Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582
Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 31 Eku tal-kummenti ta' Andrè Schembri... iwieġeb Norman Darmanin Demajo minn Cristian Antony Muscat F'EKU tal-kummenti li għadda Andrè Schembri wara l-konfront kontra l-Ingilterra, li fih Malta sfat megħluba bl-iskor ta' 2-0, fil-jiem li għaddew issejħet konferenza stampa fis-sala li tinsab biswit is-Centenary Stadium f 'Ta' Qali, indirizzata minn Norman Darmanin Demajo, president tal- MFA u minn Robert Gatt, Direttur Tekniku tal-MFA. Fiha ngħataw dettalji rigward l-aħħar proġetti tal-MFA u kif din qed taħdem bis-sħiħ favur l-akbar ġid tal-futbol Malti, għalkemm dan xi drabi mhux dejjem jitpoġġa fid-deher. Beda biex tkellem Robert Gatt li qal li l-MFA ilha għal dawn l-aħħar xhur tiffoka fuq l-edukazzjoni tal-coaches kif ukoll fuq il-fatt li iktar plejers żgħażagħ imorru jilagħbu barra minn xtutna, għalkemm sfortunatament dawn ħafna drabi jerġgħu lura minħabba diversi raġunijiet. Fost dawn huwa semma' l-istudju akkademiku, iżda l-iktar dik li Norman Darmanin Demajo iħobb isejjaħ bħala l-'comfort zone' li tinkludi fiha ċ-ċokon tal-pajjiż u affarijiet oħra fosthom divertiment u klima mill- aqwa. Norman Darmanin Demajo kompla jelabora fuq dan il-fatt meta qal li jħoss li f 'dawn l-aħħar snin l-MFA kienet għamlet diversi avvanzi fl-istrutturi tagħha fosthom fl-istrutturi tal- klabbs li kienet il-priorità ewlenija tal-MFA meta l-amministrazzjoni preżenti ħadet it-tmun mingħand l-amministrazzjoni preċedenti. Madankollu, huwa saħaq li fadal xi jsir iżda wieħed irid japprezza l-ħafna xogħol li diġà sar. Mistoqsi jekk kienx sar xi kuntatt ma' Andrè Schembri, rigward il- kummenti li huwa għadda fil-jiem li għaddew fejn esprima x-xewqa li ż-żewġ partijiet jiltaqgħu flimkien, Norman Darmanin Demajo stqarr li fil-fatt huwa kien bagħat email lit-tim nazzjonali kollu biex issir laqgħa flimkien u li fiha jiġu diskussi diversi punti. Dan il-ġurnal kkwota intervista li Norman Darmanin Demajo ta lill-istazzjon nazzjonali riċentament, fejn huwa stqarr li Andrè Schembri kellu raġun jgħid li 20 sena oħra, il-futbol Malti se jibqa' l-istess, u saqsa lill- president tal-MFA jekk dan kienx kumment kemmxejn negattiv min-naħa tiegħu u li ma tantx jawgura tajjeb għall-futur. Iżda huwa kien pront wieġeb li huwa kien qed jipponta għall- fatt li meta wieħed iqis ir-riżultati li kiseb it-team nazzjonali Malti f 'dawn l-aħħar 20 sena, dawn ftit li xejn tbiddlu, għalkemm m'għadniex insofru ammonti kbar ta' goals. B'hekk huwa qal li jekk mhux se jsiru aktar avvanzi fil-futbol Malti, l-aktar fosthom li plejers Maltin imorru jilagħbu b'mod professjonali barra minn xtutna, se nerġgħu niġu 20 sena oħra u nsibu li nkunu għadna fl-istess stadju f 'dak li għandu x'jaqsam ma' tim nazzjonali. Intant, hekk kif wara ż-żewġ telfiet kontra l-Ingilterra u l-Litwanja, il-pożizzjoni tal-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin bdiet titpoġġa f 'diskussjoni, Norman Darmanin Demajo ma ta l-ebda indikazzjoni rigward dan, waqt din il-konferenza stampa, u għalhekk dan ifisser li Pietro Ghedin se jkompli jmexxi lit-tim nazzjonali b'mod normali skont il-kuntratt li għandu mal-MFA. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, dan il-ġurnal ma setax ma jitlobx lill-president tal- MFA, Norman Darmanin Demajo, xi informazzjoni relatata mal-aħbar li ħarġet nhar it- Tnejn li għadda, u li tirrigwardja bis-sħiħ lit-tim nazzjonali Malti. Dan wara fir-riżultat ta' 2-0 favur il-Litwanja kontra Malta, seta' kien hemm xi ħjiel ta' korruzzjoni relatata ma' betting, hekk kif bosta patterns tal-betting kienu jindikaw dan. Fil-fatt 10 minuti biss qabel il-konfront bejn Malta u l-Litwanja, il-Kummissarju tal-FIFA li kien preżenti f 'LFF Stadium f 'Vilnius fil-Litwanja daħal fid-dressing rooms rispettivi ta' Malta u tal-Litwanja u anke kellem lir-referees li kkontrollaw din il-logħba, hekk kif kien ġie ndikat lilu li seta' kien hemm atti anti-sportivi relatati ma' din il-logħba. Il-president tal-MFA żied li m'għandu l-ebda dettalji ulterjuri rigward dan il-każ, hekk kif kollox għadu fil-fażi inizjali, iżda huwa afferma li huwa se jkun qed isegwi dan il-każ mill-qrib fil-jiem li ġejjin. Norman Darmanin Demajo lest li jiltaqa' b'mod personali mat-tim nazzjonali Malti kollu Ritratt: Dominic Borg TopSpin Table Tennis Academy b'seba' timijiet fil-Kampjonat Nazzjonali TOPSPIN Table Tennis Academy tinsab imħejjija bis-sħiħ għall-istaġun tax-xitwa 2016/2017. Dan hekk kif l-Akkademja qed tieħu sehem fil-Kampjonat Nazzjonali tat-Table Tennis b'seba' timijiet li jinsabu f 'diviżjonijiet differenti: żewġ timijiet fir-raba' diviżjoni, tliet timijiet fit-tielet diviżjoni, tim fit-tieni diviżjoni kif ukoll tim fl- ewwel diviżjoni. Dan tal-aħħar, bl-isem ta' 'University Andro' u kompost mill-kowċis tal-Akkademja, rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-erba' snin li għaddew konsekuttivament. F'Awwissu li għadda, tliet studenti mill- Akkademja ngħatatilhom l-opportunità li jieħdu sehem fl-'Andro Kids Open Tournament' f 'Dusseldorf, il- Ġermanja. L-Akkademja xtaqet tifraħ lil Nicole Cutajar, Anthea Cutajar u May Zahra tal- prestazzjoni li taw. Barra minnhekk, l-Akkademja qed tħarreġ lill-istudenti tagħha għat- tournaments li torganizza l-Malta Table Tennis Association (MTTA) minn żmien għall-ieħor. Fil-fatt, l-istudenta Nicole Cutajar kisbet l-ewwel post fl-'U18 Plate Event'. L-Akkademja rnexxielha tikseb unur ukoll fl-ewwel ranking tournament tas-seniors hekk kif il-Kowċ Daniel Bajada tela' fil-finali ma' Uriy Leymanovskiy u rnexxielu jirbaħ b'punteġġ totali ta' 3-0. Dan ma kienx biżżejjed għall-Akkademja għaliex fl-ewwel tournament tad- doubles organizzat mill- MTTA, il-Kowċis Edward Baldacchino u Daniel Bajada rnexxielhom jegħlbu lil Isaac u Gabriel Grixti fil-finali b'punteġġ totali ta' 3-0 ukoll. L-Akkademja organizzat l-ewwel ranking tournament tagħha ftit tal-jiem ilu fil-gym tal- iskola Santa Monika, Birkirkara. Għal iktar tagħrif dwar l-Akkademja u kif tista' ssir membru tagħha, wieħed jista' jikkuntattja lill-Kowċ ta' Topspin Table Tennis Academy, Edward Baldacchino, fuq in-numru tal-mowbajl 99470278. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri, li hija studenta ta' TopSpin Table Tennis Academy. Tnejn mil-kowċis ta' TopSpin Table Tennis Academy, Edward Baldacchino u Daniel Bajada