Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582
NEWSPAPER POST Nr 523 • 23 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Helene Pellicano Ara paġni 34 u 35 Il-maġġoranza tal-ispiżjara se jbigħu l-MAP minn Veronica Lynn Mizzi IĊ-CHAIRMAN tal- Awtorità tal-Mediċini Anthony Seraccino Inglott jgħid li l-maġġoranza tal- ispiżeriji se jkunu qegħdin ibigħu l-Morning After Pill. Waqt konferenza tal- aħbarijiet biex iwieġeb għall-kritika li saritlu wara kummenti li għadda fil- programm Dissett ta' nhar l-Erbgħa li għadda, Seraccino Inglott qal li l-informazzjoni ta' kemm u liema huma l-ispiżeriji li huma lesti li jbigħu l-Morning After Pill mhix kummerċjalment sensittiva, u mhux talli hekk, talli hija xi ħaġa ta' interess pubbliku. Fl-istess programm, Seraccino Inglott kien tkellem dwar l-abort f 'Malta u kien allega li huwa fatt li f 'Malta hawn tobba li jippreskrivu mediċini li jwasslu għall-abort. Serracino Inglott ikkjarifika li huwa kien qed jgħid dan jekk tikkunsidra d-definizzjoni ta' abort li qed jagħtu ċertu tobba u gruppi kontra l-'morning after pill'. Tkompli f 'paġna 4 Bundy: 'Il-kanzunetta hija tal-poplu u l-poplu se jagħżilha' FL-EWWEL intervista tiegħu mal-ILLUM minn meta nħatar Kap Eżekuttiv tal-PBS, John Bundy jiżvela li l-persuna li se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision organizzat fl- Ukrajna, s-sena d-dieħla se tkun magħżula mill-poplu. Dan kuntrarjament għal dak li seħħ f 'dawn l-aħħar snin, fejn il-vot ta' ġurija kellha l-istess saħħa daqs dak tan- nies. Fl-intervista li qed tidher f 'paġni 12 u 13, Bundy jgħid li qatt ma kellu ndħil politiku u jiżvela wkoll li se jkollu programm fuq il-PBS. Mistoqsi jekk iħossx li jista' jkollu kunflitt ta' interess hekk kif se jippreżenta programm fuq l-istazzjon li jmexxi, Bundy jinnega u jfakkar li Reno Bugeja, Kap tal- Aħbarijiet fuq l-istess stazzjon, jippreżenta programm hu wkoll. 'Xbajt nistenna' minn Veronica Lynn Mizzi 23% biss tan-nies iħossu li s-servizz tat-trasport pubbliku huwa 'tajjeb'. Dan jirriżulta minn stħarriġ li għamlet il-gazzetta ILLUM fost kampjun ta' 66 persuna li kienu qegħdin jistennew il-karozza tal-linja tagħhom minn fil-venda tal-Belt Valletta. Min-naħa l-oħra, kienu 27% tal-persuni li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ li qalu li s-servizz tat-trasport pubbliku huwa 'ħażin'. Dan filwaqt li 33 persuna, jiġifieri 50% tan-nies qalu li s-servizz 'la hu tajjeb u lanqas ħażin'. Ħafna minn dawn tal-aħħar qalu lil din il- gazzetta, li l-livell tas- servizz ivarja skont il- ħin u xi kultant skont il-ġurnata wkoll. Dan huwa t-tielet stħarriġ li qed tagħmel il-gazzetta ILLUM dwar dan is-suġġett. Fis-17 ta' Jannar kien sar l-ewwel stħarriġ fost 100 passiġġier fil-venda tal-Belt Valletta u fuq il- waqfiet quddiem l-Isptar Mater Dei. Dakinhar, 75% kienu qalu li t-trasport pubbliku mar għall-agħar, 14% qalu li s-servizz baqa' kif kien, waqt li kienu biss 11% li qalu li s-servizz tjieb. Fit-tieni stħarriġ, li sar fil-15 ta' Mejju li għadda, fost 50 passiġġier fil-venda tal-Belt Valletta, 40% qalu li raw titjib fis- servizz tat-trasport pubbliku, 36% ħassew li mar għall-agħar u 24% ma raw l-ebda titjib. Kważi sentejn wara li l-operaturi Spanjoli, Autobuses de León' ħadu t-trasport pubbliku taħt idejhom, jirriżulta għalhekk li għalkemm is-servizz tjieb meta mqabbel mal-bidu tal-operat, għad hemm ammont konsiderevoli ta' passiġġiera li mhumiex kuntenti bis-servizz offrut. Il-maġġoranza ta' dawk li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ qalu li l-puntwalità tibqa' l-ikbar problema fis- sistema tat-trasport pubbliku. Tkompli f 'paġna 10 • Trasport Pubbliku: Tajjeb - 23%, Ħażin - 27% , La tajjeb u lanqas ħażin - 50% • Il-puntwalità tibqa' l-aktar ilment komuni fost in-nies li kellmet l-ILLUM