Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

04 aħbarijiet Ħarsa lejn ir-riformi ġudizzjarji fil-ħatriet pubbliċi u l-effiċjenza fil-Qrati MATTHEW FARRUGIA "Għad fadal ħafna xi jsir f 'dak li għandu x'jaqsam mar- riformi ġudizzjarji, sabiex il- ġustizzja f 'Malta ssir waħda effiċċjenti u indipendenti mill-Gvern." Hekk intqal mid- Deputati Edward Zammit Lewis u Mario de Marco waqt il-programm Mill-Kamra, issa ippreżentat mill-ġurnalist ta' Maltatoday, Matthew Vella. Matul dan il-programm, fost temi oħra, ġiet diskussa ż-żjara tal-Kummissarju Ewropew tal-Ġustizzja Didier Reynders fil-Kumitat għall-Affarjiet Barranin. Infakkru li Reynders, waqt iż- żjara tiegħu, għamel referenza għall-fatt li biex is-saltna tad-dritt f 'Malta tkun aktar b'saħħitha, hemm bżonn li l-Korp tal-Pulizija jkun wieħed effettiv fil-qadi ta' dmirijietu. Waqt il-programm Mill- Kamra, id-deputat Laburista, Edward Zammit Lewis semma dak li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin f 'dan ir-rigward, anke meta huwa stess kien Ministru għall-Ġustizzja. Dan jinkludi riformi marbuta mal- ħatra ta' uffiċċjali pubbliċi bħal m'huma Imħallfin, Maġistrati, u l-Kummissarju għall-Istandards tal-Ħajja Pubblika. Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista u Kelliem tal- Oppożizzjoni għat-Turiżmu, Mario de Marco stqarr li l-mod ta' kif jinħatru ċertu persuni, fosthom il-Kummissarju tal- Pulizija huma f 'idejn il-Prim Ministru u b'hekk wieħed "ma jkollux tort li jħares lejn il- Pulizija bħala estensjoni tal- Gvern." Għalhekk, huwa qal li bħalma kien ippropona l-Partit Nazzjonalista, il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinħatar bl-istess mod li jinħatru l-Ġudikanti, li huwa permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi fil- Parlament. B'mod simili, de Marco nnota dak li kien ġara fil-każ tal-ħatra tat-tieni Kummissarju għall- Istandards tal-Ħajja Pubblika Joseph Azzopardi, fejn skontu, kellha tinbidel il-liġi biex il- persuna li għażel il-Gvern ikun jista' jokkupa din il-kariga. Għal dan Edward Zammit Lewis irribatta li l-aqwa mod ta' kif jinħattru persuni f 'uffiċċji mportanti bħal dawn huwa b'kunsens miż-żewġ naħat tal- Kamra, iżda stqarr li l-attitudni tal-Oppozizzjoni waqt il- proċess ta' diskussjoni ma kinitx tagħmel sens u minħabba dan l-iżblokk ma setax ikun hemm ħatra b'kunsens. Fuq nota simili, huwa esprima t-tħassib tiegħu f 'dak li ġara b'rabta mal-ħatra tal- Kummissarju għall-Istandards tal-Ħajja Pubblika, biex din is- sitwazzjoni ma' terġax isseħħ meta jasal iż-żmien biex jinħatar il-President tar-Repubblika li jmiss, li se jkun l-ewwel President li jinħatar b'maġġoranza ta' żewġ terzi mill-Parlament. Mario de Marco, bħal ma kien għamel fil-laqgħa mal- Kummissarju Ewropew Reynders, tkellem dwar is- sitwazzjoni eżistenti ta' membri tal-Ġudikatura li jingħataw kariga f 'inkjesti tal-Gvern wara li jkunu rtiraw u kif din il-kultura tista' tinfluwenza d-deċiżjonijiet tagħhom waqt li jkunu għadhom membri tal- Ġudikatura. Min-naħa tiegħu, Edward Zammit Lewis stqarr li f 'pajjiż żgħir bħalma huwa Malta, ma jkunx għaqli li wieħed jarmi r-riżorsi. Meta mistoqsi minn Matthew Vella dwar dak li qal il-Kummissarju Reynders dwar id-dewmien fil-proċess ġudizzjarju, Zammit Lewis stqarr li hija mentalità żbaljata li għandha tinqata'. Sostna wkoll li d-dewmien fil-Qrati "ma tistax titranġa' biss permezz ta' bidliet fil-liġi". Huwa rrikonoxxa l-fatt li l-isfidi eżistenti huma frott ukoll in-nuqqas ta' riżorsi fil-Qrati. B'rabta ma' dan, Mario de Marco nnota l-fatt li fil-Qrati Ċivili, l-effiċjenza żdiedet b'mod notevoli. Minkejja dan, huwa qal li dan sfortunatament m'huwiex il-każ għall-Qrati Kriminali, li huwa ikkaratterizzat minn proċeduri li jdumu s-snin u li joħolqu inkonvenjenti kbar, b'mod speċjali għall-vittmi ta' kriminalità. L-eżodu ta' Keith Schembri mill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi Fl-ewwel parti tal-programm ingħatat ħarsa lejn dak li ġara fil- Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fix-xhieda ta' Keith Schembri. Hawn, Schembri, li kien iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat għamel diversi dikjarazzjonijiet b'rabta mal-proġett tal-power station tal-Electrogas. Fosthom, huwa stqarr li huwa ħareġ mill- politika aktar fqir minn meta daħal. Qal ukoll li huwa l-unika xhieda li ttella' f 'dan il-kumitat li ġie arrestat u kellu l-kontijiet tiegħu investigati kollha kemm huma, "u ma sabu xejn". Meta mistoqsi mill-Kumitat, Schembri stqarr li huwa jaf lis-sidien Maltin kollha tal- Electrogas fuq livell personali, b'mod speċjali lil Yorgen Fenech, li kien ilu jaf mindu kellu disa' snin. IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum Diskussi l-istat tal-Qrati Maltin u r-riformi li saru, u li għandhom isiru sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza fil- Qrati u l-indipendenza tal-Korp tal-Pulizija Edward Zammit Lewis Mario de Marco

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023