Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
06 IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Bord għall-Persuni Detenuti imħasseb dwar il- kundizzjonijiet ta' persuni fiċ-Ċentru ta' Ħal-Safi MATTHEW FARRUGIA Il-Bord ta' Monitoraġġ għal Persuni Detenuti reġa' esprima t-tħassib tiegħu dwar il- kundizzjonijiet ta' dawk il- persuni li qed jinżammu fiċ- Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi, b'mod partikolari f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalità tal-ikel u ħwejjeġ mhux adegwati - speċjalment fi żmien ix-xitwa - fost oħrajn. Dan ġie żvelat f 'żewġ rapporti annwali tal-istess bord, li tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra fil-Parlament, fit-8 ta' Mejju, meta mistoqsija mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għal- Livell ta' Għajxien Aħjar, Albert Buttigieg lill-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri. Ir-rapporti jixhdu li l-bord żar iċ-ċentru ta' detenzjoni 35 darba bejn l-2021 u l-2022, fejn b'mod indipendenti tkellmu mal- persuni li kienu qed jinżammu hemm. Hawn, il-membri tal-Bord tkellmu mal-maġġoranza ta' dawn il-persuni, fejn staqsew dwar il- kundizzjonijiet u l-ilmenti ta' dawn il-persuni. Irriżulta li fis-sentejn li huma, il- maġġoranza ta' dawk f 'detenzjoni li lmentaw kellhom tħassib dwar il-kwalità tal-ikel, ħwejjeġ mhux addattati għaż-żmien ix-xitwa u l-ammont ta' żmien li qattgħu f 'dan iċ-ċentru. Rigward is- servizzi mediċi, ir-rapporti jgħidu li kull meta kien hemm ilmenti dwar it-trattament mediku provdut, dawn il-kwistjonijiet ġew diskussi u solvuti minnufih. Minkejja dan, il-bord irrakomanda li r-residenti jkollhom aċċess adegwat għal servizzi ta' dentist, kura psikjatrika u assistenza psikoloġika. Iż-żewġ rapporti jagħlqu b'numru ta' rakkomandazzjonijiet sabiex dawk li jgħixu fiċ-ċentru, jgħixu b'mod aktar dinjituż, filwaqt li l-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu f 'ambjent aktar sigur. Fost l-oħrajn, il-bord esprima it-tħassib tiegħu dwar problemi ta' komunikazzjoni li jistgħu jinqalgħu fiċ-ċentru bejn il- ħaddiema u r-residenti, u għalhekk irrakomanda li jiġu impjegati interpreti. Rakkomandazzjoni li ġejja minn tħassib serju tinkludi wkoll li l-ħaddiema jkollhom taħriġ adegwat, fejn jintbagħat messaġġ ċar li l-użu ta' forza eċċessiva qatt m'hi se tkun tollerabbli. Id-drittijiet ta' dawk f 'detenzjoni kienu wkoll fost ir-rakkomandazzjonijiet tal- bord, hekk kif fost l-oħrajn, ġie rakomandat li r-residenti jkollhom aċċess għal avukati, kif ukoll kuntatt ma' għaqdiet mhux governattivi (NGOs). Simili għal dan, intqal ukoll li għandu jinżamm rekord ta' persuni li daħlu fiċ-ċentru ta' detenzjoni u jekk dawn eżerċitawx id-dritt tagħhom għal avukat. Fost aktar tħassib dwar il- kwalità tal-ħajja tar-residenti, il-bord qal li dawn għandhom bżonn aktar ħin barra, kif ukoll opportunità aktar wiesa biex ikollhom kuntatt mad-dinja ta' barra, fosthom anke b'kamra fejn ikunu jistgħu jużaw computers taħt il-monitoraġġ tal-ħaddiema. Ġiet innutata wkoll il-ħtieġa li dawk fiċ-ċentru ta' detenzjoni jkollhom opportunitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni, kif ukoll li jkunu jistgħu jiġu inklużi fi skemi simili ta' dawk fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, fejn ikunu jistgħu jaħdmu xogħol fiċ-ċentru ta' detenzjoni. Hawn tajjeb li nsemmu xogħlijiet li jagħmlu l-priġuniera li jinsabu f 'Kordin u li ċarament ħallew frott fuq dawn il-persuni. Għal dawn l-aħħar snin diversi priġuniera qattgħu sigħat twal fil-Forn tal-Ħabs biex isajjru u jaħmu l-qagħaq tal-appostli, fost l-oħrajn. Ta' kull sena dan it-tip ta' xogħol kien ta' suċċess kbir u ħalla impatt siewi fuq dawk il- priġuniera, inkluż aktar dixxiplina u wħud saħansitra irnexxielhom jibnu futur aħjar. Intant ir-rapporti jagħtu wkoll dettallji dwar in-numru ta' persuni fiċ-ċentru ta' detenzjoni mill-bidu tal-2021 u l-aħħar tal- 2022. Fil-fatt, ir-rapporti juru kif fil-bidu tal-2021 kien hemm 401 persuna f 'dan iċ-ċentru ta' detenzjoni, liema numru tela' għal 486 sal-aħħar tal-istess sena. Dan in-numru naqas b'rata ta 51% sal-aħħar tal-2022. Wieħed jista' jara wkoll, permezz tar-rapporti li fl-2021, b'kollox kien hemm 1,307 persuna li qattgħu xi żmien fiċ- ċentru ta' detenzjoni, filwaqt li dan in-numru fl-2022 kien 1,493. L-ikbar inkwiet għall- Bord ta' Monitoraġġ hu li tesprimi l-aktar tħassib fuq kwalità tal-ikel, problemi ta' kommunikazzjoni u ħwejjeġ mhux adegwati. Fl-istess waqt jirrakomanda servizzi ta' dentist, kura psikjatrika u assistenza psikoloġika Fl-2021: Minn fejn ġew il-persuni miżmuma fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal-Safi? L-informazzjoni ingħatat mill-Ministru Camilleri fil-Parlament Byron Camilleri Albert Buttigieg Prodott ta' 'Mill-Forn tal- Ħabs'