Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 analiżi illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 breakwater qed iħalli ħerba, tat-tieni klassi' 1530 – 1798: Interess biex Marsalforn isir il-belt kapitali t'Għawdex minħabba s-saħħa tal-port L-istorja ta' Marsalforn u l-importanza tal- baħar li jmiss magħha jmur lura meta Malta kienet taħt l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Marsalforn kien il-port ewlieni f 'Għawdex ta' prodotti li jiġu importanti minn Sqallija. L-Ordni rat dan kollu bħala opportunità tajba u għamlet attentati varji biex Marsalforn isir il-Belt Kapitali ta' Għawdex. Ir-residenti kienu opponew bil-qawwa u fil-fatt din ix-xewqa qatt ma immaterjalizzat ruħha. 1960: Jinbena l-breakwater ta' Santa Marija L-ewwel struttura ta' breakwater f 'Marsalforn inbniet fis-snin 60. 2017– Ippubblikat il-Masterplan ta' Marsalforn Dan il-masterplan ippubblikat fl-2017 kellu l-għan li jkopri żona ta' 12,850 metru kwadru u jinkludi fost toroq fil-qalba tal-port. L-għan tal-masterplan kien li tinħoloq sinerġija biex l-operaturi f 'din iż-żona jkollhom linji gwida ċari ta' kif u fejn għandhom japplikaw mal- Awtoritajiet biex iżidu l-faċilitajiet turistiċi tagħhom. Il-'masterplan' kellu l-approvazzjoni finali wara li ġie approvat mill-Awtorità tal- Ippjanar, ġiet sottomessa l-applikazzjoni relattiva mill-Ministeru għal Għawdex u sar il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika mal- istakeholders kollha. Justyne Caruana, dak iż-żmien il-Ministru għal Għawdex kienet sostniet li dan eżerċizzju li se jwitti t-triq għal proġetti oħrajn fosthom li jsir studju dettaljat dwar u kif eventwalment għandu jinbena l-'breakwater'. Fl-2017, ġie imwiegħed li jsir il-Breakwater bħala parti mill-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista. 2020 : Studji iffinalizzat Il-Ministeru għal Għawdex sostna illi waslu fi tmiemhom l-istudji ikkommissjonati mill-Gvern biex ikun jista' jibda l-proġett tal- breakwater ta' Marsalforn. Ġie propost li jsiru żewġ breakwaters biex jiġi evitat għargħar fil- promenade u l-istabilimenti fi Triq il-Port. 2021 : Xogħol iffinalizzat fil-Menqa u tintefa' applikazzjoni għall-breakwater Fl-2021 ġew inawgurati xogħolijiet fil- Menqa u fil-promenade ta' Marsalforn. Il- Ministru Clint Camilleri saħaq li l-Gvern applika mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex isir il-bini tal-breakwater. 2022: Wegħda oħra elettorali u jibda' studju ieħor F'Marzu tal-2022, bl-Elezzjoni Ġenerali wara l-bieb, Abela f 'rally fil-Qala, iwiegħed li jsir il-proġett tal-breakwater f 'Marsalforn, bħal ħafna qablu. Mhux talli wiegħed talli ikkommeta li dan isir. Aktar tard f 'Lulju tal-2022, il-Ministru Camilleri ħabbar li bin-nefqa ta' €214,434 saret investigazzjoni ġeoloġika fiż-żona. Camilleri enfasizza li d-diżinn tal- breakwater irid jibbilanċja tliet fatturi importani; Il-protezzjoni tal-bajja u l-madwar mill-maltemp, l-impatt viżiv u l-impatt ambjentali. Novembru 2022: Għaddej il-proċess tal- applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar F'Novembru, id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Chris Said jistaqsi lill-Ministru Camilleri f 'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il-proġett. Camilleri spjega li għadu għaddej il-proċess tal-applikazzjoni mal- Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li fakkar fl- investigazzjonijiet ġeoloġiċi fis-sit fejn hu ippjanat li jsir il-breakwater. 17 ta' April 2023: Valutazzjoni tal- impatt tal-proġett Intant mistoqsi għal darboħra dwar progress fuq dan il-proġett minn Said, Camilleri iwieġeb illi bħalissa qed jiġi valutat l-impatt tal-proġett għall-istudji tekniċi (Evironmental Impact Assesment) bħala parti mill-applikazzjoni skont it-termini stabbiliti mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi. 2005 – 2006 : Wara snin fil-post, din l-istess struttura ġiet imġarrfa L-istruttura iċċedi kompletament. Mas- snin isiru numru ta' wegħdiet li dan il- breakwater se jerġa' jinbena mill-ġdid, inkluż wegħdiet f 'Manifesti Elettorali varji. Saga li ma tintemm qatt? u dan wassal għal ħsarat konsiderevoli li kellu jsewwi s-sid," qal Alex Borg. Dan filwaqt li fakkar fis-sajjied tal-lokal, li huma wkoll qed jaffaċċjaw spejjeż minħabba ħsarat fid-dgħajjes, għodda mill-aktar importanti li minnhom qed jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum. Din mhix l-ewwel darba li n-nuqqas ta' breakwater ikkawża ħerba hekk kif fl- 2016, il-klabb tal-Waterpolo ta' Marsalforn Otters ASC, ftit jiem wara li inawguraw il- pitch tagħhom, sfaxxa fix-xejn minħabba irwiefen li ħakmu dik l-akkwata. Fil-fatt il-ħsara tant kienet estensiva li ma tantx setgħu isiru sessjonijiet ta' taħriġ għall-plejers tal- klabb, f 'nofs l-istaġun tal- waterpolo. Breakwater preżentament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023