Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 opinjoni illum • IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 editorjal illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Il-Ġudikanti I l-qrati ta' Malta għandhom rwol kruċjali. Istituzzjoni li għandha bżonn kull rispett u kif ukoll iċ-ċans li topera independenti mill-Istat. Il-politiċi għandhom ikollhom kull dritt li jgħassu fuq il-qorti ... imma mhux biex joħonquha imma biex jaraw kif jistgħu jtejbuha. U hekk għandu jkun. Il-ġudikanti mhumiex allat. Ħafna minnhom huma umani bħalna. Inflwenzati minn nies bħalna, inflwenzati minn kummenti, attakki u l-opinjoni pubblika. U hemm minnhom li għandhom il-preġuddizji tagħhom. Din il-gazzetta mhux se toqgħod lura milli tgħidha kif inhi. Il-Qorti mhix perfetta. Il- Ġudikanti illum ma jistgħux jgħidu li m'għandhomx kundizzjonijiet ta' pagi tajbin jew li ma għandhomx strutturi li jigarantixxu l-liberta u l-indipendenza tagħhom. Ukoll għandhom id-dritt jagħżlu huma l-Prim Imħallef. Fit- tajjeb u l-ħażin. Imma jeħtieġ li jkunu aktar sinċiera mal-prinċipji tal- ġustizzja. Ma jistax ikun li hemm inkonsistenzi grassi fis- sentenzjar, preġudizzji rampanti u kif ukoll interpretazzjoni limitata tal-liġi. Ma jistax ikun fejn ikun hemm kunflitti ta' interess ma jiġux dikjarati u fuq kollox ma jistax ikun li hemm biżibilju każijiet pendenti, inkjesti pendenti u kif ukoll diferimenti kontinwi. Is-sistema qatt ma tkun mija fil-mija perfetta, imma bħalissa hija imperfetta u din id-darba s-swaba qed jippuntaw lejn il- ġudikant u mhux lejn il-Gvern. Trasparenza fid- donazzjonijiet L-istorja tal-ġimgħa l-oħra dwar għoti ta' donazzjoni lill- Repubblika minn persuna li kisbet ċiitadinanza Maltija qajmet xi rix. Din il-gazzetta mhux se tkun mxekla li tikteb minn kummenti stupidi ta' psewdo ġurnalisti biex mingħalihom nagħlqu ħalqna. Din hi storja bbażata fuq mistoqsija parlamentari għall- mistoqsija ta' Parlamentari Nazzjonali. Inqalgħu l-irwiefen kollha b'avukati, u anki mill- fondazzjoni Daphne. Fl-aħħar mill-aħħar Repubblika qalu li ma kienux jafu li daħlet din id-donazzjoni u kienu se jirritornaw is-somma. Tajjeb! Imma li għaqda volontarji ma tafx minn fejn ġejjin il-flus li tirċievi hija stramba. Mela tajba, mela nitolbu l-partiti politiċi bi trasparenza u lill-għaqdiet qed ngħidulhom intom ma jimpurtax. Ir-rwol ta' kull gazzetta hi li tirraporta dak li hu ta' interess għal kullħadd. Fil-passat ma dejjaqnix nuru kif ċerti avukati u awdituri u accountants li kitbu jew pprotestaw b'mod voċiferu kontra l-IIP (Ċittadinanza tad-Deheb) kienu huma stess joperaw servizz biex jieħdu l-eluf minn applikazzjonijiet għal ċittadinanza. Nemmnu li Repubblika ma kienux attivament qed ifittxu donazzjonijiet minn persuni li applikaw għal din is-sistema. Imma jekk azjendi u gruppi oħra qed jintalbu jżommu rendikont finanzjarju strett ta' avvanzi finanzjarji, inkluż minn fejn ġejjin il-flus, ma nistgħux nimu kif dan m'għandux japplika ukoll għall- għaqdiet volontarji, b'mod speċjali għaqda li titkellem dwar governanza u trasparenza! 13

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023