Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Nagħtu lill-persuni b'diżabilita l-independenza li tixraqilhom @MaltaGov Dan huwa riklam bi ħlas kulħadd'...speċjalment għand l-anzjani Charlie għandu 80 sena u kien fis- servizz u llum jieħu pensjoni tas- servizz u pensjoni tas-sigurtà soċjali mnaqqsa. Barra ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, bħal pensjonanti oħra tas- servizz, dan l-anzjan se jieħu żieda ta' €200 fis-sena jew €5.59 fil-ġimgħa. Charlie jkompli jieħu wkoll is-somma annwali ta' €300 li tingħata lill- anzjani li jkollhom 75 sena u aktar. Martin irtira 10 snin ilu u għandu dħul, inkluż il-pensjoni, ta' €8,500. Martu, Iris, m'għandhiex pensjoni imma kienet ħadmet għal xi żmien u ħallset 4 snin bolol. Bis- saħħa taż-żieda fl-Għajnuna Supplimentari u fil-bonus li jitħallas lill-anzjani bejn 62 u 74 sena li jkollhom il-bolol imma m'għandhomx pensjoni, flimkien id-dħul tagħhom se jiżdied b'madwar €340 fis-sena jew €6.54 fil-ġimgħa. Jonathan u Charlene għandhom żewġt itfal li llum qegħdin jistudjaw l-MCAST. Jonathan jaħdem full-time u jaqla' €14,000 fis-sena. Charlene ma taħdimx. Charlene is-sena d-dieħla se tibda taħdem 20 siegħa part-time u se jkollha paga ta' €6,000. Sakemm tibda taħdem Charlene, il-familja jkun imissha żieda ta' madwar €200 fis-sena jew €3.85 fil-ġimgħa. Però, meta Charlene se tibda taħdem, minbarra l-paga, id-dħul tagħhom se jiżdied bis-saħħa tal-In- Work Benefit b'madwar €480 oħra fis-sena jew €9.23 fil-ġimgħa biex b'kollox se jiżdiedu €13.08 fil-ġimgħa. Vanessa separata b'żewġt itfal magħha. Hi dejjem kienet bil-għaqal u llum taħdem u għandha ftit aktar mill-paga minima. Hi se tieħu żieda ta' madwar €280 jew €5.38 fil-ġimgħa bis-saħħa tat-titjib fl-In- work Benefit minbarra ż-żieda għall-għoli tal- ħajja. Mark u Sarah jaħdmu u għandhom żewġt itfal. Bejniethom għandhom paga ta' €20,000 fis-sena. Fuq iż-żewġt itfal se jkunu intitolati għal żieda ta' €200 kull wieħed fis-sena, biex b'hekk permezz tal- In-work Benefit d-dħul tal- familja ser jiżdied b' €582 jew €11.19 fil-ġimgħa. Matthew illum għandu 30 sena. Huwa twieled b'dizabbiltà severa fiżika u mentali li minħabba fiha ma jista' jagħmel xejn waħdu u għalhekk qatt ma jista' jaħdem xi ħaġa. Huwa se jirċievi l-ogħla rata ta' benefiċċju għad-diżabbiltà li b'mod gradwali se titla' għall-ammont nett li persuna ddaħħal mill- paga minima. David pensjonant miżżew weġ bil-pensjoni minima imma l-mara tiegħu Lina bla pensjoni. Minħabba li kien bil-għaqal faddal xi ħaġa żgħira imma minkejja li marid u għandu dħul baxx, ma kkwalifikax għall-karta r-roża għax qed jaqbeż il-limitu bi ftit. Barra li l-familja ser tieħu żieda ta' madwar €500 jew €9.62 fil-ġimgħa permezz taż-żieda għall-għoli tal-ħajja, iż-żieda fil-pensjoni minima u tal-għajnuna Supplimentari, issa se jkollha d-dritt għall-karta r-roża għaliex se jogħla l-limitu biex koppja tikkwalifika b'€7,000 għall-€23,300. Claudia tgħix ġo post tal-kiri ma' uliedha u taħdem. Minkejja li m'għandhiex xi paga għolja, meta applikat għas-sussidju ma tawhiex għax kellha ftit aktar minn €10,000 il-bank. Dan l-ostaklu se jitwarrab għaliex permezz tar-riforma fis-sussidju tal-kera, Claudia se tkun tista' tibbenefika minn sussidju li jista' jvarja minn madwar €120 għal €167 fix-xahar. TO LET