Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum It-tfal qed iġorru medja ta' 14% tal-piż tagħhom fuq daharhom Tkompli minn paġna 1 META wieħed jikkalkula l-piż tal-basktijiet ta' dawn it-tfal kollha, il-medja tagħhom tlaħħaq it-3.9kg li t-tfal ikollhom iġorru kuljum, bl-itqal basket kien jaqbeż is-6.3kg fuq student tal-ħames sena tal- Primarja li jiżen madwar 35kg. Il-piż ideali ta' basket għal dan l-istudent, suppost m'għandux jaqbeż l-10% tal-piż tat-tifel, allura 3.5kg. Fil-fatt, waqt li l-persentaġġ ideali ta' basket ma jaqbiżx dan l-10%, il-medja fost it-42 student li ġew mistoqsija minn din il-gazzetta, fil- fatt kien 13.5%. Din il-problema ta' piż żejjed fil-basktijiet ma tidhirx biss f 'etajiet partikolari, iżda tista' tgħid li hija mifruxa fuq l-etajiet kollha tal-Primarja, minn Year 1 sa Year 6. Lanqas hi problema kkonċentrata fuq żona waħda tal-pajjiż, għaliex fit-tliet skejjel mifruxa mal-pajjiż li żaret din il-gazzetta, kollha kemm huma kellhom il- maġġoranza tal-istudenti li tkellimna magħhom b'basket b'piż żejjed. Fil-fatt, skola partikolari mit-tlieta li żaret din il-gazzetta, kellha l-istudenti kollha mistoqsija, b'basket li jeċċedi l-10% tal- piż tagħhom. Diversi ġenituri li tkellmu ma' din il-gazzetta, ilmentaw li l-piż tal- basktijiet li qed ikollhom iġorru wliedhom huwa wisq, u saħansitra ġieli jħossuh tqil wisq huma stess, meta jkunu qed iġorruhulhom minn u lejn l-iskola. Fil-fatt, qalu kif huma jinsabu inkwetati li dan il-piż żejjed li qed iġorru wliedhom, jista' jaffettwa s-saħħa tagħhom, partikolarment il-muskoli u l-għadam tad-dahar. Oħrajn saħqu li fil- preżent, uħud mill- klassijiet, minkejja li huma mgħammra bil-lockers jew inkella spazju taħt il-mejda fejn wieħed jista' jħalli xi kotba li ma jkunux se jintużaw, dawn jibqgħu vojta. Fil-fatt, diversi ommijiet insistew li ħafna mill-kotba u fajls li jużaw it-tfal, ma setgħux jitħallew fil-klassi minħabba li kienu se jiġu bżonnhom id-dar għall-istudju jew għax- xogħol tad-dar. Min-naħa l-oħra, xi ġenituri li l-basktijiet ta' wliedhom ma kinux jeċċedu l-piż rakkomandat, sostnew li f 'ħafna mill-każi, jiġi mill-ġenituri li jiċċekjaw li l-basket ta' wliedhom għandu fih l-affarijiet li huma verament neċessarji u mhux kotba żejda. Diversi ġenituri, min- naħa l-oħra tefgħu l-ħtija fuq l-għalliema, fejn qalu li dawn qed jgħabbu lil uliedhom b'piżijiet żejda meta jitolbuhom iġorru ħafna kotba magħhom għal-lezzjonijiet differenti, umbagħad it-tfal ikollhom jieħdu l-kotba lura d-dar sabiex jużawhom għall- homework. Għalliema mill-banda l-oħra kkummentaw li min iwaħħal fihom, ma jafx x'jirrikjedi dan ix-xogħol. Żiedet tgħid li f 'ħafna mill-iskejjel, hemm lockers u time tables li għandhom jiġu utilizzati għall-vantaġġ tal-istudenti, biex dawn ma jġorrux l-affarijiet li mhux se jkunu sew jiġu bżonn dakinhar. Għaldaqstant, din l-għalliema appellat lit-tfal u anke lill-ġenituri sabiex jaraw sew x'għandhom bżonn jieħdu magħhom l-iskola, u qalet li f 'xi każi minħabba għażż fost l-oħrajn, it-tfal ma jarawx x'għandhom bżonn għal dik il-ġurnata, u jħallu l-kotba kollha fil-basket. Finalment, din l-għalliema indikat li l-problema hi li f 'ħafna każi, dak li jiġi mgħallem l-iskola, ma jibqax jiswa d-dar. Ritratt imtella' fuq il-media soċjali ta' basket ta' tifel ta' 9 snin meħud minn omm inkwetata 'Hija ferm perikoluża li hija l-Qorti li qed tiddeċiedi n-numru ta' siġġijiet fil-Parlament' Tkompli minn paġna 1 INTANT fl-artiklu ta' kull nhar ta' Ħadd fuq din il- gazzetta (ara paġna 17) l-Ministru Owen Bonnici jistqarr illi jinsab imħasseb bil-preċedent li ħolqot din is-sentenza u staqsa x'kien jiġri kieku minflok gvern b'maġġoranza ta' tmien siġġijiet (wara r-riżenja ta' Marlene Farrugia) illum hemm Gvern b'maġġoranza ta' siġġu wieħed. Fl-artiklu tiegħu Bonnici jistaqsi hekk: "X'kien jiġri kieku flok f 'leġiżlatura fejn il-Gvern igawdi minn disa' siġġijiet maġġoranza bħalma għandna llum, kellna leġiżlatura, bħalma kellna ftit ilu, fejn il-Gvern igawdi minn siġġu biss maġġoranza?" Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM u li xtaqu jibqgħu anonimi minħabba li huma qrib ħafna tal-Qorti sostnew li jista' jkun illi f 'dak il-każ il-Qorti kienet tagħti siġġu lill-Oppożizzjoni, li jġib it-total f 'pari biex imbagħad terġa' tagħti siġġu ieħor lill-Gvern biex dan iżomm l-maġġoranza, "b'hekk fl-aħjar xenarju f 'dan il-każ ipotetiku imma li b'dan il-preċedent jista' jiġri niġu ċikkumbriku, kollox kif kien qabel imma b'aktar deputati." "Hija xi ħaġa ferm perikoluża li l-Qorti tiddeċiedi n-numru ta' siġġijiet fil-Parlament, meta għandek mekkaniżmu li jagħtik tlett ijiem biex tappella jew titlob recount u meta dak ir-recount intalab mill-PN u ma ngħatalux." Ir-riperkussjonijiet politiċi tas-sentenza Intant lil hinn mis-sentenza tal-Qorti huma bosta dawk li qed jistaqsu x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet politiċi. Filwaqt li fil-Parlament din il-bidla mhux mistennija tagħmel xi differenza, għajr li jiżdiedu Edwin Vassallo u Peter Micallef fil-lista tad-Deputati, politikament din is-sentenza se sservi biss biex jissaħħu l-għeruq taż-żewġ partit, speċjalment tal- Partit Laburista. Fil-verità din id-deċiżjoni tat lil Muscat iċ-ċans li jerġa' jilgħab il-karta tal-'underdog' b'element ta' suċċess. Xi ħaġa li bosta esponenti tal-PL (ara opinjoni ta' Rosianne Cutajar fuq paġna 20) diġà qed jagħmlu. Apparti minn hekk jidher illi din id-deċiżjoni tista' taffetwa lil dak is-settur ta' Laburisti li jħossu li s'issa m'għandhomx jivvutaw, imma li jista' jkun li jibdew jaħsbuha darbtejn fid-dawl tar-reazzjoni tal-PN. Fil-fatt ir-reazzjoni tal-PN u Simon Busuttil għalkemm dehret fost ħafna bħala sproporzjonata u eseġerata kienet magħmula apposta biex tqawwi qalb l-għeruq, hekk kif teżisti ċerta rabja u anke frustrazzjoni għall-fatt li kemm l-istħarriġ tal-Maltatoday u anke dak tal-Malta Independent juri lill-Partit Laburista fuq quddiem u lil Muscat ħafna iktar 'l quddiem f 'kemm hu fdat mill- votanti. Ma' dawk li mhumiex għeruq id-deċiżjoni li jsir rally ta' dik li qed isejħilha 'rebħa' dehret bħala deċiżjoni xi ftit redikola u trijonfalista żżejjed. Simon Busuttil waqt ir-rally ta' dik li sejħilha rebħa