Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 33 Reazzjoni pożittiva mill-MMF għall-Baġit 2017 FI stqarrija uffiċjali, il-Malta Motorsport Federation irreferiet għad-Diskors tal-Bagit 2017 partikolarment għall-proġett tant mistenni mid-dilettanti tal-awtomobiliżmu - dak tal-Malta Motor Recreation and Education Park. Il- Federazzjoni ttenni l-appoġġ sħiħ tagħha lill-Gvern Ċentrali li għandu mmedjatament jiddeċiedi li jieħu l-pass li jmiss biex naslu għall- iżvilupp ta' dan il-proġett li huwa ta' benefiċċju għall-komunità tal- awtomobiliżmu lokali. Tali faċilità se tgħin lill-atleti tagħna biex itejbu l-ħiliet tagħhom f 'faċilitajiet aktar sikuri. Dan il-proġett se jiġġenera wkoll forma ġdida ta turiżmu li se tikkontribwixxi b'mod dirett fit-tkabbir ekonomiku b'effett anċillari fis-setturi kollha. Barra minn hekk, il- Federazzjoni laqgħet tajjeb l-introduzzjoni ta' penali aktar stretti partikolarment għall- kontravenzjonijiet tas- sewqan waqt li persuni jkunu xurbana, u għal dawk li jpejpu fil-vetturi li jġorru t-tfal. Il-komunità tal-isport tal-awtomobiliżmu tistenna bil-ħerqa l-pass li jmiss biex jibda dan il- proġett tant mistenni għal ħafna snin biex isir realtà. Karozzi lussużi lesti għal trakka ġdida tal-awtomobiliżmu f 'pajjiżna Football People - Flimkien kontra d-diskriminazzjoni MATUL il-partiti mill-Kampjonat tal- BOV Premier League li ntlagħbu l-Ħadd, 16 t'Ottubru ġewwa l-Victor Tedesco Stadium, bejn St Andrews u Pembroke Athleta u Birkirkara kontra Balzan, id-Dipartiment tar-Responsabbiltà Soċjali fi ħdan l-MFA, organizza avveniment promozzjonali li ġab l-isem ta' 'Football People', bl-għan prinċipali jkun dak li jitwassal messaġġ kontra d-diskriminazzjoni fil-futbol. Dan l-avveniment huwa parti mill-aġenda tal-istess dipartiment tal-MFA, f 'kollaborazzjoni ma' Football Against Racism in Europe (FARE), li taħdem ħafna f 'kollaborazzjoni mal-UEFA, sabiex tiġġieled il-problema tad-diskriminazzjoni u teliminaha darba għal dejjem. Matul iż-żewġ partiti, il-plejers u l-uffiċjali ħarġu fil-grawnd, lebsin il-flokkijiet ta' kontra d-diskriminazzjoni u wara l-formalitajiet ta' qabel il- partita, tefgħu l-flokkijiet lis-sapporters preżenti, b'sinjal ta' koperazzjoni mal-pubbliku ġenerali. 'Football People' huwa indirizzat propju lejn il-pubbliku ġenerali sabiex il-problema tad- diskriminazzjoni tiġi affrontata minn kulħadd, filwaqt li tgħaqqad anke l-entitajiet kollha li jagħmlu parti mil-logħba tal-futbol u jimplimentaw ideat u programmi, sabiex did- diskriminazzjoni tisparixxi mil-logħba tal-ballun. Fost l-assoċjazzjonijiet li jikkollaboraw, l-MFA mhix eċċezzjoni, għaliex tħoss li dan huwa pass importanti lejn l-integrazzjoni fil- futbol. L-Uffiċjali tal-Logħba flimkien ma' Gareth Sciberras u Dylan Grima qabel il-konfront bejn Birkirkara u Balzan Ritratt : Paul Zammit Cutajar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016