Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt ILLUM, kulħadd qed jitkellem il-lingwa tagħna M inn sena u nofs ilu lil hawn, din il-gazzetta għal bosta drabi, rriżervat dan l-ispazju biex tfakkar li jkun inutli li l-Gvern jintilef jeċita lilu nnifsu biċ-ċifri, l-istatistika u ċ-ċertifikati ta' aġenziji ta' kreditu, jekk ma' dan l-eċitament ma jingħaqadx sforz serju biex is-saffi medji u t'isfel tas-soċjetà jkunu mwieżna b'mod serju. Malli bdejna noħorġu b'din il-pożizzjoni bħala gazzetta, kien hemm min qal li aħna 'xellugin wisq' u kien hemm min, pubblikament u anke privatament, iddieħaq bl- idea li l-Gvern jeħtieġ jidħol hu stess biex jgħin lil settur tal-popolazzjoni. Qalulna 'is- suq, isuq u daqshekk!' Kien hemm ukoll minn interpreta l-ħeġġa tagħna li nitkellmu favur il-ħaddiem u dawk li huma vulnerabbli, bħala sinjal li aħna kontra min jirnexxi fis-soċjetà, kontra l-business. Li tkun pro-business ma jfissirx li m'intix pro-worker u viċe versa. Din il-ħaġa li f 'dan il-pajjiż bilfors irridu nikkompartamentalizzaw kollox fl-iswed jew fl-abjad hija assurda. Għalhekk, nemmnu bis-sħiħ li dawk il-persuni li batew, ħadu riskji kbar, finanzjarji u personali, li ssagrifikaw tant ħin tal-familja u li qagħdu lura anke minn neċessitajiet biex bnew negozju, mhux talli ħaqqhom l-għajnuna, talli għandu jkollhom it-triq tagħhom biex jifjorixxu u jikbru miftuħa apert. U biex nikkwalifikaw, meta nirreferu għan-negozju hawn fuq qed nirreferu għan- negozji kollha, inkluż dawk żgħar u tal-familja. Pro- business ifisser li tifrex it- tapit għal kull tip ta' negozju anke għal Charles li għandu grocer u Jean li għandu salon tax-xgħar. Pro-business ma jfissirx li nċekċku t-tazzi tax-xampanja mal-multi- miljunarji u l-prinċpijiet u l-barunijiet, u lill-familja Maltija li ssagrifikat kollox biex ikollha negozju nħalluha għal riħha. Iva, din il-gazzetta hija bi ħġarha favur dak in- negozjant onest li biex wasal, ħadem u stinka. L-unika tip u faxxa ta' negozju li ma tantx se jintlaqa' b'ċapċip minn l-ILLUM huwa dak li jemmen fl-idea tal-'get rich quick', dak in-negozju li biex jifjorixxi jrid iħokk dahar xi ħadd. Għalhekk, minkejja li din il- gazzetta għandha twemmin iktar xellugi u minkejja li nużaw il-kelma 'ħaddiem' iktar minn ħaddieħor, xorta aħna favur kull miżura li tittieħed favur in-negozju. Fil-baġit li għadda kien hemm miżuri partikolari li nħossu li huma pożittivi f 'dan is-sens, imma speċjalment it-tnaqqis tal-boll minn 5% għal 1.5% meta ġenitur jittrasferixxi negozju lill-uliedu. Apparti dan, naqblu wkoll ma' bosta miżuri u passi li ħa l-Gvern preżenti f 'dan is-sens, imma speċjalment l-Att dwar in- Negozju tal-Familja. Jibqa' imma l-akbar sodisfazzjon tagħna li llum il-Gvern qed jitkellem bl- istess lingwaġġ tagħna, dwar l-importanza li jintlaħaq kulħadd, dwar in-neċessità li min mhux b'kapriċċ u b'għażż ma jistax jaħdem, ikun mwieżen u min, wara ħajja sħiħa jaħdem, jgħix ħajja komda. L-aċċenn li l-Baġit tefa' fuq il-pensjonanti u l-lista pjuttost twila ta' miżuri favur l-istess faxxa ta' nies tagħtina sodisfazzjon kbir. Mhux għax se ndaħħlu aħna fil- but, imma għax qed jibdew jagħmlu ġustizzja vera. Din il-gazzetta hija waħda pjuttost żgħira fl-età, 10 snin dalwaqt. U s-sit li mmexxu, illum.com.mt ilu jopera ftit iktar minn sentejn biss. Minkejja li ninsabu sodisfatti bir-riżultati li qed niksbu, b'mod speċjali f 'dak li jirrigwarda s-sit tagħna li qed jara tkabbir xahar wara xahar, l-akbar sodisfazzjon jmur lil hinn minn dan. Is-sodisfazzjon tagħna huwa meta naraw li llum, il-lingwa tagħna u ta' ħafna, ħafna oħrajn ferm qabilna u li ħdejhom aħna nħossuna mċekknin, bħal Charles Miceli u l-Caritas, saret il-lingwa ta' min qed imexxi dan il-pajjiż u tal-partit li qed jopponih. Il-Partit Nazzjonalista wkoll illum qed jitkellem bil-lingwa ta' partit li jaqbeż għall- ħaddiem u għan-negozju ż-żgħir u medju. U jagħmel sew. Wara kollox, l-akbar suċċessi, il-PN kisibhom meta kien inklussiv u meta kien qrib il-ħaddiem, mhux meta mar fil-Parlament u vvota kontra l-interessi tiegħu. Jekk din kienet deċiżjoni ta' Simon Busuttil stess, li m'għandniex dubju li kienet, allura m'għandna xejn ħlief kliem ta' tifħir. Kull min jitkellem l-istess lingwa tagħna se jsib l-appoġġ mingħandna. Il-miżuri tal-baġit issa tħabbru u jafhom kulħadd. Mingħajr dubju, in-narrattiva ekonomika ta' Muscat illum tagħmel ħafna iktar sens, għax il-Gvern ħoloq ambjent katalista għall-ġid li issa beda jieħu l-ewwel passi biex iqassmu b'ġustizzja aħjar fost kulħadd. B'dawn ir-riżultati, wara l-baġit mressaq din il-ġimgħa u quddiem kunsens politiku wiesa' dwar l-importanza li l-ħaddiem ikun imwieżen, li wara kollox hija waħda mid- dommi taċ-ċentru xellug, nistgħu nassiguraw biss li dan l-editorjal u l-ILLUM se jibqgħu għaddejjin fl-istess triq, bl-istess fehma u jservu ta' vuċi għall-istess nies, kif għamlu fl-aħħar xhur. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016