Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) Business Enhance ERDF Grant Schemes Sejħa ta' Interess għal Fornituri ta' Servizzi Il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal- Manifest Elettorali (MEAIM) tavża li bħala parti mill-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes, ser tniedi: - 1. Skema ta' għajnuna sabiex tindirizza objettiv taħt Ass Prijoritarju 2 – 'Il- konsolidazzjoni tal-investiment fi ħdan is-settur tal-ICT' tal-Programm Operattiv I Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, b'mod speċifiku iż-żieda fin- numru ta' intrapriżi li jwettqu bejgħ u xiri online. 2. Skema ta' għajnuna taħt Ass Prioritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investimenti fl-SMEs' tal-Programm Operattiv I Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 sabiex tipprovdi għajnuna lill-intrapriżi permezz ta' servizzi ta' konsulenza esterna u jiżviluppaw studji li jindirizzaw l-potenzjal ta' investiment ġejjieni u interventi ta' natura operattiva. Fornituri ta' Servizzi huma mistiedna biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sabiex jirreġistraw bħala fornituri ta' servizzi taħt dawn l-iskemi. Informazzjoni Aktar tagħrif jista' jintalab mill-Measures and Support Division permezz tal-email msd.meaim@gov.mt. Applikazzjonijiet Il-formola tal-Applikazzjoni tista' tinkiseb mis-sit www.businessenhance.gov.mt. Applikazzjonijiet flimkien ma' dokumentazzjoni ta' support għandhom jintbagħtu lill-Measures and Support Division, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Triq il- Kukkanja Santa Venera, SVR 1411. L-MDA trid li wara Paceville isir Masterplan għal Buġibba Disinni għal dehra ġdida tal-pjazza ta' Buġibba għand il-Ministeru tat-Turiżmu minn Albert Gauci Cunningham ILMALTA Developers Association (MDA) hija tal-fehma li wara li kienu ppreżentati tibdiliet għal Paceville permezz ta' masterplan ippreżentat mill-Awtorità tal-Ippjanar, ikun imiss masterplan ieħor għaż- żona ta' Buġibba u l-Qawra. Dan stqarru mal-ILLUM il-President tal-MDA Sandro Chetcuti, hekk kif din il-gazzetta tinsab informata wkoll li bħalissa qed isir xogħol fuq id-disinni preliminari għal dehra ġdida tal- Pjazza ta' Buġibba. Kelliema għall-Ministeru tat-Turiżmu nfurmat lill-ILLUM li dawn id- disinni issa għaddew għand il-Ministeru, se ssir konsultazzjoni mal- entitajiet ikkonċernati u ġaladarba jkunu finalizzati d-disinni, dawn ikunu ppublikati għall-iskrutinju pubbliku. Intant Chetcuti ġġustifika, l-ħolqien tal-aġenzija Property Malta, mwiegħda fil-baġit li tħabbar it- Tnejn li għadda billi fakkar kif b'dak li qed ikun propost fil-Masterplan għal Paceville, se tiżdied sew id-domanda għall- proprjetajiet minn persuni barranin li jiġu jgħixu Malta fit-tul. "Hemm bżonn li nlaħħqu mad- domanda," sostna Chetcuti mal-ILLUM, "anke jekk sejrin tajjeb bħalissa. Allaħares nieqfu naħdmu għax sejrin tajjeb bħalissa." Intant, Chetcuti spjega kif Property Malta se tkun qed tieħu l-irwol li tippromwovi l-prodott Malti, speċjalment f 'dak li jirrigwarda proprjetà ta' ċerta valur. Huwa temm ifakkar li l-MDA ilha erba' snin titlob biex issir din il- miżura u qal li għalkemm il-baġit allokat għadu mhux biżżejjed, dan se jkun biss il-bidu ta' din l-inizjattiva. Mistennijin disinji għall-pjazza ta' Buġibba u l-madwar Iridu bojkott fuq l-ispiżeriji li jbigħu l-MAP Tkompli minn paġna 1 ILPRESIDENT tal- Assoċjazzjoni Medika Maltija, Gordon Caruana Dingli kien kritiku ħafna tal-kummenti li għadda Serracino Inglott, fejn iddeskriviehom bħala "mhux sostanzjati" u li "tirriskja li ttappan ir-reputazzjoni tal- professjoni medika kollha." Minkejja dan, Seraccino Inglott iċċara li huwa kien qed jgħid dan f 'risposta għal kummenti li għaddew il-gruppi pro-life li l-kontraċettivi bħall-Morning After Pill huma abortivi. "Jien li għidt huwa li l-kontraċettivi ta' emerġenza jnaqqsu r-rata tal-abort. Numru ta' nisa Maltin xorta waħda jmorru barra minn Malta biex jagħmlu abort...u kieku ma jkollhomx għalfejn jagħmlu dan kieku kien hawn il-Morning After Pill." Rigward id-dispożizzjoni tal- Morning After Pill u l-bejgħ tagħha mill-maġġoranza tal-ispiżeriji, bosta persuni li kienu qed jopponu għad- disponibbiltà tagħha qegħdin jipproponu li jkun hemm bojkott fuq dawk l-ispiżeriji u l-ispiżjara li ma jsibu l-ebda oġġezzjoni li jagħtu din il- pillola. Fil-fatt, fuq Facebook, diversi persuni li l-maġġoranza tagħhom huma membri ta' gruppi li kienu qed jopponu l-introduzzjoni ta' dan il- kontraċettiv ta' emerġenza, ħolqu grupp li fih qed jappellaw li għandu jinżamm id-dritt tal-ispiżjar li jirrifjuta li jagħti l-MAP lil min jeħtieġha. F'dan l-istess grupp, xi persuni ħarġu bl-idea li jsir bojkott fuq dawk l-ispiżeriji li jiddeċiedu li jbigħu dan il-kontraċettiv, u ma jmorrux jixtru mit-tali spiżerija. Intant, iċ-chairman tal- Awtorità tal-Mediċini appella lill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex ikollhom għad- dispożizzjoni tagħhom din il-pillola ta' emerġenza fl-Isptar Mater Dei sabiex tkun tista' tingħata lil nisa li spiċċaw vittma ta' stupru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016