Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

L -isem ta' Helene Pellicano sar wieħed ferm popolari f 'pajjiżna matul is-sajf li għadda, meta fil- finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Juniors, li saret f 'Plzen fir-Repubblika Ċeka, hija għelbet lis-seed numru 4 Denia Hindova tar-Repubblika Ċeka bil-punteġġ ta' 6-4, 6-1. F'din il-kompetizzjoni Pellicano rebħet erba' straight sets biex imbagħad issieltet fis-semi- finali meta għelbet lit-tennista Kroata, Noa Krznaric, bil-punteġġ ta' 2-6, 7-6, 6-4. Helene Pellicano, li għad għandha biss 14-il sena, tinsab fl-ewwel post fir-rankings Ewropej tal-Juniors. Hija kisret rekord ieħor meta din id-darba saret l-ewwel tennista Maltija li rebħet il-Kampjonat Ewropew tal-Juniors. F'Ottubru tal-2015, Pellicano kienet saret l-ewwel tennista Maltija li rebħet it-titlu tal-Juniors Masters filwaqt li saret ukoll l-ewwel tennista li kienet is-seed numru wieħed fis-settur taż- żgħażagħ fl-Ewropa. L-imħabba tagħha għat-tennis bdiet bħala delizzju meta kellha biss erba' snin, iżda llum Helene Pellicano tista' titqies bħala tennista famuża mad-dinja kollha, wara li rebħet dan it-titlu prestiġjuż, u żammet l-ewwel post fir- rankings mondjali tal-Juniors għal sitt xhur sħaħ. Ta' 10 snin, Pellicano, iddeċidiet li ssir tennista professjonali, u sena wara ġietha opportunità tad-deheb li tibda tilgħab it-tennis b'mod professjonali f 'Sanremo, fl-Italja. Ikkowċjata mill-kowċ Taljan, Fabio Lavazza, Helene, u ommha Elaine, marru joqogħdu Sanremo, fejn hemmhekk hija bdiet tittrenja b'mod professjonali għal ħames sigħat sħaħ bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, u għal sagħtejn kull nhar ta' Sibt. Hija tmur l-iskola kuljum għal tliet sigħat f 'Sanremo stess, u ssegwi lezzjonijiet tal-Ingliż u tal-Matematika pernmezz ta' Skype mingħand għalliem Malti. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Tennis? It-Tennis beda jogħġobni minn ta' età żgħira u dejjem kont noqgħod nara l-partiti fuq it-televixin. Il- ġenituri tiegħi kienu ddeċidew li jeħduni nibda nipprattikah u bdejtu mill-età żgħira ta' erba' snin. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek f 'dan il-Kampjonat Ewropew, li int finalment irbaħt biex għamilt unur kbir għal pajjiżna? Kienet esperjenza tal-ġenn, għaliex lgħabt kontra tennisti minn madwar id-dinja kollha u ninsab vera sodisfatta li għamilt xi ħaġa importanti kemm għalija nnifsi kif ukoll għal pajjiżi. Iddeskrivilna l-ħajja tiegħek ġewwa Sanremo fl-Italja. Bażikament, skola u taħriġ. Għamilt sena nitħarreġ ma' akkademja mentri issa għandi kowċ personali, li qiegħed jgħinni ħafna. Timmissjaha lil Malta? Ħafna, tlaqt madwar tliet snin ilu u nimmissja kemm lil sħabi, iżda anke l-ħajja f 'din il-gżira. X'tikkumenta dwar ir-riżorsi tat- tennis li tittrenja fihom f 'Malta fil- Marsa Sports Club meta mqabblin ma' dawk li tuża f 'Sanremo fl- Italja? Naħseb li l-Malta Sports Club huwa wieħed mill-aqwa ambjenti fid-dinja. Għandu ħafna postijiet fejn tittrenja sports differenti u jinsab anke attrezzat b'postijiet bħal restaurants u bars. Min huwa l-idolu tiegħek fit-tennis? Simona Halep, li bħalissa tinsab fin-numru tlieta tar-rankings tad- WTA. Mentri inti, f 'liema post qiegħda? Bħalissa ninsab fl-ewwel pożizzjoni tar-rankings Ewropej tal-Juniors. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-tennis u għandek xi ħolma partikolari li tixtieq li din issir realtà? Bażikament, qiegħda nipprova nikkwalifika għall-Junior Grand Slams u eventwalment nibda nilgħab it-10,000's sabiex nakkwista punti għall-WTA. Rigward il-ħolma tiegħi għall-futur, hija dik li nirbaħ it-tournament ferm prestiġjuż ta' Wimbledon. Qiegħda taspira li fil-futur it- Tennis ikun il-karriera prinċipali tiegħek? Iva, nixtieq li jkolli karriera fit- Tennis, allavolja ovvjament għadni mmur l-iskola. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq it-tennista ewlenija Maltija, Elaine Genovese? Hija persuna ġentili ħafna u li nammira wkoll. Ġieli lgħabt logħbiet ta' ħbiberija kontriha u mingħandha tgħallimt u għadni nitgħallem ħafna. Kemm jaffetwa l-lat psikoloġiku fit-Tennis? It-Tennis mhuwiex sport diffiċli, iżda minkejja li jkollok is-sapport estern, waqt il-partita int tkun waħdek u trid tikkontrolla lilek innifsek fosthom l-emozzjonijiet tiegħek. Temmen li teżisti l-korrzzjoni fit- tennis? Prattikament hija ħaġa eżistenti, iva, fejn nies isaqsu lil tennisti partikolari sabiex jinxtraw jew ibiegħu l-partita tagħhom. Sa issa, ma nemminx li fil-livell żagħżugħ kien hemm xi każijiet bħal dawn. illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Cristian Antony Muscat Helene Pellicano - l-ewwel tennista Maltija li qatt rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal-Juniors. Sports 34 Il-Maltija Champion Ewropeja "Il-ħolma tiegħi għall-futur, hija dik li nirbaħ it-tournament ferm prestiġjuż ta' Wimbledon"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016