Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Sports 30 WARA bidu ta' staġun ferm diżappuntanti, Leicester City u West Ham United kisbu rebħiet importanti kontra Crystal Palace u Sunderland rispettivament. Dan meta l-Foxes għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 3-1 bil- gowls għalihom jaslu minn Musa, Okazaki u Fuchs, waqt li l-gowl waħdieni għal Crystal Palace wasal minn Cabaye fil-85 minuta. Min-naħa l-oħra West Ham United meta kienu qed jilagħbu ġewwa darhom kisbu rebħa minima iżda drammatika ta' 1-0 kontra Sunderland, bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal b'mod minn Reid fl-94 minuta. Burnley kisbu tliet punti prezzjużi meta ġewwa darhom għelbu lil Everton bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Vokes u Arfield fid-39 u fid- 90 minuta rispettivament, waqt li l-gowl għal Everton wasal minn Bolasie fit-58 minuta. Daqstant ieħor tliet punti prezzjużi kienu dawk miksuba minn Stoke City meta huma barra minn darhom għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 2-0, biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Xherdan Shaqiri fis-26 u fil-50 minuta rispettivament. Rimarkabbli huwa l-fatt li xejn inqas minn tliet konfronti lbieraħ intemmew fi draw ta' mingħajr gowls. Dawn kienu dawk bejn AFC Bournemouth u Tottenham Hotspur, Arsenal u Middlesbrough u Swansea City u Watford. Leicester City u West Ham United jiksbu rebħiet importanti Azzjoni mil-logħba bejn West Ham u Sunderland Bidu spettakolari fi s-37 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race minn Cristian Antony Muscat ILBIERAĦ il-Port il- Kbir kien iċ-ċentru ta' attività liema bħalha hekk kif fil-11am preċiż ġew sparati tiri mill-kanuni tal-Barrakka ta' Fuq fil- Belt Valletta biex ingħata bidu speattakolari għas-37 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race li hija meqjusa bħala l-iktar tellieqa importanti tal-ibburdjar li ssir f 'pajjiżna u t-tielet waħda fid-dinja, bl-iktar importanti tkun dik tal- Fastnet u t-tieni waħda dik tas-Sydney to Hobart. Matul din is-sena qed jieħdu sehem 112-il jott li se jkunu qed jippruvaw jirbħu jew almenu jtemmu r-rotta ta' 608 mili nawtiċi. Attrazzjoni partikolari għad-dilettanti kollha tal-ibburdjar u mhux biss se jkun il-jott lussuż Taljan, Mazerati li se jkun qed jesperimenta bit-teknoloġija tal-Hydro Foils li hija sistema ġdida fl-ibburdjar. L-aħħar teknoloġija se tkun ippruvata wkoll fuq il-jott tal-iskipper George David, abbord ir-rambler 88 Multihul tiegħu. Pajjiżna qed jimmira li jikseb suċċess fl-edizzjoni ta' din is-sena hekk kif il-flotta Maltija se terġa' tkun b'saħħitha meta mhux inqas minn tmien jottijiet ta' esperjenza profonda dwar din il-korsa se jerġgħu jippruvaw jirbħu r-Rolex Middle Sea Race. Ritratt: Chris Mangion Jott -azzjoni waqt ir-Rolex Middle Sea Race RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 22 ta' Ottubru Bournemouth vs Tottenham H. 0-0 Arsenal vs Middlesbrough 0-0 Burnley vs Everton 2-1 Hull C. vs Stoke C. 0-2 Leicester C. vs Crytsal P. 3-1 Swansea C. vs Watford 0-0 West Ham U. vs Sunderland 1-0 Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 14:30 Manchester C. vs Southampton 17:00 Chelsea vs Manchester U. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 12:30 Udinese vs Pescara 15:00 Atalanta vs Inter 15:00 Cagliari vs Fiorentina 15:00 Crotone vs Napoli 15:00 Empoli vs Chievo V. 15:00 Torino vs Lazio 18:00 Bologna vs Sassuolo 20:45 Roma vs Palermo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016