Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

I l-punt tat-tluq ta' dan l-artiklu hu l-baġit; il-punt tat-tluq biss imma. Bla dubju ta' xejn il-baġit qassam. Il-gvern indirizza numru ta' kategoriji li gћal dawn l-aћћar tliet snin u aktar kienu ftit jew wisq minisja. Ta' dan il-gvern irid jiġi mfaћћar. Hu baġit li madankollu fih limiti. Limitu minnhom hu dak li semmejt fl-aћћar artiklu li ktibt; il- gvern ser jispiċċa jgћati lil min gћandu l-anqas mingћajr imma ma jieћu mill-ћafna ta' dawk li gћandhom l-aktar. Ser tbati l-kaxxa ta' Malta li, meta wieћed iqis il-qligћ u jqabbel dan mal-ћlas tat-taxxi, dawk li jaqilgћu l-aktar lanqas li jikkontribwixxu gћaliha. Lil dawn imma l-gvern ma jridx imisshom. Naqas ukoll li jinforza xi forma ta' kontroll fuq il-kiri tal-bini; nuqqas li fit-tul ta' żmien gћad jerġa' jsawwat lill-klassi tal- ћaddiema. Fl-artiklu imma, mhux beћsiebni nitkellem fuq aspetti materjali (minkejja l-importanza ta' dawn). Ser nitkellem fuq kategorija ta' nies li, minkejja li gћandhom ћtiġijiet materjali (infatti hi kategorija li hi mill-aktar fir-riskju ta' faqar), gћandha wkoll ћtiġijiet urġenti oћra. Ser ntikellem fuq ix-xjuћ. Vulnerabilità li timbarazza Ix-xjuћ huma kategorija li hi vulnerabbli min-natura tagħha. Hi normalment fażi fil-ћajja fejn wieћed mhux biss ma jibqagħlux fiżikament l-enerġija ta' darba, imma aktarx ukoll, minћabba numru ta' fatturi oћra, isir aktar dependenti u anqas awtonomu kemm f 'dawk li huma bżonnijiet u spiss anke fejn jidћlu gћażliet. Kif kont għidt f 'kitba oħra ftit snin ilu, f 'soċjetà bbażata dejjem aktar fuq il-ħrejjef tal-meritokrazija, tan-nuqqas ta' rażan, ta' rrid kollox u issa u tas-suċċess, bħalma hi dik konsumista li fiha qed ngħixu, hu ovvju li dawn it-tip ta' nies ser isofru xi forma ta' twarrib. Ix-xjuħija bħala kundizzjoni, flimkien mal-mewt u mal-mard, huma affarijiet li jimbarazzawna għax imeru l-ideali ta' din is-soċjetà ta' konsum; ideali ta' nfieq u tbaħrid bla rażan. Il-mewt, il-mard u x-xjuħija huma limitu naturali għal dawn il- gidem. Hemm bżonn għalhekk li dawn it-tliet aspetti jiġu mwarrba min-nofs. Mod ta' kif isir dan gћax xjuћ hu billi jinħolqu karkaturi ta' 'anzjani attivi'; xjuħ jagħmlu l-jogging bit-tracksuit, jiżfnu u jidhru smart daqs minn għandu tmintax. Mhux hekk biss. Issemmiet l-idea ftit ilu, li n-nies jibqgħu jiġu mħeġġa jibqgħu jaħdmu għal tul akbar ta' żmien, bħallikieku kulħadd jista' jagħmel hekk. Ovvjament, hemm min dan jgħodd għalih/a u hi ħaġa tajba li nies bħal dawn jiġu mħeġġa. Madankollu, hemm realtajiet ta' anzjani li huma ħafna 'l hinn minn dawk li jgћoddu gћalihom dawn l-istampi. Dawn it-tip ta' anzjani imma, jew jiġu mwarrba għax, kif għidt, jimbarazzaw, jew agħar u agħar, tingħata l-impressjoni li dawn mhux bħall-oħrajn għax ma jridux huma; għax m'għandhomx inizzjattiva biżżejjed. Istituzzjonalizzazzjoni Mod ieħor kif inwarrbu l-imbarazz tax-xjuħija hi billi nitfgħu lil uħud minnhom f 'istituzzjonijiet. Ovvjament, ma rridx ngħid li dan isir b'kapriċċ (almenu mhux dejjem) jew li m'hemmx każi fejn mhux possibbli għall-membri ta' familja li jibqgħu jduru b'xi qarib li laħaq ċerta età u għandu/ha ċerta bżonnijiet partikulari. Hi sfortuna madankollu li, b'xi eċċezzjonijiet, dawn spiċċaw istituzzjonijiet fejn persuna sempliċement tispiċċa pparkjata qabel tmut. (U hemm istituzzjonjiet, fejn wieћed iћallas, minn fejn numru ta' kapitalisti qed jagħmlu lira tajba). Nerġa' ngħid, ma rridx ngħati l-impressjoni li m'hemmx min jagħmel xogħlu tajjeb. Biss, bħala soċjetà u mhux biss min imexxi dawn il- postijiet, ftit naħseb għandna kuxjenza tad-delikatezza ta' din l-istituzzjoni. L-ewwel nett irridu nirrealizzaw li din hi istituzzjoni li tirrapreżenta telfa; telfa ta' awtonomija u intimità. It-tieni tirrappreżenta wkoll qtugћ; qtugћ mill- kuntest familjari u f 'bosta każi mill-komunita' li fiha wieħed/ waħda jkun trabba/trabbiet. Hi bћala parti minn ġismek li tkun tlift. Hi istituzzjoni li taħt aspett minnhom hi agħar minn ħabs għax wieħed minnha aktarx ma joħroġx. Għalhekk hemm bżonn ta' wens, kura u sensibilita` partikulari għal nies li jispiċċaw f 'istituzzjonjiet bћal dawn. Il-mod ta' kif tkellem, tindokra u titratta pazjent Mater Dei m'gћandux ikun l-istess għal mod li bih tittratta persuna f 'dar tax- xjuħ. Anke hawnhekk imma, persuna li għadha fuq saqajha hi differenti minn waħda marbuta ma' sodda, bħalma persuna bid-demenzja mhix l-istess bħal oħra li moħħha għadu ċar. Spiss imma, nissuspetta li dan kollu hu nieqes. Anzi, hemm drabi fejn jekk il-qraba ma jkunux gћajnejhom fuq dak li gћaddej u jkun hemm min isofri minn telqa. U dan jgћodd kemm f 'istituzzjonijet tal-istat, kif ukoll fi wћud minn dawk li fihom wieћed iћallas. Suġġerimenti Xi sena ilu, ma' numru ta' ћbieb (ripetizzjoni ta' inizjattiva simili tas-sena ta' qabel, magћrufa bћala tal- grupp tas-26), konna gћamilna appell pubbliku lill-Gvern biex jindirizza b'mod speċjali l-problema marbuta max- xjuћija. Waqt li xi numru ta' affarijiet marbuta mal-aspett finanzjarju u materjali sar xi progress fuqhom (fuq xi oћrajn le), konna semmejna wkoll il-bżonn li 'Tingħata importanza wkoll lill-problemi psikoloġiċi, affettivi, ta' wens u oħrajn marbuta ma' dipendenza… marbuta max- xjuħija. L-anzjani għandhom ikollhom, bi dritt, għajnuna psikoloġika u soċjali biex jiffaċċjaw dan kollu.' Nibża' li gћadna wisq 'il bogћod. (P.S. Dan l-appell pubbliku iffiramat, fost l-oћrajn, minn eks Prim Ministru Laburista, kien ġie injorat totalment mill- aћbarijiet tal-PBS, li min-naћa l-oћra, isibu ћin biex jagћmlu rappurtaġġi ta' numru ta' minuti fuq aћbarijiet banali, moqrija minn ġurnalisti li donnhom qed jitkellmu ma' tfal tan-nuna.) Michael Grech huwa opinjonista tal-ILLUM b'ideat xellugin illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Opinjoni 16 Il-Minsija MICHAEL GRECH "Il-mod ta' kif tkellem, tindokra u titratta pazjent Mater Dei m'gћandux ikun l-istess għal mod li bih tittratta persuna f 'dar tax- xjuħ" Hemm realtajiet ta' anzjani li huma ħafna 'l hinn minn dawk li jgћoddu gћalihom dawn l-istampi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017