Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 19

14 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum J um l-Omm hija ġurnata tant speċjali fil-kalendar- ju tagħna. Hija oppor- tunità biex niċċelebraw l-għeżież tagħna. Ġurnata fejn, iktar minn qabel, napprezzaw it-trobbija, l-imħabba u l-apprez- zament bla qies li tawna l-ommi- jiet tul ħajjitna. L-ebda rigal, ikla, jew sinjal ieħor ta' apprezzament, ma jista qatt jikkumpara mal-imħabba li l-ommijiet tagħna dejjem taw. Id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom, dejjem ingħata bla ħlas, u mingħajr stennija ta' ebda forma ta' kumpens. Kienu u ser jibqgħu s-sinsla tant importanti tagħna, tul il-vjaġġ imprevedibbli ta' ħajjitna. Tul ħajti kollha, kelli l-opportunità li niċċelebra l-għajnuna tal-ġenituri tiegħi. L-apprezzament tiegħi lejhom, jibqa wieħed ta' gratitudni infinta. Għalija personali, però, l-anniversarju ta' din is-sena huwa wieħed iktar sinjifikanti minn qabel. Dan għaliex ser ikolli l-opportunità li niċċelebra din il-ġurnata minn perspettiva differenti. Dik ta' omm ġdida – il- bidu ta' avventura mill-isbaħ. Ma nistax ma nsemmix kif dan l-iżvilupp seħħ fl-ewwel snin ta' ħidma tiegħi bħala Segretarju Parlamentari. Inqas minn sentejn ilu, għamilt l-ewwel passi tiegħi fil-qasam tal-politika. Kburija li fl-ewwel tellieqa tiegħi, ġejt eletta bħala Membru tal-Parlament, imbagħad bħala membru fil- Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela, fl-irwol ta' Segretarju Parlamentari. Kont kandidata żagħżugħa, fejn esperjenzajt għall-ewwel darba il-ħidma intensiva li tirrikjedi minnha elezzjoni ġenerali. Kien perjodu li jikkonsisti fih ħafna ġranet ta' ħidma, segwiti minn ljieli bi it rqad. Kienet opportunità biex nisma' il- ħsibijiet ta' diversi konstitwenti: kemm it-tħassib tagħhom, kif ukoll l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-futur. Stajt niem il-volum ta' xogħol li l-Gvern kien għad fadallu iwettaq; madanakollu, minflok qtajt qalbi, iktar ispirajt ruħi biex naħdem favur il-poplu tagħna. L-isfidi ta' rappreżentanta mara, u ta' omm, huma kemmxejn differenti. Madanakollu, hekk kif illum qed niċċelebraw dan il-jum tant għal qalbna, ma nistax ma ninnotax ir-rabta b'saħħitha li teżisti bejn dawn iż-żewġ irwoli. Bħala politiku, għandi l-obbligu li ntejjeb il-preżent, u noħloq futur isbaħ għall-poplu Malti u Għawdxi. Dan speċjalment fejn jidħlu s-setturi tas-sajd u tal-ħarsien tal-annimali – żewġ oqsma li jirrikjedu deċiżjonijiet fl-immedjat, kif ukoll viżjoni sostenibbli għat-tul. Hekk kif bdejna nilħqu l-ewwel tragwardi f 'dan il-vjaġġ, irridu nibqgħu naħdmu biex nilħqu l-ambizzjonijiet għoljin li għandna f 'dawn l-ambiti differenti. Wieħed hawnhekk jistaqsi però: Bħala ġenituri, m'għandniex l-istess influwenza fuq uliedna? Fid-deċiżjonijiet ta' kuljum, fit- tagħlim li l-ġenituri jgħaddu lit- tfal tagħhom, fl-opportunitajiet li nagħmlu l-għalmu biex nipprovdulhom... mhix anke aħna bħala ġenituri għandna l-irwol tant importanti, li noħolqu futur fejn it-tfal tagħna jistgħu jiorixxu? Li tkun omm tfisser l-isbaħ ħaġa; għal ħafna, tista tfisser ukoll l-itqal ħaġa. Nammetti li matul dawn l-aħħar xhur, kelli bżonn iktar minn qatt qabel l-appoġġ mir-raġel tiegħi Malcolm, kif ukoll mill-bqija tal-familjari u l-kollegi tiegħi. Konxja wkoll li hija diffiċli għal uħud biex jilħqu dan it-tragward. Matul din il-ġimgħa, iddiskutejna għal darba oħra kif l-emendi li ħadem għalihom dan il-Gvern fuq l-IVF, qiegħed ikompli jħalli l-frott. il-prinċipju tagħna jibqa' wieħed: Irridu nkomplu nagħtu tama u opportunita lil iktar miċ- ċittadini tagħna, biex ukoll isiru ġenituri u jrawwmu familja fi spirtu ta' mħabba bla qies. L-avventuri tul dawn l-aħħar xhur, komplew ikebbsu fiha l-enerġija biex inkompli nagħmel l-almu tiegħi f 'dan l-irwol pubbliku. Kwalunkwe deċiżjoni li aħna bħala uffiċjali pubbliċi nieħdu, ser iħallu efett fuq il-legat tagħna: kemm għall-ġenerazzjoni preżenti, kif ukoll dik futura. Dak li nagħmlu llum, ma nagħmluhx biss għalina, iżda għal ulieda, u għal ulied uliedna. L-avvanzi legali, politiki u infrastruttrali li ta' kuljum qegħdin naħdmu fuqhom, ikomplu jwettgħu it-triq għal ġejjieni aħjar. Id-deċiżjonijiet tal-lum, ser jinħassu llum u fiż- żminijiet li ġejjin. Nixtarr hawnhekk f 'dak li qalet l-attriċi Sophia Loren: li tkun omm tfisser li taħseb darbtejn: waħda għalik, u l-oħra għal uliedek. Illum u nirrifletti fuq il- futur tat-tifla tiegħi, dan il-ħsieb qiegħed ngħixu ta' kuljum, bla waqfien. Li tkun omm tfisser li tinvolvi ruħek fuq numru ta' kwistjonijiet differenti: is-saħħa, l-edukazzjoni, id-drittijiet ċivili... anke l-oqsma li fiha involut jiena, huwa essenzjali biex nipproteġu l-biodiversità tagħna, is-sostenibbilità tal-ikel bnin, u t-tradizzjonijiet kulturali u storiċi ta' dan il-pajjiż. Huma setturi li jirrikjedu minnha kuraġġ, biex nindirizzaw il-mistoqsijiet tal-ġurnata, u nipproteġuhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Inqis lili nnisfi fortunata li sseħibt f 'partit, u fi Gvern, li qiegħed jagħmel l-almu tiegħu biex jindirizza dawn l-isfidi b'rasu mgħollija. Ma nistgħux biss inħarsu lura lejn il-passat. Ma nistgħux nibqgħu favur l-istatus quo, u nibżgħu milli nwettqu l-bidla. Il-futur ta' uliedna huwa dipendenti totalment fuq dak li qegħdin nagħmlu fil-ġurnata tal- lum. M'aħniex perfetti. Però l-kritika mgħandiex nieħduha biss bħala ostaklu: biex tassew inkunu Gvern ta' kulħadd, irridu nibqgħu nisimgħu lil kulħadd, bil-għan li nieħdu d-deċiżjonijiet kollha proattivi li jirrikjedi minnha pajjiżna. Hekk jew b'hekk, dan huwa l-obbligu tagħna l-politiċi: Li nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet importanti għall-poplu Malti u Għawdxi. Bħala ċittadina Maltija, inħoss l-bżonn li nagħti l-kontribut siewi tiegħi, fil-fora kollha possibbli. Bħala rappreżentanta tal-poplu, nikkunsidra din il-ħidma bħala parti mir-risponsabbilita legali u Kostituzzjonali tiegħi. Bħala omm, inqisu bħala obbligu personali. Il-Jum l-Omm it-tajjeb lill- qarrejja kollha. Lill-omm li tatna isimna Alicia Bugeja Said Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Awkwakultura u l-Ħarsien tal-Annimali "Għalija personali, però, l-anniversarju ta' din is-sena huwa wieħed iktar sinjifikanti minn qabel. Dan għaliex ser ikolli l-opportunità li niċċelebra din il-ġurnata minn perspettiva differenti. Dik ta' omm ġdida"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023