Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 10 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi Supply of Batteries for UPS Systems – T116/16 Data ta' ħruġ: 18 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 14 ta' Novembru 2016 Provision of Workstation Support Services for Government Ministries in Malta (Batch 2) – T109/16 Data ta' ħruġ: 18 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 28 ta' Novembru 2016 Provision of Workstation Support Services for Government Ministries in Malta (Batch 1) – T108/16 Data ta' ħruġ: 18 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 2 ta' Diċembru 2016 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, b'referenza għas-sejħiet T109/16 u T108/16, li se jiġi organizzat nhar il-Tlieta, l-1 ta' Novembru 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. (www.etenders.gov.mt) Tkompli minn paġna 1 FILFATT, kienu 40 persuna minn dawk li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ tal-ILLUM li saħqu li bosta drabi, il-karozzi tal-linja li jużaw huma ma jżommux mal-ħin, jaslu tard jew saħansitra lanqas biss jiġu. Numru sostanzjali ta' persuni qalu li t-traffiku hija l-akbar problema għat- trasport pubbliku, u sostnew li dan huwa ċirku sħiħ għaliex jekk il-karozzi jeħlu fit-traffiku, dawn se jdumu biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom u konsegwentement, il-karozza ddum biex terġa' titlaq mill-waqfa tagħha. Problemi oħra li ssemmew kienu dawk tal-frekwenza tal-karozzi, u b'konsegwenza ta' dan l-ammont kbir ta' karozzi mimlijin jew 'full- up' li jgħaddu mill-waqfiet rispettivi. Għal darb'oħra, iż- żoni turistiċi u ferm popolati ta' Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar/Buġibba, il-Mosta u Birkirkara, qed jerġgħu jissemmew bħala ż-żoni fejn din il-problema hi l-aktar prevalenti. Diversi persuni sostnew ukoll li diversi rotot huma twal wisq u għaldaqstant wieħed jieħu ħafna iktar ħin sabiex jasal fid- destinazzjoni tiegħu, u żiedu jgħidu li hemm bżonn li jkun hemm linji iktar diretti għal ċertu destinazzjonijiet bħal skejjel jew postijiet popolari. Fost l-istudenti li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-ILLUM, partikolarment dawk mill- Higher Secondary tan-Naxxar kien hemm l-insistena li m'hemmx biżżejjed karozzi jaqdu r-rotta li tieħu lill-istudenti l-iskola, u b'konsegwenza ta' dan ikun hemm studenti li jibqgħu l-art jew oħrajn li jkollhom jaqbdu rotot differenti. Għat-tielet darba fl-istħarriġ tal-ILLUM, reġa' kien hemm numru ta' lmenti rigward il-venda tal-Belt, l-aktar minħabba li sentejn wara l-bidu tal-operat tal-'Autobuses de León', il-waqfiet fil-foss għadhom mingħajr xelter, ilqugħ u bankijiet adegwati. Kuntrarjament għall- perċezzjoni, l-ilmenti dwar ix-xufiera li ltaqgħet magħhom l-ILLUM kienu ftit. Minn 66 persuna, kienu erba' biss li lmentaw fuq ix-xufiera tal- karozzi tal-linja, għalkemm sostnew li x-xufiera li ma jgħinux lill-passiġġiera huma fil-minoranza. 92% jaqblu mal-underground imma ma jużawhiex jekk tkun 'għalja' SABIEX tittaffa l-problema tat-traffiku li prattikament twaħħal nofs Malta kuljum, u allura taffetwa anke t-trasport pubbliku, kien hemm bosta proposti ta' trasport alternattiv, fosthom sistema ta' ferroviji taħt l-art li jgħaqqdu żoni differenti tal-pajjiż, għal traġitt effiċjenti u f 'qasir żmien. Għaldaqstant, waħda mill- mistoqsijiet li saru lill- persuni li ħadu sehem fl- istħarriġ tal-ILLUM kienet jekk jaqblux li għandha tiġi introdotta sistema ta' underground f 'Malta. Mingħajr sorpriżi, il-maġġoranza assoluta ta' dawk li wieġbu, jew 92% qalu li jaqblu li għandha ssir din is-sistema ta' trasport biex ikun hemm effiċjenza fit-trasport. Min-naħa l-oħra, dawk li wieġbu fin-negattiv dwar sistema ta' underground, qalu li pajjiżna huwa żgħir wisq biex ikollu sistema ta' dan it-tip. Dawn sostnew li mbagħad is-sistema ta' trasport tissarraf f 'waqfiet qrib wisq ta' xulxin, u allura xorta waħda ma tkunx effiċjenti. Minkejja l-appoġġ maġġoritarju sabiex tinbena l-underground, meta mistoqsija dwar rata li jkollhom iħallsu, il-maġġoranza tal-persuni qalu li tkun għalja wisq jekk il-biljett ikun jiswa €3 għal kull sagħtejn. 46% wieġbu li kieku jkollu dan il-prezz, xorta jużaw l-underground minħabba li jkun effiċjenti. Dan filwaqt li ħafna minn dawn in-nies qalu li r-rata hija għolja, imma jkollhom jużawh għaliex ma jkunx hemm għażla oħra. Minkejja dan, 48% ta' dawk li ħadu sehem fl- istħarriġ qalu li ma jużawx dan is-servizz, b'ħafna minnhom isostnu li prezz ta' dan it-tip ikun għali wisq, partikolarment għall-pagi li għandhom il-Maltin. Tuża s-sistema ta' 'underground' li kieku biljett ikun jiswa €3 għal sagħtejn? Iva Ma Nafx Le 46% 48% 6% Kif tara t-trasport pubbliku f'Malta? Tajjeb La tajjeb u lanqas ħażin Ħażin 23% 27% 5O% 'Move back please' Ilment komuni fuq il-karozzi tal-linja huwa li l-karozzi jgħaddu mimlijin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016