Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

11 analiżi illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 mill-aqwa prestazzjonijiet snin' Claudia Faniello għandha esperjenza vasta fil-Malta Eurovision Song Contest u hija wkoll irrappreżentat lill-pajjiżna sitt snin ilu bid-diska 'Breathlessly'. Din is-sena għalkemm ma kinitx qed tkanta f 'Liverpool, fejn qiegħed isir il-Eurvision, xorta kienet preżenti fuq il-palk. Dan hekk kif e Busker inkludew it rebbieħa passati bħala parti mill-viżwal tagħhom. Hija wkoll m'għadditx għall-finali u għalhekk mal-gazzetta hija qalet li d-dispjaċir li wieħed iħoss meta ma jgħaddix għall-finali, l-artist biss jista' jimu. Minkejja dan, temmen li fl-aħħar minn l-aħħar jgħoddu biss dawk it- tliet minuti li l-kantanti jkunu fuq il-palk u jagħtu l-għalmu kollu tagħhom. Hija qalet li għalxejn li wieħed joqgħod jhewden u jinkwieta, wara l-prestazzjoni "għax xi kultant ma jkunx fil- kontroll tal-artist, iżda kif jiġru l-affarjiet. Għaldaqstant, mill- esperjenza tiegħi tgħallimt li ninkwieta biss fuq dawk it-tliet minuti li nkun fuq il-palk, il- bqija, mhux fil-kontroll tiegħi." Temmen li bħala prestazzjoni, meta wieħed iqis il-viżwal, il-kantanti, l-idea, il-fatt li l-kanzunetta kienet miktuba minnhom stess wassal biex "kellna waħda mill-aqwa prestazzjonijiet fl-aħħar snin." Faniello tisħaq ukoll li xi darba tixtieq li tara kanzunetta Maltija li tikkompeti ma' kanzunetti oħra. Hija tirrikonoxxi li huma 'l it li jgħixu barra minn xtutna li jimu l-lingwa tagħna, iżda tgħid li xi kultant mhux kemm tirrikonoxxi l-lingwa iżda l-emozzjonijiet. Eżempju ċar ta' dan huwa l-kanzunetta rebbieħa tal-2007, mirbuħa minn Helsinki. "Jien il-lirika ma nifimhiex iżda l-kanzunetta hija sabiħa ħafna għax tqanqal diversi emozzjonijiet. Għalkemm wieħed ma jiimx il-lirika tal-kanzunetta ma jfissirx li ma tistax tinħabb minħabba l-emozzjonijiet li tqanqal," kompliet Faniello. Mistoqsija liema kanzunetta jew pajjiż li laqatha l-aktar hija sostniet li ma kellha ħadd partikolari iżda għamlet referenza għall-kantata tal- Iżvezja Loreen Zineb Nora Talhaoui, li rebħet il-Eurovision lura fl-2021, b'kanzunetta li għadha tindaqq u baqgħet popolari sa llum, 'Euphoria'. "Jiena ninżala l-kappell għax tbellħek u għandi rispett kbir lejha bħala kantanta," temmet mal-ILLUM Claudia Faniello. 'Għalkemm wieħed ma jifhimx il-lirika tal-kanzunetta ma jfissirx li ma tistax tinħabb, minħabba l-emozzjonijiet li tqanqal' 'M'għandniex għalfejn nagħżlu kanzunetta Maltija bilfors. Nagħżlu kanzunetta li " D i ż a p p u n t a t a . Meta tgħaddi minn ħafna preparamenti u r-riżultat ma jkunx dak mistenni, minkejja li tkun sodisfatt bħala artist xorta, tħossok dispjaċut." Hekk qalet Lynn Chircop Faure, kantanta ta' kanzunetta mill-aktar rikonoxxuta, 'To Dream Again' li irrappreżentana fl-2003. "Meta nħares lura nirrealizza li tgħallimna ħafna bħala pajjiż. Ħafna affarjiet inbiddlu minn 20 sena ilu 'l hawn, meta kont irrappreżentajt lil pajjiżna jiena," kompliet Chircop Faure. Min- naħa l-oħra irrimarkat li e Busker dehru li kienu konvinti ħafna tagħhom infushom, kienu konfidenti u taw prestazzjoni tajba ferm. Bi qbil ma' Gianluca Bezzina, l-aħħar minn l-aħħar, il- Eurovision huwa vetrina għall- artisti biex jingħataw promozzjoni għat-talent tagħhom. Intant hija sostniet li persuni li diġà rebħu l-Eurovision ma jimpressjonawhiex. Xi ħaġa li verament topponi kienet il- fatt li fil-finali jgħaddu b'mod awtomatiku dawk magħrufa bħala l-big 5 jiġifieri; Ir- Renju Unit, Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Italja. Dawn jgħaddu awtomatikament għaliex huma jagħmlu l-ikbar kontribuzzjonijiet finanzjarji kbar. Din 'ir-regola' ġiet introdotta relattivament riċenti fl-istorja tal-Eurovision, fl-2000 u inizjalment dawn kienu l-Big 4 hekk kif kien proprju fl-2011 li l-Italja ngħaqdet magħhom. "Hija sfortuna kbira li hawn dawn il-pajjiżi li jikkwalifikaw b'dan il-mod. Għax nemmen li l-kompetizzjoni għandha tibda' għal kulħadd mill-istess punt ta' tluq; Bl-istess riżorsi, bl- istess opportunitajiet u bl-istess limitazzjonijiet," kompliet tgħid Chircop Faure. Apparti minn hekk hija għamlet referenza għall-mod ta' votazzjoni. Fakkret li meta ikkompetiet hi, ir-riżultat għall-ewwel darba kien ibbażat kompletament mill-votazzjoni tal-pubbliku. "Din is-sistema, hi li hi. Ħadna riżultati ibbażati minn din is-sistema għax fl- aħħar minn l-aħħar din tindika kemm tipprepara minn qabel, kemm tagħmel riklamar eċċ." Chircop Faure ikkonkludiet li ma kellhiex kantant jew kantanta favorita iżda temmet tgħid li fir-realtà, fejn għandu x'jaqsam mar-rebħa finali, "hemm element ukoll ta' xorti." 'Ma naqbilx li l-Big 5 jgħaddu għall-finali awtomatikament. Mhux ġust' Claudia Faniello Lynn Chircop

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023