Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
16 oroskopju IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • ILLUM Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-aħħar gimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Libra ser ikun il-waqt li minn dak li kont qiegħed tħossok inċert issa tgħaraf li int qiegħed f 'pożizzjoni aħjar kif għandek tiddeċidi. Għalhekk issa li int qiegħed tħossok ferm aħjar wettaq dak li huwa meħtieġ u b'hekk int tissaħħaħ. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Libra huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Scorpio ser ikun il-forza tiegħek sabiex tegħleb dak il- mewġ li qiegħed iħabbat lejk. Mewġ li sa issa żammek milli tkattar dak li tixtieq iżda int dan issa ser tkun kapaċi twettqu. Għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Scorpio huma magħrufin kemm huma umli. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Sagittarius huwa dak il-mument li tagħraf aħjar il- ħajja li int għażilt. Int ssa ma tistax tibqa marbut mal-passat u issa għażilt il-pass il-quddiem. Għalhekk ħalli warajk il-passat u ffokka biss lejn il-preżent. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Sagittarius huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-aħħar gimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Capricorn huwa l-waqt li jekk int taħseb li dak li int qiegħed tesperjenza huwa affidabli għalik allura kkonċentra fuq dak biss u tħares lejn xejn aktar. Tipprovax tmur għal xi ħaġa oħra u kkonċentra biss fuq dak li għandek. Analizza. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Capricorn huma magħrufin bhala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aquarius huwa l-mument għal gwida minn xi ħadd li int verament tafda. Taf li wasalt li għandek bżonn forma ta' gwida f 'dak li int tixtieq tkompli twettaq. Għalhekk din il-gwida għaraf ħuda minn għand dik il- persuna li verament tafda. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Aquarius huma magħrufin għall-flessibilita' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-aħħar gimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Pisces ser ikun il-waqt għaqli għalik sabiex tkompli bid-tibdil li int bdejt twettaq. Tibdil li qiegħed jibdel il-ħajja tiegħek lejn aktar stabbilta'. Għalhekk kompli miexi u taqtax qalbek. Għalkemm kull tibdil iġib miegħu ċertu sagrifiċiji xorta ibqa miexi. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste MILL-ĦADD 14TA' MEJJU SAS-SIBT 20TA' MEJJU L-OROSKOPJU MWASSAL MILL-ASTROLOĠISTA PAUL JON L-AĦĦAR ĠIMGĦA TAŻ-ŻODJAKU TA' TAURUS Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aries ser ikun mument ta' aktar determinazzjoni sabiex turi l-vera kapaċitajiet tiegħek u kemm int vera kapaċi fit-twettieq tiegħek u dan żgur ser ikun qiegħed jogħlilek il-moral għal aktar stabbilta' f 'dak li hemm riesaq lejk. Irriffletti. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Aries huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Taurus huwa l-waqt għal aktar pjanar dwar il-futur tiegħek u kif ser tkun qiegħed tqassam bejn dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent għal dak li għandek ġej fix-xhur li ġejjin. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex ikollok pjan ta' bilanċ. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Taurus huma magħrufin għall-abbilita' orġanizzata tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Gemini ser ikun il- mument li tgħaraf aħjar lilek innifsek u dan ser jagħmlek aktar kunfidenti fit-twettieq li għandek ippjanat. Ovvjament apparti l-proġetti preżenti hemm oħrajn ġejjin iżda issa ser tħoss dik id-differenza fik innfisek. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Gemini huma magħrufin għall-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Cancer ser ikun il-waqt ta' għarfien aħjar dwar kif int tista' tqassam dak li int għandek bħalissa. Xi kultant qiegħed tħoss toqol u tħossok mitluf iżda dan ser jinbidel u ser tibda tgħaraf aħjar. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Cancer huma magħrufin għall-abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-aħħar gimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Leo ser ikompli jikkonferma kemm int persuna li akkost ta' kollox trid tasal u twettaq dak kollu li hemm ġewwa fik. Ovvjament int kapaċi tgħaraf ukoll li kollox ikun imwettaq b'aktar għaqal u dan sabiex kollox ikun imwassal kif għandu jkun. Analizza. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Leo huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din l-aħħar gimgħa taż- żodjaku ta' Taurus għalik Virgo ser jagħmlek tifli b'aktar reqqa dak it- twettieq li tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. L-esperjenza għalmietek ma taġġilx iżda li tanalizza b'reqqa kull deċiżjoni rigward il-futur tal-karriera tiegħek. Għalhekk għaraf idħol fil-profond tiegħek. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Virgo huma magħrufin għall-istabbilita' tagħhom. Namaste IL-KOMBINAZZJONIJIET TAŻ-ŻODJAKU TA' TAURUS Ix-xahar ta' Mejju huwa dak ix-xahar fejn ilaqqana ma' żewg żodjaki b'kombinazzjonijiet interessanti ħafna fejn waqt iż-żodjaku ta' Taurus joffrilna dik il-profondizza, iż-żodjaku ta' Gemini joffrilna dik il-fokazzjoni profonda u propju f'dan artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-kompatibilita' li joffri dan iż- żodjaku ta' Taurus kemm liż-żewġ żodjaki kkombinati miegħu iġifieri dawk ta' Virgo u Capricorn li flimkien jiffurmaw l-ement tal-art kif ukoll kif jistgħu jibbenefikaw iż- żodjaki l-oħra skont il-kombinazzjonijiet li jwasslu għal benefiċju f'dawk l-aspetti partikolari. It-Tlett pilastri ta' kompatibilita' f' dan iż-żodjaku ta' Taurus huma dawn: L-ewwel pilastru f'dan iż-żodjaku hi l-Fiduċja It-tieni pilastru f'dan iż-żodjaku hi l-Profond It-tielet pilastru f'dan iż-żodjaku hi l-Inspirazzjoni B'hekk nibda mill-ewwel kompatibilita' taż-żodjaku ta' Taurus dwar il-fiduċja fejn dan iż-żodjaku jikkombina tajjeb ma' dawn is-seba żodjaki li huma dawn: Virgo: 90% Taurus: 80% Gemini: 75% Capricorn: 70% Libra: 60% Sagittarius: 55% Cancer: 45% Il-kompatibilita' taż-żodjaku ta' Taurus fil-profond ma' l-aktar seba żodjaki li huma dawn: Capricorn: 90% Virgo: 85% Taurus: 80% Scorpio: 75% Gemini: 70% Aries: 55% Libra: 50% L-aħħar pilastru ta' dan iż-żodjaku ta' Taurus fil-kompatibilta' lejn dik l-inspirazzjoni ma' l-aktar seba żodjaki huma dawn: Virgo: 95% Taurus: 90% Sagittarius: 85% Capricorn: 80% Gemini: 75% Leo: 60% Cancer: 50% Għal aktar informazzjoni bażika tista' ssiba fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, L- Oroskopju minn PaulJon jew żur il-paġna PaulJon13 jew ibgħat SMS fuq 79495804/99013600 Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON