Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
17 films Carmel Bonnici Il-koppja ma u pa kettle f'serje ta' films komiċi (2) Xi karattri li jidhru f 'diversi minn dawn il-films ta' din is- serje huma omas "Tom" Kettle, it-tifel il-kbir li jattendi l-Universita' ta' Washington State jistudja kif timmaniġġja l-affarijiet tar-razzett u l-annimali. Fuq ferrovija jiltaqa' ma' Kim li l-quddiem issir martu. Fl-ewwel erba' films din il-parti ħadimha Richard Long. Kimberly "Kim" Kettle (nee' Parker), il-mara ta' Tom Kettle, riporter ta' magażin popolari ta' Seattle li kitbet sensiela ta' artiklu fuq il-familja Kettle u d-dar moderna tagħhom, Meg Randall dehret fi tliet films ta' din is-serje. Birdie Hicks, l-għadu anzjana tal-Kettles, parti maħduma minn Esther Dale tobgħod l-għażż li għandu Pa Kettle u d-diżorganizzazzjoni li teżisti fid-dar tagħhom. Sikwit iddur bil-karozza tagħha Model T jew b'karozzella ma' ommha li, iżda tissimpatizza mal-Kettles. Hi dehret ġo 4 films. Billy Reed, bejjiegħ kapaċissimu tal-belt għandu ħanut f 'Cape Flattery, b'avviż fuq il-bieb li jgħid "Jekk hemm xi ħaġa li trid, idħol u saqsi għal Billy Reed". Sikwit imur fir- razzett tal-Kettles biex iżurhom jew ibigħ xi affarijiet. Billy House ħadem din il-parti f 'e Egg And I u Emory Russell f 'erba' produzzjonijiet oħra. Rosie Kettle, parti maħduma minn Lori Nelson f 'żewġ films hija t-tifla l-kbira, t-tieni tal-familja li tixtieq tmur Sheraton College, iżda mhux possibbli ekonomikament. Meta tmur Waikiki, fil-Hawaii, ma ommha u missierha tgħin lill-kuġin Rodney fix-xogħol tal- ananas (pineapplea). Jonathan u Elizabeth Parker huma l-ġenituri ta' Kim. Fir-raba' episodju jivvjaġġaw minn Boston biex jaraw it-tarbija ta' Tom u Kim u jistiednu lil Pa u Ma Kettle għal Pariġi fis-sitt film. Elizabeth, għall-ewwel ma tingwalahiex mal- Kettles, pero' tinduna li għamlet żball. Żewġha Jonathan jieħu grazzja magħhom mill-ewwel. Rory Collins u Barbara Brown bħala dawn il-ġenituri dehru f 'żewġ films. Geoduck u Crowbar (Oliver Blake u Teddy Hart) kienu żewġ Indjani Amerikani, ħbieb ta' Pa u li jagħmlu ħafna faċendi taħt is-superviżjoni tiegħu. Se nagħti xi nformazzjoni dwar il-films ta' din is-serje: 1947 – e Egg And I. Pa u Ma Kettle kellhom biss parti sekondarja f 'dan l-ewwel film, pero' tant għamlu suċċess fir-rwoli tagħhom li bdiet serje ta' 9 films fuqhom biss. L-atturi prinċipali kienu Claudette Colbert u Fred MacMurray. 1949 – Ma And Pa Kettle. Il- familja Kettle, bi 15 tfal ikunu avżati li r-razzett tagħhom se jittieħdilhom. Fortunatament, il- missier jirbaħ kompetizzjoni bl- aħjar kitba ta' reklam tat-tabakk u jmorru ġo dar ġdida, moderna u lussuża fejn it-tfal ikollhom xalata. 1950 – Ma And Pa Kettle Go To Town. Il-Kettles ikollhom x'jaqsmu ma' xi ħallelin meta jmorru New York u t-tattiċi tagħhom tal-kampanja jgħinuhom jegħlbu lill-kriminali. Wieħed mill-aħjar ta' din is-serje. 1951 - Ma And Pa Kettle Back At e Farm. Il-familja jkollha tiffaċċja lil qrabathom ta' mneħirhom imxammar u jħabbtu wkoll wiċċhom ma' ħallelin li jaħsbu li fl-art tagħom hemm depożitu ta' uranju. 1952 – Ma And Pa Kettle At e Fair. L-isforzi tal-familja Kettle biex jirbħu l-flus ġo fiera tal-kampanja ħalli Ma tkun tista' tibgħat lit-tifla l-kulleġġ. 1953 – Ma And Pa Kettle On Vacation. Pa u Ma Kettle imorru Pariġi bħala l-mistiedna tal- Parkers u jinvolvu ruħhom ma' spiji u nisa laxki. Film passabbli. 1954 – Ma And Pa Kettle At Home. L-aqwa film f 'din is- serje fejn il-Kettles jippruvaw jimpressjonaw editur ta' magażin biex jirbħu premju ta' borża ta' studju. Xogħol mimli praspar u avventuri tal-15-il tfal, speċjalment fi żmien il-Milied. 1955 – Ma And Pa Kettle At Waikiki. Din id-darba fil- Hawaii l-missier jisplodi fabbrika tal-ananas kif ukoll hu stess ikun maħtuf. Aktarx l-aktar produzzjoni banali tas-serje. 1956 – e Kettles In e Ozarks. Ma Kettle tieħu lill- familja kollha fil-muntanji Ozark biex iżżur lill-kampanjol ħuha. Il-ġlieda li hi jkollha ma' dawk li jaħdmu l-lampik hi tassew farseska. 1957 – e Kettles In Old MacDonald's Farm. Ma Kettle tagħmilha ta' ħuttaba ma' tfajla mfissda u wieħed fqir li jaqla' s-siġar. L-aħħar wieħed ta' din is-sensiela, batut u fil-parti tal- missier jaħdem Parker Fennelly. Din is-serje umoristika tat pjaċir lill-ħafna udjenzi, għamlet profitti kbar lill-kumpanija Universal- International Pictures li, b'hekk, setgħet iżżomm fuq saqajha. illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023