Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

minn Veronica Lynn Mizzi WARA li l-istatistika tal- istħarriġ magħruf bħala ESPAD (European School Project on Alcohol and Other Drugs), u anke kif irrappurtata minn din il- gazzetta ftit wara, wriet kif tfal u żgħażagħ taħt l-età jgħidu kif huwa faċli mmens għalihom li jkollhom aċċess għall-alkoħol, ġiet imnedija politika nazzjonali dwar l-alkoħol għall- konsultazzjoni pubblika. Minbarra l-fatt li l-figuri li ħarġu minn din l-istatistika kienu pjuttost allarmanti fost tfal u żgħażagħ ta' taħt is-17-il sena, huwa fatt li l-Ewropa għandha l-ogħla rata ta' konsum tal-alkoħol kull persuna, fid- dinja. Dan waqt li l-Istrateġija għall- Prevenzjoni u l-Kontroll ta' mard li ma jitteħidx identifikat li f 'pajjiżna, l-alkoħol huwa fattur kbir assoċjat ma' mard kroniku bħal mard tal-qalb u tal-fwied, kif ukoll kanċer. Minbarra l-konsum tal- alkoħol fost iż-żgħażagħ taħt l-età, mill-istħarriġ tal-popolazzjoni ġenerali jidher kif iktar minn tliet kwarti tal-popolazzjoni jgħidu li xi darba f 'ħajjithom ikkunsmaw l-alkoħol, waqt li kien hemm żieda ta' madwar 7,000 persuna li kkunsmaw l-alkoħol fl-aħħar 30 ġurnata meta mqabbel mal-istudju tal-2001. Huwa wkoll evidenti li l-ogħla rata ta' persuni li jixorbu l-alkoħol tinsab fost dawk ta' bejn it-18 u l-24 sena, hekk kif ir-rata tonqos meta l-età tiżdied. 139 persuna kienet pożittiva għat-test tal- breathalyser fl-2016 Il-politika nazzjonali dwar l-alkoħol titkellem ukoll dwar is-sewqan taħt l-effetti tal-alkoħol u tressaq 'il quddiem proposti sabiex tindirizza dan. Din il-politika tisħaq li sabiex is-sewqan taħt l-effetti tal-alkoħol jinqata', jew tal-anqas minimizzat, jeħtieġ li l-pulizija jagħmlu testijiet tal-breathalyser b'mod iktar frekwenti u jitnaqqsu l-ammonti ta' xorb persmissibbli għal persuna li tkun qed issuq. In-numru ta' persuni li fl-2016 sa issa, sarilhom test ta' breathalyser u rriżulta fil-pożittiv kien ta' 139, li minnhom 63 instabu ħatja. Għaldaqstant, din il- politika li tnediet għall- konsultazzjoni pubblika għandha tliet għanijiet primarji, li huma li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tax- xorb minn persuni taħt l-età, li jiġi mminimizzat ix-xorb żejjed fost il-popolazzjoni u li jitrażżan l-effett negattiv li jħalli s-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol. Għaldaqstant, l-ILLUM tat ħarsa lejn uħud mill-miżuri li qed jiġu proposti f 'din il-politika nazzjonali sabiex tkun tista' tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-alkoħol fil- pajjiż. Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Aħsiblu qabel tlegliglu L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proposti l- Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol li tnediet għall-konsultazzjoni pubblika Xorb taħt l-età Konsum eċċessiv tal-alkoħol 1. Pieni iktar ħorox kontra bejjiegħa u distributuri li jinstabu ħatja li biegħu alkoħol lil żgħażagħ minorenni 2. Prodotti alkoħoliċi jinżammu f 'parti separata tal-ħanut jew supermarket 3. Materjal ta' promozzjoni għall-alkoħol, imqassam b'xejn bħal flokkijiet u tazzi għandhom ikunu projbiti għal min hu taħt l-età 4. Il-manifatturi u l-bejjiegħa tal-alkoħol iwaqqfu fons għar- riabilitazzjoni tal-alkoħol biex tintuża għal kampanji edukattivi 1. Tiżdied ir- responsabbiltà fuq min ibigħ l-alkoħol, u dawn ikunu jistgħu jinżammu responsabbli għall- konsegwenzi 2. Jiġu infurzati prattiċi bħall- preżentazzjoni tal-ID card u f 'każ ta' xorb eċċessiv, il- persuni ma jiġux servuti iktar alkoħol 3. Offruta għajnuna lil min jabbuża bl-alkoħol u lill- familji tagħhom 1. Tiġi emendata l-liġi biex il-Pulizija jkunu jistgħu jagħmlu testijiet tal-breathalyzer b'mod każwali, u anke testijiet oħra mal-ġenb tat-triq 2. Jitnaqqas il-limitu tal-livelli massimi ta' alkoħol fid-demm, minn 0.8g kull litru għal 0.5g kull litru, waqt li fix-xufiera ta' taxis, minibuses u vetturi oħra li jgħabbu l-passiġġiera se jinżel għal 0. Xufiera ġodda u dawk tal-muturi jew trakkijiet, se jkollhom il-livell imniżżel għal 0.2g 3. Jiġu introdotti edukazzjoni u trattament obbligatorji għal persuni li jkunu nstabu pożittivi għal sewqan taħt l-effetti tal-alkoħol Sewqan taħt l-influwenza tax-xorb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016