Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum 3 Aħbarijiet Ambjent, trasparenza u ġustizzja soċjali: 'Mhux negozzjabbli' Mal-ILLUM Marlene Farrugia tagħmel it-termini tagħha ċari għal koalizzjoni minn Albert Gauci Cunningham 'TIELA' x-xemx.' Kienu b'dawn il-kliem li Marlene Farrugia ċċelebrat il- ħatra tagħha bħala Kap tal-Partit Demokratiku. Fuq il-paġna tagħha ta' Facebook, Farrugia wegħdet li se tkun qrib in-nies u li minn għada stess se tibda kampanja bieb bieb fid-distretti li mistennija tkun kandidata fuqhom, jiġifieri l-ħames distrett u distrett ieħor fit- tramuntana tal-pajjiż. L-għada li twaqqaf b'mod uffiċjali l-Partit Demokratiku u eleġġa l-kap tiegħu, li kif mistenni hija Marlene Farrugia, din id-Deputata li issa ilha fix-xena għall-aħħar xhur għamlitha ċara mal-ILLUM li fid-diskussjonijiet dwar koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista, hemm ċerta punti ta' prinċipju li la hi u lanqas il-PD mhuma se jinnegozjaw dwarhom. F'kuntatt li għamlet magħha din il-gazzetta, Farrugia saħqet li fid- diskussjonijiet mal-PN li mistennijin ikomplu, issa li kien iffurmat eżekuttiv tal-PD wara l-vot ta' 25 membru, se tkun qed tagħmilha ċara li l-ambjent u l-importanza tal-wirt naturali, it- trasparenza u l-ġustizzja soċjali huma punti ta' prinċipju li l-PD mhux se jinnegozja dwarhom. Ma' din il-gazzetta sostniet li meta titkellem ma' Busuttil dejjem tgħidlu li hi qed taħdem biex ikun hemm Gvern aħjar mhux agħar, u huwa għalhekk li la hi u lanqas il-PD mhuma se jiċċaqalqu mill-prinċipji tagħhom fuq dawn is- suġġetti. 'Jien m'iniex kontra l-privatizzazzjoni' Hekk kif Farrugia tibda tikkritika dak li ssejjaħlu "bejgħ tal-assi tal- poplu," l-ILLUM tfakkarha li hi daħlet f 'diskussjonijiet ma' partit li privatizza ħafna entitajiet meta kien fil- Gvern. "Irrid nagħmilha ċara," tibda Farrugia, "li jien m'iniex kontra l-privatizzazzjoni, imma biss kontra l-ħabi. Irrid li privatizzazzjoni tkun trasparenti u li l-valur li jieħdu n-nies meta tinbiegħ entità jkun wieħed ġust u ġustifikat." Meta l-ILLUM fakkret lill-Kap tal-PD f 'diversi privatizzazzjoni li kienu saru mill-partit li llum qed tiddiskuti biex tkun f 'koalizzjoni miegħu, hija tammetti li "mela, anke dak iż-żmien saru affarijiet mhux aċċettabbli. U dawk li jsegwu jafu li jiena kont kritika ħafna tal-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi meta dan biegħ ċerti assi u artijiet tal-pajjiż. Fosthom meta biegħ il-Mid Med Bank u anke l-art li fuqha nbniet Smart City. Imma qed nitkellem illum ukoll, li qed isiru affarijiet ħżiena. Jien ma biddilt il- prinċipji tiegħi qatt." L-ILLUM tistqasi lil Farrugia dwar il-ġustizzja soċjali: 'Ma tħossx li bil- baġit li għadu kif tħabbar il-Gvern beda jagħmel ġustizzja soċjali ma' dawk li waqgħu lura, jew li mhu qed igawdu xejn mill-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż?' Farrugia twieġeb billi tgħid li l-poplu diġà tilef ħafna iktar milli qatt jista' jirbaħ. "Jekk il-Gvern ħa art, se jibni medded ta' art fejn sa ftit ilu n-nies kienu jmorru jippassiġġaw u jgawdu l-kampanja b'xejn. Dawk flus meħudin mill- poplu. Trid tara wkoll dak kollu li nbiegħ mill-assi tal-poplu," tgħid Farrugia b'referenza għall-ftehim tal-Isptar u s-settur tal- enerġija. "Kieku taqbad dak kollu li nbiegħ u l-art li ngħatat għall-iżvilupp, tinduna li l-poplu kien imissu ħafna iktar minn dak li ngħata fil-baġit," issostni Farrugia. 'Ġibu l-provi mhux il- karti...' Hekk sfida, Glen Bedingfield lil Norman Vella waqt il-programm Xarabank ta' nhar il- Ġimgħa li għadda meta dan tal-aħħar insinwa li l-Minstru Konrad Mizzi daħħal xi flus mill-kuntratt ma' Vitals għall-proġetti fil-qasam tas-saħħa. Din kienet l-istess tip ta' risposta li ta Franco Debono lil Salvu Mallia fuq l-istess programm, meta Mallia akkuża lil dan il- Gvern li hu korrott. L-ILLUM tiddirezzjona l-istess mistoqsija lil Farrugia. Hi għamlet ħafna allegazzjonijiet, imma tista tisustanzjahom? Marlene pronta tirrispondi li "l-problema hija l-ħabi. Dan l-aħħar iltaqajt ma' Konrad Mizzi u kelli ċans inkellmu għal ftit ħin. Għidtlu li l-akbar problema tal- Gvern hija li ma joħroġx kollox. La taħbi, anke jekk partijiet minn kuntratt, bilfors jibdew iqumu s-suspetti," sostniet Farrugia. L-istorja ta' Marlene Marlene Farrugia mhix persuna ġdida fix- xena politika. Apparti l-personalità kkulurita tagħha, Farrugia se tibqa' magħrufa bħala l-politiku li kwazi daret lil kull partit, qabel bdiet partit tagħha stess. Fi kliemha stess, Farrugia twieledet f 'familja Laburista. Fl- 1987, hi bdiet tappoġġja lill-Partit Nazzjonalista u baqgħet tagħmel dan sakemm hija bdiet isservi bħala Kunsilliera mal- PN fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ. Ikkontestat l-Elezzjoni Ġenerali għall- ewwel darba fl-1998 mal- PN, u ma kinitx eletta. Farrugia ma damitx wisq fuq il-lista Nazzjonalista hekk kif reġgħet marret lura għall-partit tal-għeruq tagħha u kienet kandidata tal-Partit Laburista fl-2008, u din id-darba kienet eletta. Iżda minn hawn beda l-ewwel sors ta' differenza bejn Farrugia u l-partit. Farrugia kienet qed timbotta l-kandidatura ta' George Abela għat- tmexxija ta' Mexxej tal-Partit Laburista, kandidatrura li ma kinitx dejjem kumplimentuża lejn Muscat. Wara l-elezzjoni tal-2013, is-sieħeb ta' Marlene, Godfrey Farrugia kien inħatar Ministru tas- Saħħa hekk kif mifthiem qabel l-elezzjoni ma' Muscat stess, jiġifieri li bejn Marlene u Godfrey, persuna waħda biss setgħet tkun Ministru. Sussegwentement Godfrey, f 'ittra li bagħat lill-Prim Ministru nhar id-29 ta' Marzu 2014 kien talab li jitneħħa minn Ministru. Fiha kien qal hekk: "Meta aċċettajt li nkun Minstru tas-Saħħa għamilt dan biss għax rajtha bħala oppourtunità tad-deheb fejn nista' nsaħħaħ is- servizzi tiegħi lejn id- dinjità tal-pazjent..." Minn dakinhar, it-trikki trakki bejn Marlene u l-PL ma waqfux sakemm irreżenjat mill-Partit u l-Grupp Parlamentari tal-PL fis-17 ta' Novembru tas-sena l-oħra. Marlene Farrugia: minn Laburista, għal Nazzjonalista, għal Laburista, u issa Demokratika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016