Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
sport illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 19 Ħarġu aktar dettalji dwar il- film li se jkun qed jinħareġ matul is-sena d-dieħla dwar il-Formula 1, bl-attur prinċipali li se jkun Brad Pitt. Id-Direttur tal-film li se jkun Joseph Kosinski, l-istess persuna li kienet responsabbli mill-film, Top Gun Maverick, li fis-sena li għaddiet kellu rekords fuq rekords fiċ- ċinemas madwar id-dinja. Pitt se jkollu rwol ta' sewwieq irtirat li kien tal- ogħla livell u l-karattru tiegħu qed ikun paragunat daqslikieku Lewis Hamilton, 7 darbiet Champion tad-Dinja. Hamilton kellu offerta biex ikollu parti f 'dan il-film iżda min-naħa tiegħu rrifjuta. Is-Serb Novak Djokovic kwalifika għat-tielet rawnd tal-Open tal-Italja wara li fit-tieni rawnd għeleb lil Tomas Martin Etcheverry tal- Arġentina. Djokovic, li ma pparteċipax fl-Open ta' Madrid minħabba injury f 'idu, rebaħ b'setts ta' 7-6 u 6-2. Is-Serb qed ifittex li jirbaħ is-seba' titlu fl-Italja. S'issa, fil-karriera tiegħu, qatt ma tilef fil-kwarti tal- finali f 'dan l-avveniment. Hu jilgħab illum fit-tielet rawnd kontra Grigor Dimitrov tal-Bulgarija. Cameron Norrie tal- Ingilterra għeleb lill-Franċiż Alexandre Muller biex kwalifika wkoll għat-tielet rawnd. Film dwar il-Formula 1 għas-sena d-dieħla, Brad Pitt l-attur prinċipali Illum jintlagħbu ħames partiti mis-Serie A Novak Djokovic fit-tielet rawnd tal-Open tal-Italja Il-kampjonat Taljan, Serie A, ikompli llum b'ħames partiti oħa. Fin-12.30pm, fi Stadio Bentegodi, Verona jilqgħu f 'darhom lil Torino. Verona jridu rebħa biex tkompli sserħilhom xi it rashom mir-relegazzjoni. Torino mhux għaddejjin mill-aqwa perjodu u din tista' tkun partita li tagħtihom iktar kunfidenza għall-aħħar spinta tal-istaġun. Fit-3.00pm, jintlagħu tliet partiti. Fiorentina f 'darhom jilqgħu lil Udinese, Monza jilqgħu liċ-Champions Taljani, Napoli u Bologna jilqgħu fi Stadio Dall'Ara lil Roma. Fid-8.45pm, Juventus jilqgħu f 'darhom Cremonese. It-Tnejn tagħlaq il-35 ġurnata bl-aħħar partita fejn Sampdoria, tim diġa' relegat, jilqgħu f 'daru lil Empoli. L-Universita' ta' Malta għalqu l-istaġun 2022/23 bl-aqwa mod possibbli meta fil-finali tal-E & L Trophy għelbu liċ-champions Luxol St Andrew bl-iskor ta' 3-2. Kienet logħba ferm eċċitanti bl-Universitarji li stabilixxew vantaġġ doppju u b'Luxol li fit- tieni taqsima kienu kapaċi jġibu l-iskor indaqs. Minkejja kollox, l-Universita' ta' Malta kienu ferm aggressivi sa mill-bidu u it taw ċans lill- avversarji tagħhom jimponu s-solitu logħob tipiku u dominanti tagħhom. L-Universita' ta' Malta marru minn fuq wara erba' minuti logħob meta kien hemm ħarba ta' Andre Cachia li b'xutt b'saħħtu għeleb lil Ryan Marmara bejn il- lasti ta' Luxol. Hekk kif l-ewwel taqsima għalqet 1-0, Luxol kienu żvinurati li laqtu l-lasta għal darba tnejn bl- Universita' ta' Malta li rduppjaw it wara permezz ta' Andre Cachia li għal darb'oħra għeleb lil Marmara. Hawnhekk Luxol kellhom reazzjoni f 'waqtha u f 'temp ta' it minuti ġabu l-iskor indaqs l-ewwel permezz ta' Jhonn Castro Pulido li b'xutt b'saħħtu minn quddiem Cacciatolo xeħet il- ballun fix-xibka u it wara kien Emil Raducu li skorja b'xutt fil- baxx għar-rokna. Hekk kif Luxol ikkommettew is-sitt foul, l-Universita' ta' Malta ngħataw free-shot li minnu Gia Nikvashvili għeleb lill-goalkeeper sostitut Clint Mifsud. Fi tmiem il-konfront il- president tal-FMA Mark Borg ippreżenta t-tazza lill-captain tal-Universita' ta' Malta Dylan Cacciatolo. L-Universita' ta' Malta jirbħu l-E & L Futsal Trophy Demi Vollering tirbaħ l-ewwel stadju tal-Itzulia Women Iċ-ċiklusta Demi Vollering rebħet l-ewwel stadju tal-Itzulia Women b'attakk qawwi u sprint finali. L-avveniment qed isir fi Spanja. L-Olandiża ta' 26 sena, ċiklista ta' SD Worx, marret fuq quddiem fl-aħħar 12-il kilomteru u żammet l-ewwel post sal-aħħar. L-Istadju beda minn Etxebarria sa Markina-Xemein u kelly tul ta' 122 kilometru. L-Iżvizzera Marlen Reusser, ta SD Worx ukoll, spiċċat 47 sekonda wara Vollering, bil-Pollakka Kasia Niewiadoma ta' Canyon-Sram li temmet fit-tielet post. Iċ-Champion tad-Dinja, Annemiek van Vleuten ta' Movistar temmet fir-raba' post. It-tieni stadju jsir illum minn Vitoria-Gasteiz sa Amurrio u jkollu tul ta' 133 kilometru. It-tielet u l-aħħat sradju jsir it- Tnejn f 'Donostia u jkollu tul ta' 115-il kilometru.