Illum previous editions

illum 31 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/768345

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- logħba tal-futsal? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol u l-futsal bdiet mill-età ta' tliet snin, hekk kif iz-zija tiegħi kienet teħodni nilgħab dejjem. Ġewwa l-Brażil lgħabt iżjed futbol milli futsal, għaliex huwa wisq popolari hemm. Qabel ma bdew jilagħbu l-futbol, kien hemm xi plejers Brażiljani li lagħbu futsal? Ħafna minnhom fosthom Neymar, Ronaldo, Ronaldinho, Robinho u Kaka. Imbagħad meta tasal fl-età ta' 15-il sena, trid tagħżel x'se tkompli, jekk hux futbol jew futsal. Jien għażilt il-futsal! Kif iddeċidejt li tiġi tilgħab f 'Malta? Prattikament kelli l-opportunità niġi matul l-istaġun li għadda, iżda ma stajtx għaliex kont qiegħed il-Kuwait. Iżda din id-darba kelli ċ-ċans u ġejt mat-tim ta' Ħamrun Spartans, għaliex rajt li għandhom proġett tajjeb. Mill-ftit li ilek hawn, x'tikkummenta fuq il-livell tal-futsal Malti? Il-livell Malti rajtu li qiegħed fi stat tajjeb. Rajt xi logħbiet u anke rajt xi plejers tajbin. L-importanti huwa li tibqa' tittrenja kuljum għaliex il-livell jibqa' jogħla. Nemmen li anke l-livell fost it-tfal huwa wieħed pożittiv. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek ma' Ħamrun komplessivament? Ir-relazzjoni tiegħi mat-tim kollu ta' Ħamrun hija tajba ħafna għaliex huma jissapportjawni u jġegħluni nħossni komdu. Hemm plejers tajbin, kowċ tajjeb u goalkeeper tajjeb. Ma niftakarx tim fejn kelli daqshekk relazzjoni tajba, daqskemm għandi ma' Ħamrun. Per eżempju, il-captain tagħna Jason Mifsud dejjem jara li ninsab tajjeb u li ma jkun jonqosni xejn. Anke min-naħa tal-kumitat fosthom ma' Edward Psaila u Paul Hili, m'għandiex problemi, għaliex dejjem jissapportjawni. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq it-tim nazzjonali tal-futsal tal-Brażil? Nemmen li huwa l-aqwa fid-dinja, iżda madankollu ma tridx tinsa li hemm timijiet li qegħdin jiżviluppaw fosthom Spanja. Filwaqt li fuq it-tim nazzjonali Malti tal-Futsal, xi ħsibijiet għandek? Kelli l-opportunità li nara lit-tim nazzjonali Malti tal-futsal fl-azzjoni kontra San Marino u għal kuntrarju ta' dak li kont smajt, nemmen li t-tim Malti huwa tajjeb. Naturalment, iridu jibqgħu jittrenjaw, għaliex it-titjib fil- livell hemmhekk jintwera. Fejn huma differenti u simili l-futsal u l-futbol? Id-differenza bejn dawn iż-żewġ sports hija li fil-futsal trid taħseb iżjed malajr filwaqt li fil-futbol ġieli tista' ddum iżjed bil-ballun. Jekk inti tajjeb fil-futsal, il-futbol tista' tilagħbu wkoll, imma viċe-versa l-istorja tkun waħda ftit iżjed differenti. Kont tilgħab futbol qabel futsal? Iva, minn età żgħira kont nilgħabu fil-Brażil sa meta kelli 19-il sena, imbagħad mort il-Portugall ta' 20 sena u bdejt nilgħab il-futsal madwar l-Ewropa qabel ma ġejt hawn Malta. Hija possibbiltà li fil-futur narawk tilgħab ukoll il-futbol? Ma neskludihiex. Il-futur mhuwiex fil-kontroll tiegħi, allura ma nafx ngħidlek. Però sadanittant, l-għan tiegħi huwa dak li ngħin lil Ħamrun jilħqu l-objettivi tagħhom għal matul dan l-istaġun. Kemm hija importanti r-Reliġjon għalik? Ħafna! Jien Kattoliku ferventi u nitlob kuljum. Kif tqis il-livell tal-Padiljun ta' Kordin? Personalment narah tajjeb u jogħġobni - bejn wieħed u ieħor huwa l-istess kif kien ġewwa l-Kuwait. Filwaqt li l-livell tar-referis? Onestament ma sibtx problemi minnhom u nemmen li huma ta' livell tajjeb, filwaqt li fl-istess ħin jidhru li jħobbu l-logħba tal-futsal. Temmen li dan l-istaġun bhala Ħamrun kapaċi tirbħu l-Kampjonat tal-Futsal? Nemmen li għandna tim biex nikkompetu. Din is-sena rajt il- finali tas-Super Cup u nista' ngħid li illum | Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2016 Sports 34 Fost l-aqwa plejers li qatt ra Cristian Antony Muscat "Ġurnata bla taħriġ, hija ġurnata 'l bogħod mill-ħolma tiegħek. Biex tkun plejer ma tridx tkun tajjeb iżda trid tkun b'saħħtek ukoll" "Irridu naħsbu li kapaċi nirbħu lil Valletta u Luxol, biex żgur nisfidaw għar- rebħ tal-Kampjonat." Everton 'Vevè' Dos Santos - wieħed mill-aqwa plejers tal-futsal li qatt inġieb jilgħab f 'Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2016