Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 8 Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Data: 23 t' Ottubru 2016 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ MINN QABEL Miżura 4- Investiment f'assi fiżiċi Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE tal-2017 u l-Fondi tal-UE, jixtieq javża li ser tigi mnehdija sejħa għall- applikazzjonijiet għal għotjiet kif stipulat taħt il-Miżura 4.4 'Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-objettivi agroambjentali klimatiċi taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020 għal Malta. Miżura 4.4 "Appoġġ għal investimenti mhux produttivi konnessi mal-kisba tal-objettivi agroambjentali klimatiċi" M4.4 tkopri investimenti mhux remunerattivi maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi agroambjentali klimatiċi u se tinkludi r-restawr ta' ħabitats u pajsaġġi, il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-ilma fejn ma jkun hemm l-ebda redditu ekonomiku sinifikanti lejn razzett jew negozju rurali ieħor minn din l-azzjoni. It-tnehdija għas-sejħiet flimkien mad-dettalji kollha, se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt. Il-formola ta' Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) ser ikunu disponibbli permezz tal-istess sit elettroniku wara t-tnehdija tas-sejħa. L-Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qed tagħmel sessjonijiet ta' informazzjoni dwar dawn is-sottomiżuri. Id-dettalji ta' dawn is-sessjonijiet ser jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq l-istess sit elettroniku. Il-bdiewa reġistrati, ser jiġu infurmati permezz ta' notifika b'sms skond il-proċedura regolari. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: www.eufunds.gov.mt jew permezz tal-email: rdd.meaim@gov.mt. Il-festival ŻiguŻajg 2016 ILFESTIVAL Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ se jirritorna għas-sitt edizzjoni mill-11 sal-20 ta' Novembru 2016, bi programm imlewwen ta' produzzjonijiet internazzjonali tal-ogħla livell u xogħol lokali kkummissjonat għal dan il-għan. ŻiguŻajg 2016 se jilqa' fih sensiela ta' wirjiet ta' fama internazzjonali li se jkunu murija flimkien ma' letteratura Maltija li ġiet addatta mill-ġdid bħan- novella sas-seklu 19 Ineż Farruġ, poeżiji ta' Anastasio Cuschieri u stejjer ta' Trevor Zahra. Il-programm tal- 2016 se jkollu fih element kontemporanju minn dixxiplini varji bħaċ-ċirku, puppetry, żfin, film, it-teatru u l-arti viżiva. Il-pajjiżi li se jkunu rrapreżentati jinkludu l-Awstralja, iċ-Ċina, il- Ġermanja, ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka. L-edizzjoni ta' din is- sena se tkun qed tfakkar figuri ewlenin li ħallew wirt artistiku għat-tfal u ż-żgħażagħ. Xogħlijiet ewlenin bħal Dahl, Prokofiew u Shakespeare ser jiġu addattati filwaqt li ħrejjef u tradizzjonijiet se jkunu ppreżentati b'mod kreattiv u nnovattiv. Żiġużajg jibqa' kommess li jibqa' jinvesti f 'xogħol ġdid għal udjenzi żgħar, kif ukoll joħloq opportunitajiet ġodda għall-artisti Maltin. Il-Festival jibqa' determinat li jrawwem udjenzi ġodda u jgħin fl-iżvilupp ta' ambjent professjonali u kreattiv. Il-Festival huwa mtella' mill-Fondazzjoni Kreattività bl-għajnuna tal-Gvern ta' Malta u l-Ministeru għall- Ġustizzju, Kultura u Gvern Lokali. Fost il-kollaboraturi nsibu lill-Orkestra Filarmonika, Spazju Kreattiv, ŻfinMlata, Kelma Kelma, PBS, it-Teatru Manoel u l-Fondazzjoni Valletta 2018. • 24 proġett (13 Maltin and 11 Internazzjonali)*10kummissjonijiet • 14-il post differenti • 181 wirja • Madwar 150 artist jipparteċipaw *8 pajjiżi rappreżentati Udjenzi mistennija (serati bil-biljetti) • Skejjel: 9,500 • Pubbliku: 14,500 Total: Madwar 24,000 viżitatur Presepju Għawdxi u mużika Maltija fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan F'DIĊEMBRU dawk kollha li jgħaddu minn Pjazza San Pietru fil-Vatikan se jesperjenzaw presepju tradizzjonali Malti, li se jkun akkumpanjat minn talent mużikali minn pajjiżna. Waqt konferenza tal- aħbarijiet li indirizza l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici f 'Kastilja, ġew mgħarrfa d-dettalji dwar dan il-proġett. B'investiment ta' €480,000, se jkun iċċelebrat it-talent tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta barra minn xtutna, flimkien mal-presepju tal-Għawdxi Manwel Grech. Il-pubbliku se jkun jista' jattendi mingħajr ħlas, bil-għan li l-arti tkun aċċessibbli għal kulħadd, irrispettivament mir- riżorsi. Il-Ministru spjega li l-apprezzament lejn dak li huwa kulturali, il-parteċipazzjoni f 'attivitajiet kulturali u l-possibilità li wieħed jesprimi ruħu, għandhom irwol importanti fl-iżvilupp ta' soċjetà attiva, demokratika u kreattiva, mhux biss fuq livell kollettiv, iżda anke fuq livell individwali. "Permezz ta' proġetti bħal dawn, inkomplu naħdmu biex is-settur kulturali ikun dejjem aktar ħaj, aċċessibbli u sostenibbli", ikkonkluda l-Ministru Owen Bonnici. Il-presepju ntgħażel wara li d-Direttorat tal-Kultura f 'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta ppubblika sejħa għad- disinn u l-bini ta' presepju artistiku. Is-sejħa speċifikat li l-istruttura tal-presepju kellha tieħu inkonsiderazzjoni fatturi kulturali u karatteristiċi partikulari tal-pajsaġġ Malti, inklużi l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll il-figuri tradizzjonali tal- presepju. Il-presepju se jkun esebit fi Pjazza San Pietru mill-ewwel ġimgħa ta' Diċembru sat-8 ta' Jannar, u wara se jibqa' jiġi esebit f 'pajjiżna f 'postijiet pubbliċi fi żmien il-Milied. Il-kunċert se jsir fis-17 ta' Diċembru, u l-Orkestra Nazzjonali se tkun akkumpanjata minn erba' solisti famużi, is-Soprano Jacquelyn Wagner, Alto Eva Vogel, it- Tenur Daniel Kirch u Bass Gerd Grochowski, kif ukoll wieħed mill-aqwa korijiet Taljani, il- Coro dell' Accademia di Santa Cecilia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016