Illum previous editions

ILLUM 14 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

I s-settur turistiku huwa wieħed mill-pilastri ekonomiċi ta' pajjiżna. Meta nitkellmu fuq it-tkabbir ekonomiku, jew inkella fuq oppor- tunitajiet ta' xogħol nagħmlu tajjeb li niakru li dan kollu jiddependi wkoll fuq is-saħħa tal-industrija Maltija u Għawdxija, inkluż it-tu- riżmu. Dan filwaqt li ma ninsewx li l-industrija Maltija waslet fejn waslet għaliex operat b'mod dil- iġenti u reżiljenti, anke bl-għajnu- na ta' Gvern Laburista fi żminijiet ta' sfidi internazzjonali. Biex ikollna settur turistiku ta' suċċess irid ikollna wkoll konnettivita' u sistemi tat-trasport b'saħħithom. U għal pajjiż bħal tagħna li jiddependi mit-trasport bil-baħar u bl-ajru, rotot tajbin u affordabli f 'dawn l-oqsma huma essenzjali. Dan kollu sħaqtu l-ġimgħa li għaddiet, fi żjara lill- Valletta Cruise Port. Ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li l-qasam marittimu, li jinkludi l-operat tal-cruiseliners, hu importanti ferm għat-turiżmu f 'pajjiżna. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-għadd ta' passiġġieri li jżuru Malta fuq cruiseliners żdied b'46,786 matul is-sena 2022. Żieda li turi irkupru b'saħħtu mill-impatt tal-pandemija lil hawn, xhieda wkoll ta' suċċess għal dan il-port. Fiż-żjara tiegħi, ma stajtx ma nfaħħarx l-investimenti sinifikanti fejn tidħol is-sigurta' u s-sostenibbiltà ambjentali. Dan hekk kif il-Valletta Cruise Port qed jimplimentaw Sistema ta' Immaniġjar b'rabta mar- Riskju Ambjentali (ERMS), li se ġġib magħha akkreditazzjoni internazzjonali ta' "port ekoloġiku". Barra minn hekk, il-Valletta Cruise Port qed tappoġġja l-inizjattiva ta' kważi 50 miljun Ewro meħuda mill-Gvern ta' Malta biex jiżviluppa infrastruttura tal-elettriku max-xatt (magħrufa bħala shore-to-ship) bħala parti mill-Proġett tal-Arja Nadifa tal-Port il-Kbir. Inizjattiva li pajjiżna se jkun minn ta' quddiem fiha fl-Ewropa u li se twassal għal anqas dħaħen u emissjonijiet mill- cruiseliners li jieqfu fil-port tagħna, port uniku li tant u tant turisti li jżuruna japprezzaw. Din il-ġimgħa mbagħad kelli l-opportunita' li nindirizza l-Malta Hospitality Forum 2023, konferenza organizzata mill- MHRA. F'din id-diskussjoni, kelli ċ-ċans nitkellem fuq l-importanza li nkomplu nsaħħu l-ħiliet tal- ħaddiema u l-intraprendituri tagħna fil-qasam turistiku u tal- ospitalità, filwaqt li nassiguraw li nkunu preparati wkoll għall- miri Ewropej, b'mod speċjali dawk diġitali u ambjentali. Huwa importanti li niakru wkoll li l-konsumatur li jivvjaġġa ukoll qed jistenna li jiġu offrut servizz imtejjeb, b'soluzzjonijiet diġitali u għażliet sostenibbli u din hija xi ħaġa li wkoll irridu nkunu preparati għaliha. Intant, huwa importanti li bħala pajjiż u Unjoni Ewropea nkomplu nżidu l-investiment tagħna fit- teknoloġiji u l-infrastruttura meħtieġa, inkluż fl-infrastruttura ekoloġika u l-provvista tal-enerġija aktar nadifa, mhux biss biex inlaħħqu mal-obbligi Ewropej li se jkollna, iżda wkoll bħala qalba lejn turiżmu ta' kwalità. Biex iseħħ dan huwa importanti wkoll li nkomplu nagħmlu pressjoni sabiex ikun hemm assistenza adegwata biex ħadd ma jitħalla jaqa' lura. Hi realtà li spiss niġu affaċċjati b'regoli tal-Unjoni Ewropea li jkunu indirizzati għall-kontinent, imma li jaf joħolqu effett sproporzjonat fuq reġjuni fil-periferija u gżejjer bħal tagħna. Qatt ma żammejt lura milli nikkritika regoli li jħallu effett sproporzjonat u dejjem fittixt li inressaq 'il quddiem emendi li jirriflettu r-realta' ta' pajjiżna u l-industrija tagħna. Din hija ħidma importanti li se nkompli nimbotta 'l quddiem fil-Parlament Ewropew. Apparti dan, fuq bażi lokali, ir-regoli u l-liġijiet tagħna wkoll iridu jkomplu jgħinu lin-negozji u lill-ħaddiema fis-settur turistiku, anke billi jiġu offruti inċentivi speċifiċi skont fejn irridu lis-settur imur u billi nikkunsidraw niċeċ ta' turiżmu differenti li jwasslu għal aktar sostenibbiltà u kwalità fil- prodott turistiku tagħna. Min-naħa tiegħi nħares 'il quddiem biex inkompli nkun vuċi fil-Parlament Ewropew għat- tħassib u l-aspirazzjonijiet ta' Malta u Għawdex, tal-ħaddiema u l-industrija tagħna, inkluż fil- qasam tat-trasport u t-turiżmu. 12 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 • illum Nieħdu ħsieb dak li hu tagħna: Is-Settur Turistiku Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Josianne Cutajar I l-Prim Ministru Robert Abela, fid-diskors tiegħu tal-Ewwel ta' Mejju, qal li ser jagħti bidu għal riforma fil-qasam tal-ip- pjanar tal-użu tal-art. Ftit li xejn ta dettalji. Fi kliemu, imma, kien ċar li kien qed jipprova jsewwi l-ħsara li rriżultat mill-kritika li saret f 'dawn il-jiem minn żewġ Sindki Laburisti. Wieħed minnhom (Christian Zammit – Sindku tax-Xagħra) irriżenja, għax xebbgħuh. L-ieħor, Conrad Borg Manché, Sindku tal- Gżira, baqa' għaddej. Idu msaħħa riżultat ta' rebħa fil-Qrati li kellu kontra l-Awtorità tal-Artijiet u d-deċiżjoni tagħha li tieħu lura biċċa mill-ġnien tal-Gżira biex tagħmel il- wisa' għal pompa tal-petrol. Bħas-soltu, l-Partit Laburista jipprova jintgħoġob ma' kulħadd. Il-Mexxej tal-Partit Laburista jfaħħar l-impenn ambjentali taż- żewġ sindki. Imma oħrajn fit- tmexxija tal-partit, fl-istess ħin, kontinwament jiddefendu lil min qed jagħmlilhom xogħolhom bħala sindki diffiċli. Il-problema bażika tal-Awtorità tal-Ippjanar hi li kontinwament tinjora ir-regoli tal-ippjanar tagħha stess. Għal din ir-raġuni, din il- ġimgħa stess, il-Qorti tal-Appell ħassret żewġ deċiżjonijiet oħra tal- istess Awtorità tal-Ippjanar. Ir-residenti, kif ukoll uħud mill- kunsilli lokali, kontinwament qed isemmgħu leħinhom kontra kull xorta ta' deċiżjoni tal-Awtorità tal- Ippjanar. Il-permess għall-iżvilupp mill-ġdid tal-villaġġ tal-Mistra kien ħareġ għall-ewwel darba fl-2013 għal żvilupp b'għoli ta' tnax-il sular. Ir-residenti opponew it-tiġdid ta' dan il-permess minħabba li dan mhux kompatibbli mar-regoli tal- ippjanar li huma fis-seħħ illum. It-Tribunal ta' Reviżjoni għall- Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) ma aċċettax l-appell tar-residenti, imma l-Qorti tal-Appell waqqfet kollox u bagħtet il-file lura biex il-każ ikun eżaminat mill-ġdid. Dan, il- Qorti għamlitu, għax ikkonkludiet li t-talbiet tar-residenti ma ġewx eżaminati sewwa mill-EPRT. Fid-dawl ta' din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ikun floku li wieħed jistaqsi "il-għala, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-ippjanar, kontinwament jinjoraw ir-regoli"? Xi snin ilu kien l-Ombudsman innifsu li wasal għall-istess konklużjoni. Dan il-kaz mhux xi eċċezzjoni! Nhar l-Erbgħa, l-Qorti tal-Appell, tat deċiżjoni oħra, din id-darba dwar żvilupp fil-Mellieħa. Aċċettat appell li sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u ħassret permess ta' żvilupp għal-lukanda (bil- faċilitajiet anċillari għaliha) liema permess kien inħareg f 'żona fejn dan l-iżvilupp ma jistax isir ħlief f 'ċirkustanzi eċċezzjonali. Din il- lukanda ta' tmien sulari hi konnessa mal-interessi tal-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli. L-applikazzjoni għall-ewwel kien hemm il-parir dwarha (bil-miktub) biex din tkun riutata. Imma l-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp ma qablitx ma' dan u approvat il-ħruġ ta' permess. Dan il-permess ġie ikkonfermat ukoll mit-Tribunal ta' Reviżjoni għall- Ambjent u l-Ippjanar (EPRT). L-EPRT l-anqas ma qabel li joħroġ ordni biex ma jsirx xogħol fuq is-sit sakemm jinqata' l-appell. Riżultat ta' hekk, il-lukanda li issa tilfet il-permess għax dan ġie mħassar mill-Qorti tal-Appell hi issa lesta u mibnija! Ser ikunu meħtieġa alterazzjonijiet sostanzjali u probabbilment partijiet minn dik li hi lukanda jkollhom jitwaqqgħu minħabba li dan l-iżvilupp ibbenefika minn bonus ta' żewġ sulari extra li jingħataw għall- iżvilupp tal-lukandi! Jiġifieri dawn kellhom żieda ta' żewġ sulari fuq dak li hu normali f 'dawn iż-żoni! Dawn iż-żewġ sulari ma' jistgħux ikunu approvati f 'ċirkustanzi oħra. Għalhekk ikollhom jaqgħu! Dan kollu juri kemm hu possibli li bir-regoli tal-ippjanar tal-lum (anke jekk hemm bosta difetti fihom) xorta hu possibli li wieħed jasal għal deċiżjonijiet raġjonevoli kif uriet il-Qorti tal-Appell! Ovvjament id- deċiżjonijiet ikunu raġjonevoli jekk dawk li jeħduhom ikun kapaci li jimxu mar-regoli dejjem. L-ippjanar għall-użu tal-art hu għan-nies. Kif qed nagħtu każ tan- nies fl-ippjanar għall-użu tal-art li għandna? Jekk insegwu l-kazijiet diversi hekk kif dawn jiżviluppaw, hu ċar li dawk li huma maħtura biex jassiguraw li l-affarijiet jimxu sewwa, fl-interess tan-nies u tal- kwalità tal-ħajja tagħhom, qed iħarbtu kollox. Dan hu ċar meta wieħed jara d-diversi deċiżjonijiet tal-Qorti, mhux biss dawk li nsemmi hawn fuq, imma bosta oħra ukoll. Huwa dan li jeħtieġ li jkun indirizzat minn riforma tal-proċess tal-ippjanar għall-użu tal-art. Jeħtieġ nassiguraw li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu nies kapaċi jiddeċiedu sewwa: konsistenti u skond ir-regoli fis-seħħ. X'nambuhom ir-regoli jekk b'mod konsistenti jiġu injorati? Din hi r-riforma meħtieġa fl- ippjanar għall-użu tal-art. Riforma tal-Awtorità tal-Ippjanar Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 May 2023