Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 sport IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum "Niddedika dan l-unur lin-nies ta' Raħal Ġdid" Aaron Busuttil huwa ċ-Champion ta' Malta tal-isnooker. Busuttil rebaħ dan l-unur tard il-Ġimgħa filgħaxija meta fil-finali għeleb lil Brian Cini 6 frames għal 5. Dan kien l-ewwel titlu nazzjonali fil-karriera għal Busuttil. Hu spiċċa rebaħ il-frame finali u saħansitra 'black to win'. Fil-passat kien tilef erba' finali konsekuttivi bejn l-2018 u l-2021, darbtejn kontra l-istess Brian Cini u darbtejn kontra Duncan Bezzina. Ikkuntattjat mill-gazzetta ILLUM, Busuttil qal li jiddedika dan l-unur lil kull minn għenu fil- karriera imma b'fuq quddiemnett, lin-nies ta' Raħal Ġdid. "Kuntent u emozzjonat ħafna. Ili snin naħdem biex nasal s'hawn. Ġew mumenti f 'ħajti li bdejt nibża' li ma kont se nasal qatt. Sa fl-aħħar wasalt. Niddedika dan l-unur lil dawk kollha li kienu viċin tiegħu matul il-karriera, b'mod speċjali lin-nies ta' Raħal Ġdid." Busuttil jispjega li minn tant unuri li rebaħ fl-isnooker, dan kien wieħed partikolari għax rebaħ lil Brian Cini anki jekk kien 4-0 minn taħt. "Il-brejk salvani. Li ma kienx hemm brejk wara r-raba' frame kont nitlef 6-0. Iżda fil-brejk erġajt ġibt il-konċentrazzjoni. Irbaħt frame wara ieħor u l-pressjoni dahret fuq Brian," spjega Busuttil. Għal Aaron Busuttil, issa jmiss il-parteċipazzjoni fil-Cue School li fi kliem stess, "issa sejjer rasu mgħollija." "Il-piż li kelli fuq spalleja li ma nsir Champion ta' Malta qatt kien kbir. Kont naħseb ħafna u nistaqsi lili nnifsi, 'kif jista' jkun nasal sal- finali u nitlef dejjem?' Issa nħossni ħafna aħjar. Inħoss li issa 'there is more to come'. Aaron Busuttil għandu 31 sena u ilu għal diversi snin jilgħab fl-ogħla livelli tal-isnooker lokali. Il-partita bejn Malta u l-Ukrajna, valida minn Grupp C ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonat Ewropew 2024, se tkun qed tintlagħab fi Trnava, fis-Slovakkja. Fl-aħħar jiem, il-UEFA bi ehim mal-Federazzjoni Ukrena, iddeċidiet liema pajjiż se jkun qed jospita dan il-konfront li se jkun ir- raba' wieħed tal-grupp at-tim nazzjonali Malti. Minħabba l-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna, u l-insigurta' li għaddej fil-pajjiż, kellha tinstab soluzzjoni oħra għall-Ukrajna fejn tilgħab il- partiti 'home' tagħha. Din se tkun it-tieni partita tal-grupp tal-Ukreni wara t-telfa ta' 2-0 kontra l-Ingilterra, f 'Wembley. Il-partita tintlagħab it-Tnejn 19 ta' Ġunju fid-8.45pm fi Stadion Antona Malatinskeho. Malta se tkun qed tilgħab dan il-konfront minn Grupp Ċ, tlett ijiem wara li tilgħab kontra l-Ingilterra, fl-istadium nazzjonali, f 'Ta' Qali. L-ewwel żewġ partiti tal- grupp għal Malta kienu t-telfa ta' 2-1 kontra l-Maċedonja ta' Fuq u t-telfa ta' 2-0 kontra l-Italja. EURO 2024: Ukrajna kontra Malta se tintlagħab fi Trnava, fis- Slovakkja Guardiola kontra li Manchester City se jilagħbu llum, jagħti tort lill-Eurovision Song Contest Il-manager ta' Manchester City, Pep Guardiola, tefa' t-tort tal-partita tal- lum kontra Everton, li oriġinarjament kienet skedata lbieraħ, fuq il- Eurovision Song Contest. Guardiola qal li ma jistax jiem kif ittieħdet din id-deċiżjoni meta wieħed iqis li t-tim tiegħu jrid jilgħab it-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Real Madrid, l-Erbgħa li ġej. Real Madrid lagħbu l-partita tagħhom minn La Liga kontra Getafe tard ilbieraħ filgħaxija, u għalhekk se jkollhom vantaġġ ta' 24 siegħa mistrieħ aktar. Manchester City jilagħbu llum kontra Everton, fil-Goodison Park ta' Liverpool, il-belt fejn sar il-Eurovision Song Contest fil-lejl li għadda. "Ma nistax niem din id-deċiżjoni. Minħabba l-mużika sofrejna aħna. Imma li hemm, hemm. Ma niflaħx naħseb aktar dwar dawn id-deċiżjonijiet," qal Guardiola. Il-partita tal-lum tibda fit-3.00pm u hija kruċjali għal Manchester City għar-rebħ tal-Premier League Ingliż u anki għal Everton, fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni. Minbarra l-partita bejn Everton u Manchester City, illum jintlagħbu żewġ partiti oħra mill-istess kampjonat; Brentford kontra West Ham u Arsenal kontra Brighton.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023