Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 6 'Ġid li jasal għand kulħadd'...speċjalment minn Albert Gauci Cunningham u Veronica Lynn Mizzi NHAR it-Tnejn li għadda, tħabbar il-baġit għas-sena d-dieħla. Ħarsa ħafifa lejn il-miżuri tal-Baġit juru bl-aktar mod ċar li dan l-eżerċizzju finanzjarju kien immirat l-aktar lejn il-pensjonanti. L-akbar numru ta' miżuri kienu indirizzati lejn din il- faxxa fis-soċjetà Maltija. Il-gvern fost l-oħrajn ħabbar żieda ta' €4 fil- ġimgħa lil dawk kollha li jaqilgħu l-pensjoni minima u naqqas it- taxxa tad-dħul fuq pensjonijiet li jiġu minn sorsi differenti, inkluż tas-sigurtà soċjali, tat- teżor kif ukoll pensjonijiet lokali jew barranin li jammontaw sa massimu ta' €13,000. Intant, il- Gvern ħababr żieda fl- għajnuna supplimentari għall-anzjani bi dħul baxx, estenda l-għotja ta' €300 fis-sena lil dawk li għalqu 75 sena u jgħixu waħedhom, se jiżdied il-bonus b'€50 fis-sena lil dawk li ma ħallsux biżżejjed bolla biex jikkwalifikaw għall- pensjoni, u se jonqos l-ammont li jinqata' mill-pensjoni tas-servizzi b'€200. Il-lista ta' miżuri li l-Gvern ħa biex jgħin lill-anzjani u l-pensjonanti tkompli b'riforma fil-pensjoni tal- Wens li se tiżdied b'€35 fil-ġimgħa, jew €1,820 fis-sena. Se tingħata ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti u se tiżdied il-pensjoni tad-diżabbiltà. Dan juri li kollox ma' kollox, l-ikbar benefiċjarji f 'dan il-baġit, kienu l-faxxa ta' nies ta' 'l fuq minn 60 sena, faxxa li fiha hemm prevalenza ta' faqar skont statistika li toħroġ minn għejun differenti, inkluż ukoll mir-rapport tal- Caritas. Toni miżżewweġ fuq il-pensjoni minima, iżda martu Pauline mhux pensjonanta. Toni se jgawdi sew mill-miżuri ġodda fil-baġit dwar il-pensjoni u l-Għajnuna Supplimentari għaliex se jara d-dħul fis-sena jitla' b'madwar €500 jew €9.62 fil-ġimgħa Pawlu u Rita miżżewġin. Illum jgħixu bil-pensjoni tal-età mhux kontributorja. Dawn ukoll se jgawdu miż-żieda fir-rata tal-pensjoni u mir-riforma fl-Għajnuna Supplimentari b'madwar €500 fis-sena jew €9.62 fil-ġimgħa. Marija kellha problemi ta' saħħa u ftit tas-snin ilu għaddiet bord. Żewġha Raymond għadu mhux pensjonant. Bis-saħħa tal-emenda fil-liġi tas- Sigurtà Soċjali li neħħiet kull forma ta' diskriminazzjoni abbażi ta' ġeneru, Marija se jkollha d-dritt għal żieda fil-pensjoni tagħha li tista' titla' sa madwar €20 fil-ġimgħa jew €1,040 fis-sena. Gulia llum tgħodd 70 sena u minħabba saħħitha għandha bżonn min jieħu ħsieba 24 siegħa kuljum. Bintha Mary qed tagħmel sagrifiċċju ddur biha lejl u nhar imma għax għandha xi ħaġa l-bank, ma tieħu xejn. Dan is-sagrifiċċju mis- sena d-dieħla se jiġi rikonnoxut għax Mary se tibda tikkwalifika għal Carers Allowance Miżjuda ta' €140 fil-ġimgħa, li jfisser dħul ta' €7,280 fis-sena. Il-pensjonanti l-iktar li gawdew minn dan il-baġit Il-Baġit fi 12-il kaxxa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016