Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Għawdex 15 Refalo...baġit miżeru għal Chris Said Il-Hamis TVM 20:50 noffrulhom korsijiet differenti minn dawk li jiġu offruti f 'Malta. Dawn għandhom jiġu ffukati f 'kategoriji li jkunu ideali li jiġu studjati f 'Għawdex bħal, 'bijoloġija, kultivazzjoni agrikola u xjenzi soċjali." 'Vot Kapitali miżeru għal Għawdex' – Chris Said Il-kelliem Nazzjonalista għal Għawdex, Chris Said saħaq li l-vot kapitali għal Għawdex reġa' kien wieħed miżeru li fil-fatt hu ta' €9 miljuni meta fis-sena 2014 dan kien ta' €14- il miljun u skont Said fis-snin ta' qabel kien ħafna iżjed. Chris Said dwar il-baġit qal, "Verament li anke fejn jidħol Għawdex dan hu baġit kożmetiku ta' gvern bla viżjoni. Said qal li l-ewwel ħaġa li għamel meta sema' l-voti tal-baġit ta' din is-sena hu li mar ifittex id-diskors tal-baġit li nqara s-sena ta' qabel u qal li minn 20 proposta li kien hemm waħda biss twettqet, li hi żieda fl-allowance lill-istudenti Għawdxin li jaħdmu u jistudjaw f 'Malta. "Id-dsatax l-oħra jew ma twettaq xejn minnhom jew għadhom se jibdew" fejn elenka din il-lista ta' proġetti u fejn waslu: • Baga fix-Xlendi – ma sar xejn • Restawr tal-Għar ta' Calypso – ma sar xejn (issa reġa' ssemma fil- baġit) • Restawr tal-Mitħna tax-Xewkija – ma sar xejn • Restawr tal-Akwedott – ma sar xejn • Bini ta' Qorti ġdid – ma nbeda xejn • Mużew tal-Arti – ma sar xejn • Fast Ferry Service – għadu ma ġiex introdott • Air Link – ma ġiex introdott • Dar tal-Anzjani – kellha tkun lesta sena u nofs ilu – għadu kemm nbeda l-bini • Pixxina – ma nbeda l-ebda xogħol "Barra hekk kull sena jgħosfor proġett jew iżjed milli kienu mwiegħda fil- programm elettorali. Fl- ewwel baġit ġejna mwiegħda kasino f ' Għawdex proġett li għosfor u ma sarx. Fl- ewwel u t-tieni baġit ġejna mwiegħda konnessjoni bl- ajru bejn Malta u Għawdex, saħansitra qalilna l-Ministru li ser ikollna konnessjoni ma' ajruporti oħra fil-Mediterran. Mhux talli ma sarx talli l-idea għosfrot ukoll. Is-sena l-oħra u ta' qabel wegħduna yacht marina u cruise liner terminal proġett ieħor li għosfor u ma ssemmiex iżjed. L-ebda kelma fuq dan,fil-baġit fuq proġett li skont il-Gvern stess hu tant important għal Għawdex. Kull darba jippruvaw inessuna dawn il-proġetti wara li jkunu ħabbruhom b' tant pompa." Chris Said kompla jgħid ukoll dwar l-iskola primarja li se tinbena fir-Rabat fejn qal li l-proċess ta' konsultazzjoni hu fażull, "Kulħadd jaqbel li hemm bżonn skola primarja ġdida fir-Rabat, iżda huma l-ħafna li ma jaqblux mal- post magħżul fejn il-gvern iddeċieda li din tinbena fuq parti mill-playing field li qed tiġi rranġata minn fondi Ewropej, proprju f 'wieħed mill-ftit spazji miftuħa li hemm fir-Rabat. Skola Primarja ta' 600 student fl- aktar post traffikuż, parkeġġ, toroq il-ħin kollu bit-traffiku u venda tal-linja." Chris said qed jappella lill-gvern biex jieqaf minn din id-deċiżjoni u l-gvern għandu jibni din l-iskola fejn diġà kien hemm il-permessi biex issir, ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet. Il-kelliem Nazzjonalista lmenta wkoll li fil-baġit ma ssemma' xejn dwar is-servizz bejn Għawdex u Malta għall- merkanzija li dawn ilhom bla servizz 10 xhur. "Servizz li kien jaqdi l-garr ta' ħafna merkanzija minn u lejn Għawdex. Minkejja l-wegħda tal-Ministru għal Għawdex fir-risposti parlamentari tiegħu li ser tinstab soluzzjoni sal-lum dan is-servizz baqa' mhux jingħata: 10 xhur bla servizz tant essenzjali. It-trakkijiet kollha issa jridu jaqsmu Malta u jgħaddu minn toroq ta' karreġġata waħda bħal dawk tax-Xemxija u l-Mistra, bit-traffiku kollu mwaħħal warajhom. Il- Ministru Joe Mizzi qalilna nużaw il-baħar, iżda fejn kien hemm servizz bil-baħar twaqqaf." Il-bolla fuq il-propjetajiet f'Għawdex tinżel għal 2% @MaltaGov Dan huwa riklam bi ħlas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016