Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

minn Veronica Lynn Mizzi MINKEJJA li fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar mill- gazzetta MaltaToday, wera li l-immigrazzjoni hi waħda mill-iktar problemi li jippreokkupaw lill-poplu Malti, s'issa matul l-2016, in- numru ta' immigranti li daħlu f 'pajjiżna bil-baħar kien ta' 0. Dan jikkuntrasta mal- ammonti li kellu pajjiżna fis-snin preċedenti, bl-ogħla numru jkun fl-2008 b'2,770 immigrant. In-numru kompla jonqos mas-snin bl-ammont ta' immigranti li daħlu bil-baħar jinżel għal 590 fl-2014 u 40 matul is-sena li għaddiet. Din l-informazzjoni ngħatat fil-parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela għal mistoqsija parlamentari tad- deputat Silvio Schembri. Minkejja dawn il-figuri, ta' min wieħed isemmi li minflok l-immigrazzjoni ssir b'modi illegali permezz tal-baħar, illum il-ġurnata ammonti ta' immigranti f 'pajjiżna permezz ta' mezzi legali. Dan jinkludi studenti li jibqgħu f 'pajjiżna wara li jlestu mill-istudji tagħhom, nies li jiġu bl-ajru u oħrajn li jiġu fil-pajjiż minn Sqallija. F'domandi parlamentari oħrajn ħareġ ukoll kif minn Jannar ta' din is-sena sa issa, kien hemm 57 immigrant li ġew miżmuma fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni f 'Ħal Safi. Fit- tweġiba tiegħu, il-Ministru Abela spjega kif dawn ikunu ddaħħlu f 'dawn iċ-ċentri sa ma jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji dwar dokumenti jew sakemm tinħareġ l-ordni ta' tneħħija mill-Qorti sabiex dawn jitneħħew mill-pajjiż. Għaldaqstant, ikunu qegħdin jistennew fiċ-ċentru sakemm isiru l-arranġamenti neċessarji ta' safar. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Ngħinu liż-żgħażagħ jixtru l-ewwel dar tagħhom @MaltaGov Dan huwa riklam bi ħlas Problema solvuta? L-ebda immigranti bil-baħar fl-2016 Is-Servizzi tal-karozzi tal-linja jaqilbu għall-iskeda tax-xitwa MINN nhar il-Ħadd li għadda 16 ta' Ottubru 2016 il-biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozzi tal-linja tnaqqsu minn €2.00 għal €1.50. Dan f 'konformità mal-bidla ta' kull sena regolata mill-Gvern. It-tnaqqis fin-noll jista' jinkoraġġixxi iżjed l-użu tat-trasport pubbliku sabiex jgħin biex tittaffa l-konġestjoni fit-toroq tagħna. Intant, is-servizz tal-karozzi tal-linja qed jopera skont l-iskeda tax-xitwa. It-tariffi fuq it-tallinja cards ma kinux affettwati. Din ix-xitwa kienet introdotta r-Rotta X1A mill- ġdid li sservi ċ-Ċirkewwa, l-isptar Mater Dei, l-Università u l-MCAST f 'Raħal Ġdid, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Kienet introdotta wkoll ir-Rotta 30, li qed isservi l-Bombi, Kulleġġ, l-Università u l-isptar Mater Dei. Dawn ir-rotot ġew introdotti partikolarment biex jgħinu l-istudenti li jivjaġġaw lejn l-Università, il-Junior College u l-MCAST f 'Raħal Ġdid. Barra minn hekk, min għandu t-tallinja card tal-istudenti jista' jivjaġġa għal 90 ġurnata għal prezz ta' €55 permezz tal- iStudent Pass fejn ikun qed jiffranka €8.00. L-iskedi l-ġodda huma disponibbli fuq publictransport.com.mt. Minħabba dan it-tibdil, il-'Journey Planner' fuq il-website u fuq it-tallinja app huma temporanjament wieqfa sakemm isiru l- aġġornamenti kollha. Matul dawn il-ġranet, Malta Public Transport qed taġġorna wkoll l-iskedi fuq il-bus stops kollha f 'Malta u Għawdex. Raġel isofri ġrieħi gravi fil-Belt Valletta ILBIERAĦ għall-ħabta tal- 17:15, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Nikola, il-Belt Valletta. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta' 34 sena, residenti l-Belt Valletta allega li persuna/i mhux magħrufa daħlu ġewwa r-residenza tiegħu u kawża ta' hekk qabeż minn għoli ta' madwar żewġ sulari minn ġo tieqa sabiex jipprova jaħrab. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza fejn iżjed tard hu kien ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Investigazzjonijiet qed isiru mill-Għassa tal-Belt Valletta. Surplus fil-finanzi tal-Gvern wara 16-il sena GĦALL-EWWEL darba fl-aħħar sittax-il sena, fit-tieni kwart tal-2016, ġie rreġistrat surplus fil-finanzi pubbliċi. Fil- fatt, skont il-Eurostat, il-Gvern kellu surplus ta' €11-il miljun fit-tieni kwart, imqabbel mad- deficit ta' €38 miljun fl-istess żmien, is-sena li għaddiet. Fl-istess perjodu matul l-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti, id-deficit kien ta' €88 miljun. It-tnaqqis fid-deficit seħħ għax l-ispiża tal- Gvern naqset bi 3.2% imqabbel mas-sena li għaddiet, filwaqt li d-dħul tal-Gvern għola bi 2.2%. Minkejja t-tnaqqis repetut fl-income tax, miżura li tat miljuni lil għexieren ta' familji, fit-tieni kwart tal-2016 il-Gvern kellu dħul ta' €382 miljun minn taxxi fuq id-dħul. Dan huwa €140 miljun aktar mill-istess żmien fl-aħħar sena tal- amministrazzjoni preċedenti. Tkabbir ta' din in-natura huwa l-aqwa ċertifikat tal- andament ekonomiku qawwi li kellu pajjiżna sa mill-bidla tal-amministrazzjoni. It-tisħiħ fil-finanzi tal- Gvern qed iwassal biex il-piż tad-dejn nazzjonali jaqbad it-triq tan-niżla. Aġenziji tar-ratings qed ibassru li, sa tmiem il-leġiżlatura, din l-amministrazzjoni se tkun ġabet fix-xejn iż-żieda fil-piż finanzjarju tad-djun li wettqu tliet amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Din hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn Standard and Poor's għażlet li tagħti upgrade lir-rating ta' pajjiżna wara għoxrin sena ta' tnaqqis gradwali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016