Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499168
aħbarijiet 07 illum • IL-ĦADD 14 TA' MEJJU 2023 Delia u Attard jaqblu li l-pieni serji tat-traffiku għandhom bżonn jiżdiedu MATTHEW FARRUGIA Il-ħtieġa li jinbidlu l-liġijiet marbuta ma' persuni risponsabbli għal inċidenti tat- traffiku qed tinħass miż-żewġ naħat ta' l-ispektru politiku, wara li din il-gazzetta semgħet dak li kellhom xi jgħidu l-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, Adrian Delia. F'reazzjoni għal dak li qal il- Prim Ministru Robert Abela aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn staqsa jekk il-Ġudikanti humiex jagħtu l-aktar pieni li jagħmlu sens lil dawk risponsabbli għal inċidenti tat-traffiku li jħallu l-vittmi f 'diżabilitá severi. Dan fid-dawl ta' istanzi li sfortunatament saru komuni, fejn persuni risponsabbli għal inċidenti tat-traffiku li saħansitra jħallu persuni b'diżabilitá severa għall-bqija ta' ħajjithom, jingħataw sentenzi minimi mill-Qorti. Każ riċenti huwa dak ta' Karl Vella Petroni, li jinsab mixli bil- qtil involuntarju ta' żewġ persuni wara li saq għal fuqhom waqt li kien taħt l-influwenza tax-xorb u d-droga, liema akkużat kellu akkużi simili kontrih għoxrin sena ilu. Fl-ewwel każ tiegħu, huwa ġie ordnat iħallas €16,000 lill-vittma, wara li saħansitra heddu u tah daqqiet ta' sieq. F'kummenti ma' din il-gazzetta, il-Kelliem tal- Oppożizzjoni, Adrian Delia stqarr li huwa jaqbel ma' dak li qal il-Prim Ministru meta qal li l-politiku m'għandu qatt jidħol fil-mertu tal-każ, u jħalli lill-Ġudikanti jagħmlu xogħolhom. Minkejja dan, huwa stqarr li huwa d-dmir tal- Prim Ministru u l-bqija tal-Leġiżlaturi sabiex jekk qed tinħass il-ħtieġa għal aktar pieni ħorox, jiġu introdotti liġijiet ġodda b'pieni li jirriflettu l-gravitá tal-każijiet, hekk kif bħala politiċi, huma biss għandhom is-setgħa li jilleġiżlaw. Delia spjega li s-sitwazzjoni preżenti hija waħda fejn l-inċidenti tat-traffiku qed jiżdiedu, anke kif jixhed rapport mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, u dan fost l-oħrajn minħabba t-tkabbir bla preċedent tal-popolazzjoni Maltija, li kibret b'100,000 ruħ f 'dan l-aħħar deċċenju. Għalhekk, ix-xogħol tal-politiċi f 'dan ir- rigward huwa li jibdlu l-liġi biex tirrifletti r-realtajiet tal-ġurnata, u meta jkun hemm każijiet fil-Qorti, il-Maġistrati jistgħu jimxu biss ma' dak li jkollhom quddiemhom fil- liġi. Delia nnota kif meta kienet inħasset il-ħtieġa li jiżdiedu l-pieni finanzjarji għall- kontravenzjonijiet tat-traffiku, ittieħdet id-deċiżjoni fil-Parlament u l-bidliet saru realtá. Bl-istess mod, stqarr Delia, il-politiċi għandhom il-poter li verament ibidlu dak li qed isir fl-awli tal- Qorti. B'mod simili, il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard stqarr li l-politiċi huma obbligati li jagħmlu t-tibdil neċessarju, fejn huwa ukoll ġab eżempju b'dak li ġara fil-każ tal-kontrovenzjonijiet tat-traffiku. Attard stqarr li d-diskussjonijiet dejjem qiegħdin hemm sabiex il- liġijiet u l-pieni marbuta ma' dawn is-sitwazzjonijiet jinbidlu sabiex ikunu aktar effettivi. Huwa nnota dak li qal il-Prim Ministru qablu: li l-liġijiet u l-pieni diġá huma eżistenti, iżda huwa x-xogħol tal- Ġudikanti li jagħtu l-pieni li huma jemmnu huma addattati. Meta mistoqsi mill-Illum dwar dak li jemmen hu rigward il- possibbilitá li l-pieni għal dawn it-tip ta' reati jiħraxu, Attard saħaq li fejn hemm lok li ċertu pieni jiżdiedu, dawn għandhom jiżdiedu, biex fl-aħħar mill-aħħar tiġi assigurata aktar sigurtá fit- toroq Maltin u Għawdxin. F'kummenti ma' din il-gazzetta, Jonathan Attard u Adrian Delia qablu li l-politiċi għandhom id-dritt u d-dmir li jgħollu l-pieni għal dawn ir-reati biex dawn ikunu effettivi Iż-żieda fl-inċidenti tat-traffiku mhix biss perċessjoni, hekk kif ikkonfermat statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika aktar kmieni din il-ġimgħa Il-Gvern jiddiskuti l-mudell ta' użu tal-kannabis mhux mediċinali mal- Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi MATTHEW FARRUGIA Il-Gvern Malti jinsab f 'diskussjonijiet mal-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB) b'rabta ma' regolamenti għall-kannabis għall- użu mhux mediċinali. Fi Vienna, delegazzjoni Maltija mmexxija mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Rebecca Buttigieg, spjegat il-qafas regolatorju li diġà jeżisti f 'Malta, liema mudell jagħti prijorità lill- prinċipji tal-ġustizzja soċjali, is- saħħa pubblika u 'harm reduction'. Il-liġi marbuta mal-kannabis għall-użu rikrejazzjonali għaddiet f 'Diċembru tal-2021, fejn fost l-oħrajn għamlitha possibbli li wieħed ikollu fil-pussess tiegħu sa seba' grammi ta' kannabis u jkabbar massimu ta' erba' pjanti f 'daru. Minkejja dan, sa issa għad m'hawnx sorsi legali minn fejn wieħed jixtri l-kannabis, hekk kif l-awtorità kompetenti għadha ma ħarġitx il-liċenzji neċessarji sabiex wieħed jopera assoċjazzjonijiet tal- kannabis. L-applikazzjonijiet għal- liċenzji għal dawn l-assoċjazzjonijiet infetħu fi Frar li għadda. Fi stqarrija, intqal li l-laqgħa kienet ikkaratterizzata minn enfasi kbira fuq il-kuntatt kontinwu bejn l-INCB u l-Awtorità għall- Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), kif ukoll l-impenn ta' Malta biex ikun assigurat li l-mudell regolatorju Malti jibqa' wieħed flessibbli biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din il-liġi, b'mod speċjali fejn għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg, spjegat kif Malta hija determinata li tkompli tippromwovi dan il-mudell regolatorju għall-użu tal-kannabis 'il barra minn skopijiet ta' mediċina, liema mudell jagħmel enfasi li jkun ta' servizz għas-saħħa pubblika u l-pustizzja soċjali. Hija qalet kif hija "Sodisfatta ħafna li aħna dan id-djalogu mal-Bord Internazzjonali għall- Kontroll tan-Narkotiċi biex niddiskutu kif il-mudell tagħna jista' jservi ta' eżempju pożittiv għal pajjiżi oħra. Permezz tal-ARUC, qed naħdmu biex nassiguraw li d-drittijiet tal-bniedem jibqgħu jiġu salvagwardjati, filwaqt li l-isforzi tagħna jiffokaw iżjed fuq l-edukazzjoni u sigurtà għal komunità, aktar milli fuq miżuri punittivi" Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-ARUC, Leonid Mckay saħaq fuq l-importanza tad-dekriminalizzazzjoni li twassal għall-protezzjoni ta' dawk il- persuni li jixtiequ jagħmlu użu mill-kannabis b'mod risponsabbli u mingħajr biża'. McKay stqarr li l-ARUC għandha r-responsabbilità li f tnaqqas il- ħsara li pejja mis-suq illeċitu, filwaqt li ddaħħal fis-seħħ il-miżuri ta' prevenzjoni meħtieġa. Qal li dan huwa possibbli, "permezz ta' qafas regolatorju robust, li ġie stabbilit fil-ġimgħat li għaddew, sabiex jimmonitorja l-użu personali tal- kannabis minn adulti, b'approċċ non-profit li għandu l-għan li jpoġġi lin-nies u l-komunità fiċ-ċentru tal- politika tal-gvern." Apparti minn hekk, id- delegazzjoni Maltija ltaqgħet ma' delegazzjonijiet minn pajjiżi oħra li qed jesploraw mudelli differenti ta' regolarizzazzjoni dwar l-użu mhux mediċinali tal-kannabis. Il-liġi li tirregola l-użu rikreazzjonali tal-kannabis iddaħlet f 'Malta f 'Diċembru tal-2021, liema liġi tippermetti l-pussess sa seba' grammi kannabis u erba' pjanti fid-dar Adrian Dellia Jonathan Attard