Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ..................... 3 Tarxien R ...................... 1 BIRKIRKARA tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu lil Tarxien Rainbows bl- iskor ta' 3-1. Kienu propju l-Istripes li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota meta xutt fraġli ta' Srdan Dimitrov ġie milqugħ tajjeb mill-goalkeeper tar- Rainbows, Andrea Cassar. L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu fis-36 minuta meta cross-shot ta' Vito Plut ġie newtralizzat tajjeb minn Andrea Cassar. Ir-Rainbows rrispondew tliet minuti wara biex b'hekk irreġistraw l-ewwel azzjoni denja ta' nota tagħhom permezz ta' xutt ta' Claudio Frances ġie salvat mill-goalkeeper Kroat tal- Istripes, Miroslav Kopric. Fl-44 minuta Birkirkara fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta kienu sfortunati hekk kif wara li ħarab tajjeb fuq ix-xellug, Vito Plut, avvanza fil-kaxxa qabel ra x-xutt fil-baxx tiegħu jistampa ma' sieq il-wieqfa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-50 minuta, freekick ċentrali ta' Srdan Dimitrow minn barra l-kaxxa għadda għoli. L-Istripes komplew fuq l-offensiva u fis-56 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta' Gareth Sciberras intemm barra. Azzjoni wara l-oħra Birkirkara baqgħu jittamaw li jsibu x-xibka iżda mingħajr suċċess meta fit-73 minuta, xutt ta' Christian Bubalovic, għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Andrea Cassar. Birkirkara rebħu penalty fit-82 minuta meta Matthew Tabone waqqa' lil Matteo Desira Buttigieg fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Vito Plut li ma żbaljax. Fis-87 minuta, Birkirkara rduppjaw l-iskor meta freekick ta' Srdan Dimitrov ġie devjat għal ġewwa minn difensur ta' Tarxien Rainbows. Fid-90 minuta, Birkirkara skorjaw it-tielet gowl biex issiġillaw ir-rebħa, Vito Plut, mil-lemin xeħet cross għan-nofs, b'Matthew Tabone jmattar siequ u jitfa' l-ballun fil-lasta tiegħu stess, biex b'hekk irriżulta awto- gowl. Tarxien Rainbows naqqsu l-marġni tal-iskor ftit sekondi wara permezz ta' gowl mill-isbaħ mid-distanza tal- captain, Triston Caruana. Birkirkara: Kopric, Bubalovic, Sciberras (Desira Buttigieg 61'), Andelokovic (Muscat 80'), Dimitrov, Plut, Vukanac, Temile, Zerafa, Attard, Scicluna (Bajada 35') Tarxien R.: Cassar, Galea (Micallef 88'), Caruana, De Leon Garcia, Nillson, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves, Tabone, Borg, Frances (Agius 70') Referi: Etienne Mangion minn Cristian Antony Muscat Hibernians .................3 Sliema W ...................1 HIBERNIANS komplew jikkonvinċu u għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 3-1, u dan meta għamlu ħin konsiderevoli jilagħbu b'10 plejers. Il-Pawlisti fetħu l-iskor wara kwarta logħob meta wara li rċieva l-ballun minn freekick, il-captain Andrew Cohen għadda pass eċċellenti lejn Jurgen Degabriele li tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Sliema Wanderers irrispondew fit-18-il minuta meta freekick b'saħħtu tal- Brażiljan, Denni Rocha Dos Santos, ħareg l-aħjar tal-goalkeeper internazzjonali, Andrew Hogg. Il-Blues ġabu l-iskor indaqs fil-35 minuta meta Matias Muchardi twaqqa' fil-kaxxa minn Rodolfo Soares u r-referi Matthew Degabriele ordna penalty, li minnu Denni Rocha Dos Santos ma żbaljax. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians, ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ u fil-50 minuta, Jorge Pereira Da Silva, venven xutt mid-distanza li ġie milqugħ tajjeb minn Glenn Zammit. Żewġ minuti biss wara Andrew Hogg kien attent biex ċaħħad lill-Wanderers milli jmorru fil-vantaġġ. Dan hekk kif Denni Rocha Dos Santos għadda tajjeb lejn Mark Scerri, li t-tentattiv tiegħu ġie milqugħ b'mod spettakolari minn Andrew Hogg. Fit-58 minuta, il-Pawlisti kienu sfortunati li ma sabux ix- xibka meta Johann Bezzina ra x-xutt b'saħħtu tiegħu stampa mal-mimduda. Hibernians qalgħu daqqa ta' ħarta meta fis-67 minuta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Brażiljan, Jackson Lima, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Madankollu, jidher li l-Pawlisti ma tantx ġew affetwati minn din it-tkeċċija hekk kif għalkemm kienu b'raġel inqas, irnexxielhom jerġgħu jmorru fil-vantaġġ fis-76 minuta, meta Bjorn Kristensen għadda pass eċċellenti lejn Jorge Pereira da Silva li tefa' l-ballun wara Glenn Zammit. It-tim immexxi minn Mark Miller skorja t-tielet gowl biex issiġilla r-rebħa fid-89 minuta meta Bjorn Kristensen għadda tajjeb lejn Johann Bezina li min- naħa tiegħu tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa. Hibernians: Hogg, Soares, Dias, Lima, Kristensen, Tabone Desira, Cohen (Mbong 70'), Bezzina, Degabriele (Telles Pimenta 84'), Da Silva Perreira (Vella 89'), Agius Sliema W.: Zammit, Rocha Dos Santos, Muchardi, De Souza Vilas Boas, Mintoff (Spiteri 88'), Scerri, Galin, Xuereb, Muir (Dos Santos Vieira Tarlazis 85'), Farrugia, Biancardi Referi: Matthew Degabriele TRISTON CARUANA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl għar- Rainbows f'din il-partita fil-ħin miżjud li kien wieħed mill-isbaħ. Huwa l-captain ta' Tarxien Rainbows. Fil-passat lagħab ukoll ma' Hibernians. Birkirkara jitħabtu iktar milli mistenni biex jegħlbu lil Tarxien R. DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl għal Sliema Wanderers f 'din il-partita minn penalty. Fil-passat lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows u Valletta. Hibernians ikomplu jikkonvinċu u jegħlbu lil Sliema W. b'10 plejers Dwell fl-arja bejn Cain Attard u plejer ta' Tarxien Rainbows Ritratt: Christine Borg Ritratt: Foto Domingo Ritratt: Chrissie's Photography