Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 19

Iċ-ċekkijiet ta' rifużjoni tat- taxxa li ġew stampati bi żball minħabba li ntużat template ħażina u bdew jitqassmu lin- nies bi żball minflok intremew, tpoġġew f 'ġenb u ttieħdu ghall- posta. Fil-fatt, din il-ġimgħa kienu kważi 1000 ruħ li rċevew ċekk ta' rifużjoni tat-taxxa doppju minħabba dawn l-iżbalji li saru fil-proċess. Ikkonferma dan sors tal- gazzetta Illum, li spjega kif meta dawn bdew jiġu stampati, kien hemm mal-1000 ċekk li nħarġu b'template ħażina, u malli dan l-iżball ġie nnutat, twaqqaf l-istampar taċ-ċekkijiet minnufih. B'kollox kien hemm 952 ċekk doppju lil persuni f 'Marsaxlokk u 48 oħra f 'Ħaż-Żebbuġ. Iċ- ċekkijiet ivarjaw minn €60 sa €140, u huma parti minn miżuri li tħabbru fil-Budget fis-sena l-oħra. Dawn qed jintbagħtu lil persuni li jaqilgħu inqas minn €60,000 fis-sena, li jfisser nefqa ta' €26 miljun. Hekk kif bdew jitqassmu fid-djar tan- nies, fuq il-midja soċjali kienu bosta persuni li lmentaw dwar xi problemi b'rabta maċ-ċekkijiet. www.illum.com.mt PAĠNA 10 U 11 €1.25 IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • NRU 865 and receive a top-up of up to €200* Apply now → direct discretionary portfolio management medirect.com.mt 2557 4400 An investment service that acts in your best interest at all times. MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, O‚er is for a limited time only. Terms and Conditions Apply is licensed to undertake the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371) and investment services under the Investment Services Act (Cap. 370). ARA PAĠNA 3 PAĠNA 2 IDDAĦĦKUNIEX! IDDAĦĦKUNIEX! The Busker wara l-Eurovision Irrappurtati ħames każijiet biss ta' fastidju sesswali fuq postijiet tax-xogħol fi tliet snin Il-biża' hija waħda mir-raġunijiet prinċipali wara l-fatt li numru kbir ta' persuni, bil-maġġoranza tagħhom ikunu nisa, ma jirrappurtawx każijiet ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Fi tliet snin, kien hem ħames rapporti biss ta' fastidju sesswali. Din kienet ir-reazzjoni tal- Kummisjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) fid-dawl ta' informazzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal- Parlament, fejn jingħad li bejn l-2018 u l-2020 kien hemm biss tliet rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija. L-informazzjoni inħarġet wara mistoqsija Parlamentari mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tat-tfal lill-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri. Iċ-ċekkijiet doppji nħarġu għax ma ntermewx wara żball tekniku Sors stqarr li l-iżball ġie nnutat mill-ewwel, u għalhekk ġew notifikati l-banek kollha bl-iżball u dawk li rċevew żewġ ċekkijiet ġew infurmati li wieħed minnhom mhux se jissarraf

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023