Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
02 aħbarijiet IL-ĦADD 14 MEJJU 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, MATTHEW FARRUGIA ... Tkompli minn paġna 1 Dan in-nuqqas ta' rapportaġġ huwa evidenti wkoll fl-NCPE, hekk kif din il-kummissjoni rċeviet biss żewġ rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax- xogħol bejn l-2018 u l-2020. Fil-fatt, l-NCPE stqarret ma' din il-gazzetta li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn persuni javviċinaw il-kummissjoni biex jitolbu informazzjoni dwar fastidju sesswali, iżda mbagħad ma jipproċedux biex jagħmlu rapporti formali. Fi tweġiba għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta l-NCPE ikkowtat riċerka ppubblikata mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, li tgħid li madwar 75% tan-nisa li għandhom 18-il sena jew aktar esperjenzaw fastidju sesswali, filwaqt li skont riċerka oħra mill-Unjoni Ewropea, terz tan- nisa li jesperjenzaw fastidju sesswali jgħaddu minn din it- tbatija fuq il-post tax-xogħol. Dwar ir-raġunijiet wara n-nuqqas ta' rapportaġġ, l-NCPE ikkowtat għal darb' oħra riċerka li tixhed kif "il-vittmi jindirizzaw il- fastidju huma stess u wħud iqisu li l-każijiet tagħhom mhumiex serji biżżejjed biex jirrapputawhom lil xi awtorità." Intqal ukoll li sfortunatament, hemm tendenza li l-vittmi ta' fastidju sesswali jimminimizzaw il-gravitá tal-każijiet tagħhom stess. Apparti minn hekk, hemm il-possibbilità li l-vittmi jibżgħu minn dawk li jkunu qed jiffastidjawhom. Fost l-oħrajn, huma jistgħu ikunu qed jibżgħu li jitilfu l-impjieg tagħhom, jidru f 'dawl ikrah ma' sħabhom u l-familja tagħhom u jkollhom anke dubji dwar il- proċeduri tal-investigazzjoni, fejn hawn, jerġgħu jgħaddu minn vittimizzazzjoni. L-NCPE saħqet li f 'każ ta' reati bħal dawn "huwa importanti li dan jiġi rrappurtat minnufih internament fil- kumpanija stess." Hawn ġie spjegat kif kull min iħaddem huwa obbligat sabiex jaċċerta li din id-diskriminazzjoni ma sseħx fuq il-post tax-xogħol. Fil-fatt, numru ta' kumpaniji li jieħdu din il-forma ta' diskriminazzjoni bis-serjetà għandhom proċeduri interni ta' kif jiġi rrapportat u investigat il- fastidju sesswali. Hawn l-NCPE appellat lil min iħaddem biex idaħħal dawn il-proċeduri fis- seħħ. Il-kummissjoni fakkret li skont il-liġi, għandha s-setgħa li tipprovdi l-assistenza u l-informazzjoni meħtieġa fil- kumpilazzjoni ta' lment, kif ukoll li tinvestiga l-ilmenti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax- xogħol b'mod kunfidenzjali. Apparti minn hekk, l-NCPE għandha l-kapaċità li toffri taħriġ lill-gruppi differenti dwar il-fastidju sesswali, tgħin lil min iħaddem biex idaħħlu fis-seħħ jew jaġġornaw politika dwar il-fastidju sesswali, u tqajjem kuxjenza permezz ta' kampanji ta' għarfien dwar id- drittijiet u r-responsabbiltajiet relatati mal-fastidju sesswali. L-NCPE appellat lil dawk kollha li jixtiequ aktar informazzjoni sabiex jidħlu fuq is-sit www.ncpe.gov. mt, u fakkret li dawk li jixtiequ jagħmlu kuntatt mal- kummissjoni b'mod dirett jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu fuq 2276 8200 jew jibagħtu email fuq equality@ gov.mt. 75% tan-nisa li għandhom 18- il sena esperjenzaw fastijdu sesswali, Malta eċċezzjoni Tlieta mir- rapporti saru lill-Korp tal- Pulizija filwaqt li tnejn oħra saru lill-Kummisjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza. F'Malta hawn problema serja ta' nuqqas ta' rappurtaġġ ta' fastidju sesswali fuq il-post tax- xogħol