Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
illum Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 4 St Andrews ............... 1 FLORIANA kisbu rebħa kbira ta' 4-1 kontra St Andrews f 'logħba li huma ddominaw tul id-90 minuta. Il-Greens għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u wara biss erba' minuti logħob, fetħu l-iskor permezz ta'xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta' Ignacio Varela li ma ta l-ebda ċans lill-gowlkiper żagħżugħ ta' St Andrews, Jake Galea. Iżda St Andrews wettqu reazzjoni mmedjata u fis- 17-il minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn freekick tal-captain Joseph Farrugia, il-ballun spiċċa f 'saqajn Karlo Kesinovic, li x-xutt fil-baxx tiegħu mix-xellug għeleb lil Justin Haber. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Floriana rebħu penalty meta d-difensur ta' St Andrews, Michael Johnson miss il-ballun b'idu fil- kaxxa wara li pprova jinterċetta cross mil-lemin ta' Ryan Camenzuli, u b'hekk tkeċċa mir-referee permezz tat-tieni karta safra fil-logħba. Mill-11-il metru nkariga ruħu s-solitu Nicolas Chiesa li ma żbaljax biex reġa' poġġa lill-Greens fil-vantaġġ. St Andrews mal-ewwel bdew iħossu l-fatt li li kienu qed jilagħbu bi player inqas u ta' dan pattew qares, meta eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima soffrew it-tielet gowl, meta wara li rċieva minn freekick preċiż ta' Enrico Pepe, għola tajjeb Ignacio Varela li permezz ta' daqqa ta' ras tajba, tefa' l-ballun fix-xibka, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fl-54 minuta skorjaw ir-raba' goal, meta wara li rċieva cross mix-xellug minn Amadou Samb, Nicolas Chiesa kien pront u tefa' l-ballun wara Jake Galea. Fit-82 minuta, St Andrews spiċċaw jilagħbu b'disa' players meta tkeċċa għalihom Karlo Kesinovic, wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' sitt minuti biss. Floriana: Haber, Scicluna, Pepe, Ruiz (Pisani 52'), C. Borg, Varela, Vella, Pisani, Samb (Amadio 72'), Chiesa (Cini 84'), Camenzuli St Andrews: Galea, Pena Beltre, Che Bong Won, Kesinovic, Johnson, Udoh, McKay (Paz 61'), Farrugia, Belacevic, Kastrevec (Grech 85'), Nwoko (Darmanin 78') Referi: Clayton Pisani NICOLAS CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta' Mejju 1980 fl-Arġentina. Jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd u huwa l-captain ta' Floriana. Ingħaqad ma' Floriana fil- bidu tal-istaġun li għadda mingħand it-tim Taljan li jimmilita fil-Lega Pro, Lupa Castelli Romani. Floriana jiksbu rebħa kbira kontra St Andrews Konfront għall-ballun bejn Clyde Borg u Felix Udoh Ritratt: Christine Borg Ritratt: Jane Farrugia