjieg totali varja bejn 15.6% u 19.6%.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018