Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

ANTHEA CACHIA Il-President tal-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Repubblika tisħaq ma' din il-gazzetta illi la darba tkun informata min huwa l-persuna li għamel donazzjoni lil Repubblika, bħala parti mir- rekwiżiti tal-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, beħsieba tirritorna kull ċenteżmu. Hija tgħid dan mal-ILLUM fid-dawl ta' artiklu ippublikat minn din l-istess gazzetta, il-Ħadd li għadda, fejn ġie irraportat minn informazzjoni mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra dwar it-tali donazzjonijiet. Mal-ILLUM Aquilina stqarr illi Repubblika minn dejjem kienet topponi din l-iskema u żgur li ma kinitx konxja tal- fatt li xi ħadd ta donazzjoni ta' €1,500 lilha biex jingħata ċ-ċittadinanza għaliex kieku, "mill-bidu nett, żgur li ma konniex naċċettaw. Aħna ġieli irrifjutajni persuni li fil- passat kien assoċjat ma' proġett partikolari u aħna kontrih." Infakkru illi biex wieħed jingħata l-privileġġ ta' ċittadinanza Maltija, hemm numru ta' rekwiżiti li jridu jintlaħqu. Dawn jinkludu investimenti lokali, xiri jew kiri ta' proprjetà u kontribuzzjonijiet lejn is-soċjetà Maltija. Kif spjegat ukoll fil-Parlament mill-Ministru Camilleri, il-liġi tistipula li qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza, l-applikanti huma obbligati li jagħtu donazzjoni ta' xejn inqas minn €10,000 lil organizzazzjoni jew soċjetà mhux governattiva filantropika, kulturali, sportiva, xjentifika, tat-trattament xieraq tal-annimali jew artistika tkun irreġistrata jew kif approvat mod ieħor mill-Aġenzija Komunità Malta. Huwa informa lill-ILLUM li għamel talba formali biex Repubblika ssir taf min kien li ta d-donazzjoni, għax sa llum għadhom ma jafux. L-ILLUM tistaqsi wkoll x'sistema tħaddem din l-NGO biex tivverfika minfejn ġejjin id-donazzjonijiet tagħha u jekk isirx due diligence fuqhom. Spega li l-modi ta' kif jingħataw id-donazzjonijiet huma varji, jew waqt protesti, jew jingħataw ċekk jew permezz tas-sit. "Min jagħtik donazzjoni ma jurikx l-intezjoni għaliex ikun qiegħed jagħti donazzjoni. Min-naħa l-oħra l-liġi timponi li jkun hemm due diligence fuq ċertu ammonti ta' donazzjonijiet. Ħafna drabi ma jkunux ammonti żgħar." "Għandu jkun hemm tip ta' forma li min qiegħed jagħti din it-tip ta' donazzjoni, biex min ikun qiegħed jirċievi d-donazzjoni ikun mgħarraf li din qed issir għal dak l-iskop," qal Aquilina. Intant Moviment Graffitti, li wkoll kien ixxukjat li kien inkluż fil-lista, qal li se jkun qiegħed jirritorna d-donazzjonijiet li ngħatawlhom għall-istess skop, għaliex huwa wkoll jopponi din l-istess skema. Liema NGOs ibbenefikaw mill-istess skema? Sintendi, Repubblika mhix l-unika għaqda li ibbenifikat minn din il-klawżola fl-aħħar xhur. L-għaqdiet li bbenifikaw huma Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Nature Trust, Birdlife Malta, Friends of the Earth, Rmjs Horse Rescue, Rotary Club, Malta Kitty Guardians for Strays, Society For The Protection And Care for Animals, Dreams of Horses, SOS Malta, Fidem Charity Foundation, St Jeanne Antide Foundation, Sunshine Animal Sanctuary Malta Inspire, Action for Breast Cancer Foundation, Food Bank Lifeline Foundation Malta, Richmond Foundation, Association for International Women in Malta, Dar Merhba Bik, Ronald McDonald House Charity, Down Syndrome Association, , Malta Health Network, Malta Red Cross, Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta, Tayar Foundation for Jewish Heritage in Malta, Kenosis Foundation, Verdala International School Refugee Scholarship Fund, Fgura United, Zabbar St Patrick FC, Swieqi United Football Club, Research, Innovation & Development Trust – UoM, The Archaeological Society Malta, Blue Door English, Kazin Santa Liena, Moveo Dance Company, Fondazzjoni Partimonju Malti. aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Ministry for Home Affairs, Security, Reforms and Equality is seeking to recruit the following personnel: IT MANAGER Jobsplus Permit No. 245/2023 MANAGER (PROJECTS)Jobsplus Permit No. 54/2023 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Qormi Phone 2276 8301 E-mail: contactus@stopviolence.gov.mt 'Se nirritornaw kull ċenteżmu li ngħatajna, ma rriduhomx' Repubblika issostni li hija dejjem kienet u se tibqa' kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija u huwa għalhekk li ma tridx taċċetta l-fondi li ngħatatilha permezz ta' din l-istess skema. Issostni li lanqas fondi mill-Gvern ma tapplika għalihom għax ma temminx li għandha tagħmel dan Robert Aquilina - Il- wiċċ ta' Repubblika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023