Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 Iċ-ċekkijiet Il-Ministru Attard jappella biex l-istudenti ma jkunux obbligati jagħtu informazzjoni sensittiva MATTHEW FARRUGIA ... Tkompli minn paġna 1 Is-sors stqarr li dawn iċ-ċekkijiet ħżiena tpoġġew f 'ġenb minflok ġew imqatta', u wara dan, iċ-ċekkijiet xorta waħda nħarġu biex jiġu impustati. Illum huwa nfurmat li meta dawn iċ-ċekkijiet inħarġu, dan l-iżball ġie nnutat mal-ewwel, iżda ċ-ċekkijiet doppji kienu laħqu ġew imqassma mill-Maltapost lill- pustiera. Is-sors ikkonferma li dawn iċ- ċekkijiet doppji setgħu jiġu aċċettati mill-banek, iżda minħabba li l-iżball ġie nnutat mill-ewwel, l-awtoritajiet konċernati ħarġu ordni ta' "stop payment" lill-banek minnufih. Minħabba li l-awtoritajiet kienu jafu eżatt liem kienu d-952 persuna li kienu se jirċievu ċekk doppju, dawn irċievew ittra sabiex tispjega li sar żball, u li wieħed miċ-ċekkijiet mhux se jkun jista' jissarraf mill- banek. L-studenti tal-liġi li għaddew mill-ezami tal-warrant tagħhom għadhom mingħajr ċertifikat u b'hekk ma jistgħux jipprattikaw il-liġi. Dan minħabba li hemm diżgwid dwar rekwiżiti ġodda għall-avukati li jkunu ħa jpoġġu għall-eżami tal-warrant. Dan beda meta fl-2021 il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ħarġet kriterji ġodda li kull min japplika għall-eżami tal- warrant għandu jimla' sabiex jiżvelaw informazzjoni dwarhom infushom, liema kriterji qanqlu dubji kbar, hekk kif huma meqjusa invażivi. Fost l-oħrajn, l-applikanti qed jintalbu jgħidu jekk humiex involuti f 'każijiet fil-Qorti, li jinkludu divorzji u kawżi relatati mal-Qorti tal-Familja. Apparti minn hekk, l-istudenti tal-liġi huma mitluba wkoll jgħidu jekk għandhomx xi forma ta' diżabilità, jekk qatt kellhomx problemi marbuta ma' vizzju tax-xorb fl-aħħar deċċenju u anke fejn kienu jmorru skola primarja u sekondarja, fost oħrajn. Minkejja li dawn ir-rekwiżiti ġew introdotti fl-2021, għadhom ma ġewx approvati mill-Ministru għall-Ġustizzja, hekk kif hemm diżgwid dwar x'informazzjoni għandha tintalab mill-avukati prospettivi, u l-Ministru Jonathan Attard jinsab imħasseb li dawn il- mistoqsijiet jiksru d-drittijiet tal- privatezza tal-individwu. B'rabta ma' dan, il-Ministru għall-Ġustizzja bagħat ittra lill- President ta' Malta George Vella, fejn stqarr li l-informazzjoni mitluba mill-applikanti hija eċċessiva u invażiva. Attard qal li terzi persuni qalulu li ma jistgħux jgħaddu mill-warrant minħabba dewmien li huwa risponsabbli għalih Attard stess. Il-Ministru spjega li f 'laqgħa li kellu mal-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fis-27 ta' Marzu li għadda, huwa esprima t-tħassib tiegħu dwar dawn ir-rekwiżiti ġodda, fejn spjega lill-Kummissjoni x'inhuma r-riskji tar-rekwiżiti sabiex dan l-iżblokk jiġi indirizzat, u mal-105 student tal-liġi jkunu jistgħu jingħataw il- warrant sabiex jipprattikaw il-liġi. Attard kiteb lill-President kif, "Il-Ministeru jibqa' tal-fehma li l-informazzjoni li l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali jrid jitlob lil dawk il-kandidati li jkunu applikaw għal warrant hija eċċessiva u ma tirrispettax id-dinjità tal-individwu u tal- privatezza tiegħu, b'tali mod li se tħalli anke effett li jiskoraġixxi persuni milli jersqu għall- professjoni legali." Jonathan Attard, filwaqt li tenna l-impenn tal-Ministeru tiegħu sabiex itejjeb l-istandards marbuta mal-professjoni legali, ma jista' qatt jaqbel li sabiex wieħed jirċievi l-warrant, irid jiżvela informazzjoni sensittiva bħal m'hi dik marbuta ma' diżabilità u saħħa mentali, kif ukoll il-mistoqsija "inspjegabbli" ta' fejn applikant kien jattendi skola primarja. Fl-ittra tiegħu, Attard appella sabiex dan l-iżblokk jiġi indirizzat mill-aktar fis possobbli qabel ma' l-Gvern ikollu jikkunsidra "intervent leġiżlattiv biex issir ġustizzja mal-105 persuna li diġà ġew eżaminati, approvati li għandhom il-kwalifiki u huma kompetenti biex jeżerċitaw il-professjoni ta' Avukati u Prokuraturi legali fil-Qrati ta' Malta." F'ittra lill-President ta' Malta, Attard jgħid li l-Gvern jista' jikkunsidra li jbiddel il-liġi biex tiġi indirizzata l-inġustizzja mal-105 persuna li għaddew mill-warrant iżda ma jistgħux jipprattikaw il-liġi Ir-rekwiżiti ġodda nħarġu fl-2021, iżda qatt ma ġew aċċettati minħabba dubji serji ta' privatezza tal-individwi li japplikaw għall- warrant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023