Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 analiżi IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum ANTHEA CACHIA Hey! Wait, what you say? Do you wanna dance?" Mhux soltu li nibdew xi artiklu bl- Ingliż iżda din il-lirika, bħal mużika li takkumpanjaha, diffiċi tinsiha. Ma hemm l-ebda dubju li pajjiżna, bħal kull sena, ta prestazzjoni eċċellenti u mill-aqwa. Minkejja dan, għal xi raġuni jew oħra, pajjiżna u għaldaqstant e Busker, ma ikklassifikax għall-finali tal- Eurovision Song Contest. Bħal kull sena, aħna l-Maltin inkunu minn tal-ewwel biex nagħmlu bojkott tal-Eurovision meta nirrealizzaw li ma rbaħniex u dan iwassal biex ħafna jgħidu li mhux se jerġgħu jaraw il- Eurovision oħra f 'ħajjtihom, jew għallinqas, sakemm jerġa' jasal Frar ! Oħrajn mal-ewwel jaqtgħuha li l-flus investiti fil- Eurovision huwa kollu ħela u jkun aħjar li kieku pajjiżna jinvesti flusu f 'affarjiet oħra li jistgħu jgħinu lill- artisti lokali. Għaldaqstant din il-gazzetta kelmett lit-tliet artisti li diġà ikkompetew fil-Eurovision song contest u oħra li g ħ a l k e m m għadha ma ntażlitx biex tirrappreżenta lil Malta, sa issa, hija artista żagħżugħa, mimlija talent u familjari sew max-xena tal-Malta Eurovision Song Contest. X'jaħsbu dawn l-artisti? 'The Busker tawna waħda li qatt kellna fl-aħħar snin' Minn xi ħadd li jopponi kanzunetta Maltija ta' bilfors, għal xi ħadd li jopponi l-Big 5. L-ILLUM titkellem ma' Gianluca Bezzina, Claudia Faniello, Lynn Chircop Faure u Maxine Pace dwar l-esperjenzi tagħhom – jew dawk futuri – u dwar x'għaddielhom minn moħħhom meta saru jafu li pajjiżna m'għaddiex mill-ewwel semifinali... Gianluca Bezzina huwa maħbub ħafna mal-Maltin, speċjalment ma' dawk li jsegwu mill-qrib ix-xena mużikali lokali. Bezzina irrappreżenta lil pajjiżna 10 snin ilu bid-diska 'Tomorrow', li tant marret tajjeb li ikklassifikat fir-raba' post fil- finali, li kienet saret fl-Iżvezja. Aktar riċenti Bezzina, huwa r-rebbieħ ta' Mużika Mużika - festival mużikali iddedikat għall- użu tal-lingwa Maltija fil-mużika - bil-kanzunetta 'Sabiħa'. Bezzina qal mal-ILLUM li l-Eurovision huwa pjattaforma tajba li mhux biss jippromwovi t-talent Malti iżda wkoll il-pajjiż innifsu, "permezz tal-kartolina." Huwa sostna li l-Eurovision jagħti spinta tajba lill-artist u lit-talent tiegħu, fil-każ ta' e Busker, il- kanzunetta mhix marbuta biss mal-festival iżda tista' tmur tajjeb globalment, bħalma ġara fil-każ ta' 'Tomorrow'. "Iddispjaċini li m'għaddewx iżda sfortunatament kien hemm ħjiel li setgħu ma jgħaddux. Minkejja dan, nemmen li kien ħaqqhom fuq li ħaqqhom jiġu ivvutati mal-ewwel tlieta fis- semi-finali tant kemm taw prestazzjoni tajba," sostna Bezzina. Mistoqsi jekk jixtieqx jara xi ħaġa differenti fil-Malta Eurovision Song Contest huwa wieġeb li ma jemminx li għandu jkun hemm direzzjoni u stil wieħed partikolari li l-kantanti għandhom jimxu miegħu. Qal li s'issa pajjiżna dejjem kellu artisti u kanzunetti ta' livell tajjeb. Bezzina, konxju ta' xi ħsibijiet tal-Maltin, jemmen li m'għandux ikun hemm bilfors kanzunetta bil-Malti biex pajjiżna jkun ta' suċċess. Jemmen li l-poplu għandu jivvota għal kanzunetta Maltija għax jemmen fiha u togħġobu, mhux għax jaħseb li dik għandha ssir bilfors. "Int trid tagħżel kanzunetta u persuna li taħseb li se taħdem fid-dawl ta. 'M'għandniex għalfejn nagħżlu kanzunetta Maltija bilfors. Nagħżlu kanzunetta li togħġobna, mhux xi ħaġa sfurzata' 'Huwa diżrispett kbir lejn l-artisti li l-pubbliku jappella biex ma nibqgħux nipparteċipaw fil-Eurovision' Maxine Pace, kuntrarjament għall-artisti preċedenti li tkellmet magħhom l-ILLUM, għadha qatt ma irrappreżentat lill-Malta. Minkejja dan, din is-sena hija tat prestazzjoni mill-aqwa bil-kanzunetta 'Alone' u żgur li xi darba hemm il- possibilità li narawha fuq il-palk tikkompeti ma' pajjiżi oħra. "Konnha żvinturati fis-semi- finali tagħna minħabba l-fatt li magħna kien hemm diversi kantanti li kienu qegħdin msemmija li se jirbħu l-finali," stqarret Pace. Hija tkellmet mal-ILLUM dwar ir-reazzjoni tal-pubbliku, li Malta taqta' qalbha u "iżżarma mill-Eurovision," li tant tirrabjaha. Spjegat li akkaniti tal-isport, ġustament, qatt ma jaqtgħu qalbhom u jappellaw biex bħala pajjiż nieqfu nikkompetu fl-isport. "Mela għaliex jkun hemm dan l-atteġġjament lejn il-Eurovision?"staqsiet Pace. Bħall-bqija tal-kantanti li tkellmet magħhom din il- gazzetta, Pace tgħid li l-opportunitajiet li jiksbu l-kantanti huwa infinit u tenniet li ma tara l-ebda raġuni għaliex Malta għandha tniżżel is-separju u ma tipparteċipax aktar. Meta mistoqsija liema kienu l-aktar artisti favoriti tagħha hija għamlet referenza għall-kantatna tal-Israel u tal-Iżvezja. Maxine Pace Gianluca Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023