Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI MINISTERU TAL-FINANZI C M Y CM MY CY CMY K 153 MLT C3.pdf 1 21/11/2016 10:09 minn Veronica Lynn Mizzi MATUL l-2015, 3.5% tal- persuni li jgħixu f 'residenzi privati, jew 14,851 persuna jgħixu f 'residenzi li huma meqjusa bħala ffullati. Residenza tiġi meqjusa bħala ffullata jekk fost l-oħrajn, id-dar ma jkollhiex kamra għal kull koppja li tgħix fid-dar, kamra għal kull persuna adulta ta' iktar minn 18-il sena, jew kamra għal kull żewġt itfal. Dan deher minn statistika dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal- għajxien, ibbażata fuq l-2015, u ppubblikata mill- Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika. L-akbar ammont tad-djar, b'31% kellhom ħamest ikmamar fir-residenza tagħhom. Dawn il-kmamar jinkludu l-kċina, kmamar tal-banju, kmamar tal- pranzu salotti, studju u basements li huma abitabbli. Min-naħa l-oħra, 23% kellhom sitt ikmamar, waqt li kienu 19.4% biss tar- residenzi li kellhom sebat ikmamar jew iktar. Fi studju li jsir fuq erba' snin fost 4,300 residenza f 'Malta, ħareġ kif inqas min-nofs, jew 44% tan- nies kienu jgħixu fi djar, waqt li l-bqija, jiġifieri 56% jgħixu f 'appartamenti jew maisonettes. Minn dawn ir-residenzi, kienu ftit iktar minn tliet kwarti tagħhom li tagħhom, ir-residenti huma s-sidien. Minn dawn is-sidien, iktar minn tliet kwarti tagħhom kienu sidien mingħajr djun jew self x'joħorġu. Irriżulta kif persuni li fil-fatt jgħixu f 'residenzi li huma ffullati, għandhom tendenza li r-rata ta' deprivazzjoni materjali u faqar monetarju kienet sostanzjalment iktar għolja mill-bqija tal- popolazzjoni. Fil-fatt, waqt li r-rata ta' riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali hija ta' 22.4%, din ir-rata iktar milli rduppjat u telgħet għal 52%, jiġifieri ikta minn 7,750 persuna meta tikkunsidra biss dawk il-persuni li jgħixu fi djar iffullati. 3.5% jgħixu fi djar iffullati Tmien persuni mietu b'overdose f 'sena MATUL l-2015, kienu tmienja l-persuni li tilfu ħajjithom kawża ta' overdose tad-droga. Iċ-ċifri għal din is-sena għadhom mhux ippubblikati minħabba li tali ċifri jirrikjedu analiżi tossikoloġika. Fi tweġiba tal-Ministru tas- Saħħa għal domanda dwar is-siringi, Chris Fearne qal li minn Jannar sa Ottubru tal-2016 tqassmu mas- 783,309 siringa b'xejn. Dawn is-siringi jingħataw lil persuni li jbatu bid-diabete jew kundizzjonijiet mediċi simili u anke lil persuni li jkollhom problema ta' abbuż ta' droga. Fearne semma wkoll li d-Dipartiment tas-Saħħa nieda kampanja li jqassam kaxxi apposta fejn fihom, persuni jistgħu jiddisponu mis-siringi użati li jkollhom, u b'hekk, il-labar użati jkunu jistgħu jintemew b'mod iktar sigur. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, għal domanda parlamentari tad-deputat Claudio Grech.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017