Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
18 sport IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum Aktar minn 100 tifla jieħdu sehem fir-raba' festival ta' futbol Aktar minn 100 tifla ħadu sehem fl-aħħar festival ta' futbol li fih kellu l-parteċipazzjoni ta' 10 timijiet minn 6 skejjel differenti. Il-festival sar fil-pitch tal- Istitut ta' Santa Venera. It-timijiet kienu ġejjin minn Martin's College, Chiswick House School, St Catherine High School u Verdala International School li kellhom żewġ timijiet. Magħhom ingħaqdu San Anton School u St Paul's Bay Primary School. Il-festival kien organizzat mid-Dipartiment tal-futbol tan-nisa fi ħdan l-MFA u l-Fondazzjoni, Inħobb il- Futbol. Dawn l-erba' festivals taw ċans u aktar opportunita' lil tfajliet ta' bejn 4 u 5 snin biex jilagħbu l-futbol. Seminar u kompetizzjoni tal-karate fil-Greċja għal atleti Maltin Team ta' atleti Maltin mill- SKSM, skola tal-arti marzjali bbażata l-Mosta, attenda seminar fil-Greċja organizzat minn għaqda tal-karate Griega taħt il-kappa tal-Mediterranean Karate Alliance (MKA). L-atleti Maltin kisbu riżultati mill-isbaħ b'ħames medalji tad- deheb, tlieta tal-fidda, u waħda bronż. Seba' pajjiżi attendew b'numru sabiħ ta' parteċipanti. Is-seminar, li kien maqsum fuq jumejn, kien immexxi minn ħames għalliema internazzjonali, fosthom Chris Galea, mill-SKSM, u għalliema oħra ġejjin mill-Italja, l-Eġittu, u l-Grecja. Tmien atleti mill-SKSM ħadu din l-opportunita' li jipparteċipaw f 'dan is-seminar fejn tħarġu f 'teknika ta' difiża personali, teknika għall-kompetizzjoni u armi fl-arti marzjali. Wara s-seminar saret ukoll kompetizzjoni bejn l-atleti li attendew is-seminar, li laħqet kważi l-mitejn ruħ. Fost l-uffiċjali tal- kompetizzjoni kien hemm Vanessa Pace u Denise Ciantar li vjaġġaw apposta sabiex ikunu parti mill-panel ta' arbitri. Huma kienu mħarġa minn Lucienne Galea, SKSM, referee ta' livel mondjali u president tal- arbitri fi ħdan il-World Karate- Do Alliance. Ben Piscopo u Dario Mifsud jingħaqdu ma' CRG Factory Team fil-karting Fil-jiem li għaddew, is-CRG, disinjaturi u manufatturi famużi tal-Go Karts, ħabbru li żewġ sewwieqa żgħażagħ tal- karting Maltin, Ben Piscopo u Dario Mifsud, se jingħaqdu ma' CRG Factory Racing Team fil- kategorija MINI. Wara jumejn ta' ttestjar mas- CRG Factory Team, iż-żewġ sewwieqa Maltin se jipparteċipaw fil-Kampjonat Taljan ta' ħames Rounds, bl-ewwel waħda skedata għall-korsa ta' Cremona fi Cremona, fl-Italja, bejn it-18 u l-21 ta' Mejju. Is-sewwieq ta disa' snin, Ben Piscopo, se jikkompeti fil- kategorija Under Ten, filwaqt li Dario Mifsud ta' tnax-il sena se jikkompeti fil-Mini Gr.3. Iż-żewġ sewwieqa diġà huma marbuta mas-CRG peress li jsuqu bl-istess marka f 'Malta, Piscopo fil-Mini X30 Iame u Mifsud fil- Mini Gr.3. Piscopo huwa l-Mini Champion attwali tal-Iame Series f 'Malta, u Mifsud fil-mument qed fl-ewwel post tal-klassi Mini Gr.3 fil-Kampjonat Nazzjonali Malti tal-Karting. Għal Piscopo, il-Kampjonat Taljan se jkun l-ewwel avveniment kompetittiv barra minn Malta, filwaqt li Mifsud diġà kellu esperjenza internazzjonali mas-CRG Factory Team meta pparteċipa fil-Finali Internazzjonali Iame fl'2021 f 'Adria. Norbert Attard u Althea Ciantar jirbħu il-Premier League of Darts Norbert Attard hu r-rebbieħ tal-Premier League tad-darts meta f 'finali missielta għeleb lil Albert Scerri 7-6 fl-aqwa minn 13-il game. Attard kien 4-0 minn fuq fl- ewwel parti tal-logħba iżda Scerri wettaq reazzjoni sabiex dejjem resaq viċin l-avversarju tiegħu. Lejn l-aħħar, l-iskor kien 6-6, b'Scerri jonqos milli jieħu l-punt fid-dart finali u b'Attard li ħa vantaġġ sabiex għalaq l-iskor u eventwalment ħa r-rebħa finali. Aktar qabel fis-semifinali, Norbert Attard rebaħ lil Tony Borg filwaqt li Albert Scerri kien elimina lil Enrico Scerri. Fi tmiem il-konfront, il- President tal-Malta Darts Association, Roderick Zammit, ippreżenta t-tazza lil Norbert Attard bħala r-rebbieħ tal- kategorija tal-irġiel u lil Althea Ciantar bħala r-rebbieħa fis- sezzjoni tan-nisa. Jojo's Birżebbuġa jirbħu ċ-Challenge League tal-blackball Jojo's Birżebbuġa huma ċ-champions il-ġodda taċ- Challenge League organizzat mill-Malta Blackball Federation meta għelbu lil Każin Pinto Qormi 11-6. Il-finali li saret fil-Fuego Speakeasy Arena, f 'Birkirkara. Minkejja l-iskor konvinċenti, it-tim min-naħa t'isfel ta' Malta kien qed jitlef 3-0 għalkemm id-determinazzjoni tagħhom ippremjathom sabiex rebħu dan it- titlu. Il-Qriema baqgħu jippruvaw iżda fl-aħħar parti x-xorti ma kinitx magħhom sabiex kellhom jispiċċaw fit-tieni post.