Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 analiżi IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum 'In-nuqqas ta' breakwater m'aħniex ċittadini tat-tieni ANTHEA CACHIA Il-promenade ta' Marsalforn, li sewa' xejn inqas minn €3 miljun mit-taxxi tal-poplu diġà qiegħed ikollu ħsarat minħabba l-maltempati qawwija li jara fix-xhur xitwin. Kif jgħid il-Malti xemx u xita Alla jaf meta u l-elementi tan-natura ma tistax twaqqafhom iżda l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Alex Borg konvint illi n-nuqqas ta' breakwater f 'Marsalforn qiegħed jeċċentwa l-impatti li jistgħu iħallu maltempati qawwija fil-lokalità. Kmieni din il-ġimgħa huwa esprima l-frustrazzjoni tiegħu fuq Facebook minħabba l-fatt illi sena wara sena, il-wegħda ta' bini ġdid tal-breakwater ta' Santa Marija jibqa' ma ssirx realtà. Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Borg li sostna li fil-lokalità ta' Buġibba, mal-ewwel ġie approvat li jsir breakwater. Filwaqt li tenna li huwa ma jopponix dan l-istess żvilupp, jgħid li f 'Għawdex, "għal xi raġuni, ilhom iwiegħdu li se jinbena dan il-breakwater – inkluż Gvernijiet Nazzjonalisti – iżda qatt ma jsir xejn." Konxja ta' kemm huma voċiferi r-residenti u sidien ta' negozji f 'Marsalforn, l-ILLUM tagħmel referenza għall-aktar kwistjoni li qed tħassibhom. Diversi persuni lmentaw li bini ta' breakwater ġdid, għalkemm huwa bżonnjuż jista' jwassal biex tifforma marina tal- jottijiet ġdida. Diversi persuni lmentaw saħansitra ma' din il- gazzetta li apparti li l-marina ma tkunx viżibilment pjaċevoli ġewwa Marsamxett, "jittieħed ħafna spazju fil-baħar. Xi ħaġa li hija inkwetanti ħafna jekk isseħħ, għaliex il-baħar fiż-żona hija waħda mill-aktar affarjiet li jfittxu n-nies meta jżuru jew jagħżlu li jgħixu f 'Marsalforn," qalet residenta. Borg x'jipproponi li jsir biex jintlaħaq bilanċ? "Jekk isir breakwater taħt l-ilma u għaldaqstant ma jkunx għoli wisq fuq il-baħar, il-Gvern iserraħ l-imħuħ tar-residenti. Idealment, isir pontun minn taħt il-baħar li ma jinċentivax lis-sidien tal-jottijiet biex jiżbarkaw f 'Marsalforn," sostna Borg. 'Il-ftit sajjieda li hemm f 'Marsalforn qed isirlhom ħsarat kbar fid-dgħajjes tagħhom' Il-Kelliem żied jgħid li n-nuqqas ta' breakwater qiegħed jinħass minħabba ħsarat infrastrutturali. "Is- sena l-oħra inawguraw il- promenade f 'Marsalforn, jekk tmur tarah illum, tara li qiegħed jinqala' l-madum bis-saħħa tal- maltemp qawwi li qiegħed jara," kompla Borg. Huwa elenka numru ta' problemi oħra fosthom ħmieġ li qiegħed jidħol qrib il-bajja, ħsarat fil-faċċata ta' restoranti u saħansitra sidien ta' restoranti li qed jaffaċċjaw ħsarat fi ħdan ir- restorant innifsu. "Riċentament kellimni sid ta' restorant u qalli li din ix-xitwa, meta kien hemm Maltempata qawwija, spiċċa mtlielu r-restorant kollu ilma Il-Kelliem għal Għawdex Alex Borg b'rabja kbira minħabba snin ta' wegħdiet ta' bini ġdid tal-breakwater ta' Santa Marija li jisfaxxaw fix-xejn. Jipproponi breakwater taħt l-ilma 'biex żgur ma jkunx hemm inċentiv għal xi yacht marina' Id-deputat Alex Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023