Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

D ak li ġara din il-ġimgħa juri ħaġa waħda. Li l-Kap tal- Oppożizzjoni għadu moħħu f 'dak li ġara tliet snin ilu u iktar. Min- naħa l-oħra l-Gvern iffokat mija fil-mija fuq il-futur biex inkabbru x-xogħol u l-investiment f 'pajjiżna. Diġà kelli l-opportunità li nitkellem pubblikament dwar is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li ngħatat din il-ġimgħa u ma nħossx li għandi nirrepeti l-istess argumenti hawnhekk. Li rrid nisħaq però li l-Gvern, anke wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali għandu l-ikbar maġġoranza ta' siġġijiet fl-istorja ta' pajjiżna mill-Indipendenza 'l hawn. Għalhekk il-Gvern kien b'saħħtu, għadu b'saħħtu u se jibqa' b'saħħtu. U ovvjament, ir-riżultat ta' tliet snin u nofs ilu, meta l-poplu ta maġġoranza ta' 36,000 vot u iktar lil Joseph Muscat ma jħassru ħadd. Waqt li ħaddieħor iffokat fuq il-passat, aħna se nkomplu naħdmu għal futur aħjar. Voti-siġġijiet Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta' din il- ġimgħa m'għandix dubju li se jqumu diskussjonijiet u se nisimgħu opinjonijiet dwar il-bżonn li l-ammont ta' voti miġjuba jkunu riflessa kemm jista' jkun b'mod korrett fl- ammont ta' siġġijiet. Għaliex kif tispjega li maġġoranza ta' 13,000 kienet tat ħames siġġijiet maġġoranza u mbagħad maġġoranza ta' 36,000 tagħti biss 7 siġġijiet maġġoranza u mhux iktar? Tagħmel sens sitwazzjoni fejn, jekk irridu nirriduċuha għal argument sempliċi u ċar, bniedem jagħżel lill- Partit Laburista u mbagħad jispiċċa jiġi rrappreżentat fil- Parlament minn membru tal- Partit oppost? Issa, iktar u iktar, għax issa se jkun hemm siġġu favur l-Oppożizzjoni mhux għax jirrifletti l-voti imma sempliċement biex in- numri jiġu bil-fard u mhux biż-żewġ. Preċedent Imħasseb ukoll dwar il-preċedent li ħolqot din is-sentenza fuq iċ-ċertezza li għandu bżonn dan il-pajjiż. Issa ġie stabbilit li l-Qrati għandhom dritt li fi kwalunkwe żmien tal- leġiżlatura, anke f 'nofsha, fuq talba ta' xi ħadd li jallega u jipprova żball jiddeċiedu li jbiddlu l-ammont ta' membri parlamentari. X'kien jiġri kieku flok f 'leġiżlatura fejn il-Gvern igawdi minn 9 siġġijiet maġġoranza bħalma għandna llum, kellna leġiżlatura, bħalma kellna ftit ilu, fejn il-Gvern igawdi minn siġġu biss maġġoranza? Jiżdiedu l-membri tal-Oppożizzjoni, imbagħad jerġgħu jiżdiedu tal-Gvern bl-emendi tal-1987 u nispiċċaw b'Parlament ta' 73? Jew tiddeċiedi l-Qorti wkoll din il-ħaġa? Nittama li wieħed jirrealizza li xi darba - 10, 20, 30 sena oħra - din iċ-ċirkostanza se nsibuha quddiem wiċċna. Permessi ta' residenzi Bil-pożizzjoni tagħha kontra l-ħruġ ta' permessi ta' residenza għal min ħaqqu, l-Oppożizzjoni qed terġa' turi li hija kontra l-interessi tat-tkabbir ekonomiku f 'pajjiżna, anke f 'setturi li mexjin 'il quddiem. L-Oppożizzjoni qed titfa' bl-addoċċ u bla ebda provi dubji fuq l-aġenzija Identity Malta. Dawn id-dubji huma eżattament bil-maqlub tal- pożizzjoni ta' min iħaddem li spiss jappellaw lill-Gvern biex joħroġ aktar permessi lill-ħaddiema li jaħdmu f 'oqsma fejn hemm bżonn. Bħalissa qed naraw żidiet importanti fil-ħruġ ta' permessi fil-kategorija tax- xogħol li huwa sinjal pożittiv ta' ekonomija li qed tikber u pagi attraenti f 'numru ta' oqsma. Ma' dawn kien hemm żieda fil-kategorija tal-membri tal-familja, żieda li ġiet riflessa bl-istess mod madwar il-kumplament tal- Ewropa. Din il-kategorija tiġbor fiha wkoll ċittadini ta' pajjiż terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini Ewropej li jgħixu u jaħdmu f 'Malta. Hemm ukoll skopijiet edukattivi, b'ħafna tfal li jistudjaw fi skejjel privati f 'Malta u, minħabba li huma minuri, jinsabu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom. Il-kampanja negattiva ta' Simon Busuttil, bil- mezzi kollha tiegħu, hija bbażata fuq żbalji bażiċi. Mhu minnu xejn li ngħataw 14,000 permess ta' residenza lil-Libjani. Kieku kellu d-diċenza mqar jivverifika ċ-ċifri, il-Kap tal- Oppożizzjoni kien jinduna li l-Libjani residenti f 'Malta f 'sena waħda naqsu b'912, minn 3,486 fl-2014 għal 2,574 fl-2015. L-Oppożizzjoni tagħmel tajjeb li tifhem ukoll li ma jfissirx lanqas li ħarġu dawn in-numri ta' permessi f 'sena imma li fl-aħħar tas-sena kien hemm dawk l-ammonti bil-permess validu. Simon Busuttil qed jikkwota statistika b'mod żbaljat fuq pajjiżi żgħar li bilfors jirreġistraw rati għoljin. Il-verità hija li mill- istati membri kollha tal- Unjoni Ewropea nħarġu 2.6 miljun permess ta' residenza għall-ewwel darba u għalhekk in-numri ta' Malta huma meta mqabblin mal- ammont globali – lanqas nofs punt perċentwali. Flok tattakka bl-addoċċ, l-Oppożizzjoni għandha tgħid minn fejn biħsiebha tnaqqas il-permessi ta' residenza. Mill-IIP? Mill- ħaddiema li hemm bżonn fosthom fl-isptarijiet pubbliċi? Mit-turiżmu mediku fil-privat? Mill- qasam tal-edukazzjoni? Mill-barranin li żżewġu Maltin? Valletta2018 Iktar kemm jgħaddi ż-żmien, iktar qed nirrealizza li l-proġett Valletta 2018 irid ikun suċċess anke billi jġib lill- kommunità' u residenti tal- Belt tħossha parti minn din l-esperjenza. Jason Micallef qed jagħmel xogħol tajjeb immens f 'dan ir-rigward u m'għandix dubju li se jkompli jirranka dan l-aspett fil-ġimghat u x-xhur li ġejjin. Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Opinjoni 17 Ħaddieħor moħħu fl-elezzjoni li għaddiet, aħna ffukati fuq il-futur OWEN BONNICI 'Waqt li ħaddieħor iffokat fuq il-passat, aħna se nkomplu naħdmu għal futur aħjar' "Kif tispjega li maġġoranza ta' 13,000 kienet tat ħames siġġijiet maġġoranza u mbagħad maġġoranza ta' 36,000 tagħti biss 7 siġġijiet maġġoranza u mhux iktar?"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017